Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0709

2010/709/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7961) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 308, 24.11.2010, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 023 P. 91 - 91

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/709/oj

24.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2010

li tistabbilixxi Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7961)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/709/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti bil-għajnuna tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “EUEB”).

(2)

Sabiex l-iskema tal-Ekotikketta tal-UE tiġi aċċettata mill-pubbliku ġenerali, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jkunu membri tal-EUEB bħala partijiet interessati flimkien mal-korpi kompetenti tal-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/730/KE tal-10 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi l-Bord tal-Unjoni Ewropea għall-Ittikkettjar Ekoloġiku u r-regoli tal-proċedura tiegħu (2), għandha tinbidel.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “EUEB”, huwa stabbilit.

Artikolu 2

1.   Il-membri tal-EUEB għandhom jinħatru mill-Kummissjoni.

2.   L-EUEB għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Korpi Kompetenti ta’ kull Stat Membru, rappreżentanti tal-Istat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Bureau Européen des Consommateurs (BEUC);

(b)

EUROCOOP;

(c)

European Environmental Bureau (EEB);

(d)

Business Europe;

(e)

European Association of Craft, Small & Medium-sized Enterprises (UEAPME);

(f)

EUROCOMMERCE.

3.   Il-Kummissjoni tista’ temenda s-sħubija tal-EUEB kif jixraq.

Artikolu 3

1.   Kull membru tal-EUEB għandu jappunta persuna ta’ kuntatt.

2.   Il-laqgħat tal-EUEB għandhom jitmexxew mill-President tiegħu stess.

3.   L-EUEB għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-vjaġġi u, fejn jixraq, l-ispejjeż tal-għajxien imġarrbin mill-membri marbuta mal-attivitajiet tal-EUEB fi ħdan il-limiti tal-baġit annwali allokat għal din in-nefqa.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2000/730/KE hija revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 24.


Top