EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0681

2010/681/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Novembru 2010 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7591)

OJ L 292, 10.11.2010, p. 65–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 014 P. 157 - 159

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/681/oj

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2010

dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7591)

(2010/681/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 (1) dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva abbażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzat/a mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE.

(2)

L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (3).

(3)

L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE tal-20 ta’ Lulju 2006 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (4).

(4)

L-Istati Membri huma obbligati jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2008-2010 (5) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011.

(5)

Ir-raba’ rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, li għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.

(3)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57.

(4)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.

(5)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47.


ANNESS

Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/ke dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011 - 2013

1.   Deskrizzjoni ġenerali

Jekk jogħġbok niżżel it-tibdiliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta’ rappurtar li jikkonċernaw id-Direttiva 1999/13/KE.

2.   Kopertura tal-istallazzjonijiet

2.1.

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt fil-31 ta’ Diċembru 2013:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma koperti wkoll bid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Directive on Integrated Pollution Prevention and Control - id-Direttiva IPPC),

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati li jużaw l-iskema ta’ tnaqqis,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom ipprovdi l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom agħti l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa.

2.2.

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet ġodda li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet mibdula b’mod sostanzjali, li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar.

2.3.

Jekk jogħġbok irrapporta kif il-lista ta’ stallazzjonijiet awtorizzati u rreġistrati u r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet isiru disponibbli għall-pubbliku, skont l-Artikoli 12(1) u 12(2) tad-Direttiva 1999/13/KE. F’każ li dan it-tagħrif isir disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, jekk jogħġbok indika l-URL. Jekk dan mhuwiex il-każ, jekk jogħġbok indika d-dettalji tal-kuntatt minn fejn jista’ jintalab dan it-tagħrif.

3.   Sostituzzjoni

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika liema mis-sustanzi jew taħlitiet li ġejjin ikunu għadhom qed jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2013 u f’liema ammonti (stima) (tunnellati fis-sena): sustanzi jew taħlitiet li minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili, ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, ġew assenjati jew jeħtieġ li jkollhom tidher id-dikjarazzjoni ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet tar-riskju R45, R46, R49, R60 jew R61.

Jekk jogħġbok indika, fejn huwa disponibbli t-tali tagħrif, is-sustanzi billi tuża l-isem skont in-nomenklatura tal-IUPAC tagħhom u n-numru CAS tagħhom u t-taħlitiet billi tuża isem kummerċjali wieħed u tindika s-sustanzi rilevanti li fihom.

Jekk jogħġbok elenka wkoll is-sustanzi li jintużaw bħala sostituti għas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija hawn fuq (fakultattiva).

4.   Monitoraġġ

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika għall-2012 l-għadd ta’ stallazzjonijiet li huma mmonitorjati b’mod kontinwu għall-konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 1999/13/KE.

5.   Konformità

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika ċ-ċifri li ġejjin għall-2012:

L-għadd ta’ operaturi li nstabu li ma kkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/13/KE:

(a)

minħabba li d-dejta msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 1999/13/KE jew ma ġietx irrappurtata jew ma kinitx suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità;

(b)

b’rabta ma’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra tad-Direttiva 1999/13/KE, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2), 4(2), 5, 8(2) u 8(3).

L-għadd ta’ stallazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 10(b) tad-Direttiva 1999/13/KE.

6.   Emissjonijiet

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs (komposti organiċi volatili) fl-2012: Jekk jogħġbok indika jekk iċ-ċifra rrappurtata hijiex ibbażata fuq dejta li tkejlet, ġiet ikkalkulata u/jew stmata.

7.   Jekk possibbli, jekk jogħġbok agħti stima ta’:

L-għadd totali ta’ persunal (nazzjonali, reġjonali, awtoritajiet lokali) involuti fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 1999/13/KE (fakultattiva),

Il-kostijiet totali (EUR fis-sena) assoċjati ma’ dan għal dawn l-awtoritajiet (fakultattiva).

8.   Xi kummenti oħra


Top