Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1121

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta' appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu

OJ L 316, 2.12.2009, p. 27–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 020 P. 193 - 230

No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1121/oj

2.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1121/2009

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta' appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-Artikolu 29(4)(a), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 91(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 101(2), l-Artikolu 103(1), l-Artikolu 142(c), (e), (q) u (s) u l-Artikolu 147 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 iħassar u jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett skont il-politika komuni agrikola u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2). Ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dawn l-iskemi ta' appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (3). Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 jeħtieġ li jiġi adattat għall-bidliet introdotti bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, partikolarment dawk previsti fit-Titolu IV u fil-Kapitoli 2 u 4 tat-Titolu V tiegħu. Għall-finijiet taċ-ċarezza u tas-simplifikazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jiġi revokat u jinbidel b'Regolament ġdid.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagamenti li se jingħataw skont xi wħud minn dawn l-iskemi għandhom jiġu limitati għad-daqs minimu tal-erjas (“pagament skont l-erja”). Id-daqs minimu tal-erja għandu jkun stabbilit waqt li jitqies id-daqs partikolari tal-farms f'ċerti Stati Membri jew il-kundizzjonijiet speċifiċi għal xi produzzjonijiet.

(3)

Għandu jiġi evitat li tinżera' art bl-iskop waħdieni li tikkwalifika għall-pagamenti skont l-erja. Ċerti kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żrigħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba' għandhom jiġu speċifikati, partikolarment fir-rigward ta' pjanti tal-proteini, ross, frott u ħxejjex. L-istandards lokali għandhom jiġu rrispettati sabiex jirriflettu d-diversità tal-prattika agrikola fi ħdan il-Komunità.

(4)

Għandha tiġi permessa applikazzjoni waħda biss għal pagament skont l-erja fir-rigward ta' kwalunkwe medda kkultivata f'sena partikolari ħlief f'każijiet fejn l-għajnuna tirrigwarda l-produzzjoni taż-żerriegħa. Il-pagamenti skont l-erja jistgħu jingħataw għal uċuħ tar-raba' ssussidjati skont skema li taqa' taħt il-politiki strutturali jew ambjentali tal-Komunità.

(5)

Skemi ta' appoġġ jipprovdu li meta l-erja, il-kwantità jew l-għadd ta' annimali li għalihom qed tintalab l-għajnuna taqbeż il-limiti massimi, l-erja jew il-kwantità jew l-għadd li għalihom qed tintalab l-għajnuna jitnaqqsu b'mod proporzjonali f'dik is-sena. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-modalitajiet u d-dati ta' skadenzi għall-iskambju ta' tagħrif bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex il-Kummissjoni tiġi mgħarrfa bl-erjas jew il-kwantitajiet jew l-għadd li għalihom tkun tħallset l-għajnuna.

(6)

It-termini ta' pagament kif ukoll il-kalkolu tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross ma jiddependux biss mill-erja bażi jew l-erjas stabbiliti għal kull Stat Membru produttur fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, iżda wkoll mis-suddiviżjoni possibbli ta' dawk l-erjas bażi f'erjas bażi parzjali, kif ukoll mill-kriterji oġġettivi magħżula minn kull Stat Membru li se jwettaq din is-suddiviżjoni, bil-kundizzjonijiet li fihom il-meded agrikoli kkultivati jitpoġġew għall-kultivazzjoni u fuq id-daqs minimu tal-erjas. B'konsegwenza ta' dan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għat-twaqqif, il-ġestjoni u l-modalitajiet tal-kultivazzjoni applikabbli għal erjas bażi u erjas bażi parzjali.

(7)

L-osservazzjoni ta' possibbiltà li tinqabeż l-erja bażi msemmija fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 timplika tnaqqis ta' pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross. Sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' kalkolu għal tnaqqis bħal dan, għandhom jiġu definiti kemm il-kriterji li se jitqiesu kif ukoll il-koeffiċjenti applikabbli.

(8)

Is-segwitu tal-pagamenti speċifiċi għall-uċuħ tar-raba' għar-ross jippreżumi li lill-Kummissjoni tkun waslitilha ċertu tagħrif marbut mal-kultivazzjoni ta' erjas bażi u erjas bażi parzjali. Għal dak l-iskop, it-tagħrif dettaljat li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kif ukoll l-iskandenzi għal komunikazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti.

(9)

L-Artikoli 77 u 78 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdu għal għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata soġġetta għal kuntratt ta' kultivazzjoni u fi ħdan il-limitu tal-kwota stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4). Il-kundizzjonijiet sabiex tingħata l-għajnuna ghandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti u, fejn applikabbli, għandhom isiru referenzi inkroċjati għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-sistema tal-kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti l-istandards għal-lupin ħelu u t-testijiet li jiddeterminaw il-ħlewwa ta' kampjun tal-lupin.

(11)

F'ċerti reġjuni, l-uċuħ tal-proteina jiġu tradizzjonalment miżrugħa flimkien maċ-ċereali għal raġunijiet agronomiċi. L-uċuħ tar-raba' li jirriżultaw jikkonsistu prinċipalment f'uċuħ tal-proteina. Bl-iskop li jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina, l-erjas miżrugħa b'dan il-mod għandhom għalhekk jitqiesu bħala erjas ta' wċuħ tal-proteini.

(12)

Fl-interess ta' effiċjenza u ta' tmexxija tajba tal-iskema ta' għajnuna għal-lewż, l-għajnuna mogħtija skont l-erja m'għandiex tintuża biex tiffinanzja l-pjantaġġuni marġinali jew siġar iżolati. Id-daqs minimu ta' biċċa art u d-densità minima ta' ġnien speċjalizzat tas-siġar tal-frott għaldaqstant għandhom jiġu definiti.

(13)

L-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna diretta għall-produzzjoni ta' speċi waħda ta' żerriegħa jew aktar. Dik l-għajnuna tista' tingħata biss għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika jew żerriegħa ċċertifikata u dawn il-prodotti għandhom jiġu ddefiniti b'referenza għad-Direttivi dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa: id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (5), id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (6), u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (7).

(14)

Sabiex ikun possibbli li jitwettqu kontrolli, iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata għandhom jiġu prodotti skont il-kuntratti ta' tkabbir jew id-dikjarazzjonijiet ta' tkabbir li se jiġu magħquda mal-applikazzjoni waħdanija u l-istabbilimenti taż-żerriegħa u dawk jnisslu ż-żerriegħa għandhom jiġu approvati jew reġistrati uffiċjalment.

(15)

Skont l-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika u ċċertifikata tal-varjetajiet tal-Cannabis sativa L. b'kontenut ta' tetrahydrocannabinol ta’ mhux aktar minn 0,2 %. Sabiex jiġi żgurat l-applikazzjoni uniformi mal-Komunità kollha tar-regoli għall-għoti tal-għajnuna, il-varjetajiet eliġibbli tal-Cannabis sativa L. għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli għall-pagamenti diretti skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(16)

It-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tipprovdi għal pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din l-iskema. Dawn ir-regoli għandhom ikopru l-awtorizzazzjoni tal-art xierqa għall-produzzjoni tal-qoton u l-approvazzjoni tal-varjetajiet. Barra minn hekk għandu jiġi stabbilit kriterju li jiddefinixxi ż-“żrigħ”. L-iffissar mill-Istati Membri tad-densità minima ta' tħawwil f'dawn l-artijiet abbażi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u l-karatteristiċi reġjonali speċifiċi għandu jkun kriterju oġġettiv li jistabbilixxi jekk it-tħawwil twettaqx kif suppost jew le.

(17)

L-Istati Membri għandhom japprovaw l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton abbażi tal-kriterji oġġettivi relatati mad-daqs u mal-organizzazzjoni interna tagħhom. Id-daqs tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandu jiġu stabbilit, b'konsiderazzjoni għar-rekwiżit li l-impriża membru tal-ħalġ tkun tista' tilqa' kunsinna ta' biżżejjed kwantitajiet ta' qoton mhux maħluġ.

(18)

Sabiex jiġu evitati komplikazzjonijiet fil-ġestjoni tal-iskema ta' għajnuna, produttur ma jistax ikun membru ta' aktar minn organizzazzjoni interprofessjonali waħda. Għal dik ir-raġuni, meta produttur li jkun jagħmel parti minn organizzazzjoni interprofessjonali jintrabat li jforni l-qoton li jkun ipproduċa, għandu jfornih biss lil impriża tal-ħalġ li tkun tagħmel parti mill-istess organizzazzjoni.

(19)

L-iskema ta' għajnuna għall-qoton teħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu lill-produtturi tagħhom ċertu tagħrif dwar it-tkabbir tal-qoton, bħall-varjetajiet approvati, il-kriterji oġġettivi għall-awtorizzazzjoni tal-art u d-densità minima tat-tħawwil. Sabiex jgħarraf lill-bdiewa fil-ħin, l-Istat Membru għandu jibgħat dan it-tagħrif sa data speċifika.

(20)

It-Taqsimiet 8 u 9 tal-Kapitolu 1 ta' Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li l-għajnuniet għal frott u ħaxix jingħataw bil-kundizzjoni li ġie konkluż kuntratt tal-ipproċessar. Għal dak il-għan, jixraq li jiġi meħtieġ li kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-materja prima agrikola kkonċernata, bejn, minn naħa, l-ewwel proċessur approvat u, min-naħa l-oħra, produttur jew organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew, fil-każ ta' pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix u pagament tranżizzjonali għall-frott artab, kollettur approvat li jirrappreżenta l-produttur.

(21)

Sabiex jiġi garantit li l-materja prima li tibbenefika mill-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix u mill-pagament tranżizzjonali għall-frott artab hija pproċessata totalment, jidher xieraq li tiġi stabbilita sistema ta' approvazzjoni tal-ewwel proċessuri u kolletturi. Operaturi awtorizzati bħal dawn ikollhom jikkonformaw ma' rekwiżiti minimi u jkunu sanzjonati f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom, skont regoli dettaljati li jiġu stipulati fuq livell nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti.

(22)

Sabiex ikunu jistgħu jiġġestixxu l-pakkett finanzjarju għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix b'mod xieraq, l-Istati Membri għandhom jiffissaw, kmieni fis-sena, ammont indikattiv ta' għajnuna għal kull ettaru u, qabel il-perjodu ta' żmien għall-pagamenti, ammont finali ta' għajnuna għal kull ettaru.

(23)

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż previsti fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u partikolarment il-kundizzjonijiet rikjesti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti.

(24)

L-Artikolu 101(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għall-għoti ta' primjum lill-produtturi tal-laħam tal-mogħoż f'ċerti żoni tal-Komunità. Iż-żoni inkwistjoni għandhom għaldaqstant ikunu ddeterminati skont il-kriterji preskritti f'dik id-dispożizzjoni.

(25)

Skont l-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bdiewa li l-impriżi tagħhom għandhom mill-inqas 50 % tal-erja tagħhom użata għall-agrikoltura f'żoni aktar żvantaġġati jistgħu jikkwalifikaw għal primjum supplimentari. L-Artikolu 101(2) jagħmel referenza għal żoni ġeografiċi speċifiċi fejn produtturi tal-laħam tal-mogħoż jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji biex jikkwalifikaw għall-primjum għall-mogħoż. Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal dikjarazzjoni li tkun provduta mill-produtturi li jissodisfaw dawk il-kriterji biex jagħtu evidenza li mill-inqas nofs l-art li qed jużaw għall-produzzjoni agrikola tinsab f'żoni aktar żvantaġġati jew f'żoni li jikkwalifikaw għal primjum għall-mogħoż.

(26)

Bil-għan ta' kontroll fuq l-eliġibbiltà għal-livell korrett ta' primjum għan-nagħaġ, l-Istati Membri għandhom ifasslu inventarju tal-bdiewa tan-nagħaġ li jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħaġ jew il-prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ.

(27)

Bil-għan li tiġi implimentata s-sistema ta' limiti individwali kif inhi introdotta fl-Artikoli 104, 105 u 106 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu japplikaw, partikolarment, fir-rigward tal-użu tad-drittijiet mogħtija mingħajr ħlas, l-użu tad-drittijiet normali inkluż l-użu minimu, il-kera u t-trasferiment temporanji tad-drittijiet, in-notifika ta' bidliet dwar il-limitu individwali u t-trasferiment tad-drittijiet permezz tar-riżerva naturali. Xi wħud minn dawk ir-regoli huma dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċirkustanzi eċċezzjonali u ġġustifikati bħal, fir-rigward tal-użu ta' drittijiet, il-produtturi żgħar u l-produtturi li qed jipparteċipaw fi programmi ta' estensifikazzjoni u skemi ta' rtirar bikri, u għall-iskop ta' trasferiment, il-wirt ta' drittijiet tal-primjums u l-każ ta' produtturi li jaħdmu biss art li hija proprjetà pubblika jew kollettiva.

(28)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-arranġamenti l-ġodda, u b'riżultat ta’ dan għandha bżonn li tkun provduta sew mill-Istati Membri bit-tagħrif essenzjali dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-primjum.

(29)

Jekk applikabbli, għandu jintbagħat lill-Kummissjoni t-tagħrif iddettaljat dwar ir-regoli nazzjonali dwar il-pagamenti addizzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom.

(30)

It-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għall-pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-eliġibbiltà, u partikolarment il-kundizzjonijiet rikjesti għal dawk il-pagamenti.

(31)

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-dokument amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 110(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jitfassal u jinħareġ fuq livell nazzjonali. Sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet partikolari amministrattivi u ta' kontroll fl-Istati Membri, għandhom ikunu permessi għamliet differenti tad-dokument amministrattiv.

(32)

L-Artikolu 110(3)(a) u l-Artikolu 116(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxu perjodu taż-żamma bħala kundizzjoni għall-għoti tal-primjum speċjali u l-primjum għall-qatla. Għalhekk jeħtieġ li dak il-perjodu jiġi ddefinit u kkwantifikat.

(33)

L-arranġamenti għall-għoti tal-primjum speċjali fiż-żmien tal-qatla għandhom ikunu konsistenti mal-arranġamenti għall-għoti tal-primjum għall-qatla. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta' dokumenti li jridu jakkumpanjaw il-bhima sal-qatla, sad-dispaċċ jew sal-esportazzjoni. Sabiex jitqiesu l-fatturi speċifiċi tal-għamla tal-għoti fiż-żmien tal-qatla, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet dwar l-età tal-għoġġiela u l-metodu tal-preżentazzjoni tal-karkassa tal-annimali adulti tal-ifrat.

(34)

Il-kunċett ta' baqra li tredda' stabbilit skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi definit. F'dan ir-rigward, għandhom jinżammu l-istess razez bħal dawk skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-primjum (8) Barra minn hekk, ir-rekwiżiti essenzjali eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati, partikolarment fir-rigward tal-produzzjoni medja tal-ħalib u l-primjum nazzjonali addizzjonali.

(35)

Ir-regoli amministrattivi eżistenti jistgħu jkomplu jiġu applikati partikolarment fir-rigward tal-limiti individwali, in-notifiki dwar il-limiti individwali u r-riżerva nazzjonali, id-drittijiet akkwistati mingħajr ħlas, l-użu ta' drittijiet, it-trasferiment u l-kiri temporanju ta' drittijiet, u t-trasferiment permezz tar-riżerva naturali.

(36)

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, abbażi tat-tagħrif disponibbli, liema Stati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tiġi applikata l-iskema speċjali stabbilita fl-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. L-arranġamenti speċjali għall-għoti tal-primjum għandhom ikunu speċifikati.

(37)

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli fuq perjodi, dati u limiti ta' żmien għall-perjodu taż-żamma.

(38)

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, l-applikazzjoni għall-għajnuna dwar l-“annimali tal-irziezet” ipprovduta fis-sistema integrata għandha titqies li tirrappreżenta l-applikazzjoni għall-primjum għall-qatla, sakemm ikun fiha l-elementi kollha meħtieġa li jiġġustifikaw il-pagamenti tal-primjum, u sakemm l-annimal jinqatel fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, jew jiġi esportat.

(39)

Għandu jkun possibbli li tintuża l-bażi tad-dejta kkompjuterizzata msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (9) sabiex tiffaċilita l-ġestjoni tal-primjum għall-qatla, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru konċernat jikkunsidra li l-bażi tad-dejta toffri garanziji adegwati rigward l-eżattezza tat-tagħrif li jkun fiha għall-għanijiet tal-pagamenti tal-primjums.

(40)

Il-primjum għall-qatla tal-għoġġiela jingħata bil-kundizzjoni dwar il-limitu massimu tal-piż. Għalhekk għandu jiġi stabbilit tip ta' standard għall-preżentazzjoni tal-karkassa, li għalih japplika dan il-piż massimu.

(41)

Sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa jirċievu l-pagamenti malajr kemm jista' jkun, għandha ssir dispożizzjoni għall-għoti ta' pagamenti bil-quddiem. Madankollu, bil-ħsieb li jiġu applikati l-limiti nazzjonali jew reġjonali, għandhom jittieħdu passi biex jiżguraw li l-pagament bil-quddiem ma jkunx akbar mill-pagament definittiv. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-perċentwal tal-pagament bil-quddiem għall-iskemi tal-primjums bla ħsara għal dawk il-limiti.

(42)

Hija neċessarja li tiġi ffissata d-data li tiddetermina l-elementi li għandhom jitqiesu għall-applikazzjoni tal-iskemi tal-primjum speċjali u l-primjum tal-baqar li jreddgħu. Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni soda u konsistenti, id-data għandha tkun, bħala regola ġenerali, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Madankollu, rigward il-primjum speċjali mħallas għall-qatla, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali sabiex jiġu evitati t-trasferimenti 'l quddiem minn sena għall-oħra bil-ħsieb li jinkiseb primjum ogħla. Rigward il-primjum għall-qatla, id-data tal-qatla jew tal-esportazzjoni hija indikazzjoni aħjar dwar jekk il-ħidmiet konċernati jkunux realment twettqu.

(43)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u sabiex tiġi evitata l-ġestjoni ta' għadd kbir ta' applikazzjonijiet li tinvolvi pagamenti baxxi ħafna għal kull impriża, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja talbu l-awtorizzazzjoni biex jistabbilixxu d-daqs minimu tal-erja eliġibbli għal kull impriża f'livelli akbar minn 0,3 ettaru.

(44)

L-Istati Membri ġodda, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li qed japplikaw l-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja fit-30 ta' Ġunju 2003 għamlu stima tal-parti tal-erja agrikola użata tagħhom li nżammet f'kundizzjoni agrikola tajba u pproponew li jaġġustawha skont id-daqs minimu ta' erja eliġibbli għal kull impriża.

(45)

L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għall-possibbiltà fl-Istati Membri ġodda li tiġi kkomplementata l-għajnuna diretta mħallsa lil bidwi, soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Il-modalitajiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' din il-possibbiltà għandha tiġi stabbilita.

(46)

Filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-għajnuna għall-għelejjel enerġetiċi prevista fil-Kapitolu 5 u l-iskema ta' art imwarrba prevista fil-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, notevolment għall-għelejjel pluriennali, u sabiex jittaffa l-piż amministrattiv żejjed minn fuq il-bdiewa u l-proċessuri wara t-tneħħija ta' din l-għajnuna, ikun xieraq li jiġu definiti ċerti regoli tranżizzjonali biex din titneħħa mingħajr problemi u biex jiġu rilaxxati l-garanziji ddepożitati mill-kolletturi u l-proċessuri.

(47)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

AMBITU U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna li ġejjin previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' Regolament (KE) Nru 73/2009:

(a)

pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross previst fit-Taqsima 1 tiegħu;

(b)

l-għajnuna għal koltivaturi tal-lamtu tal-patata prevista fit-Taqsima 2 tiegħu;

(c)

il-primjum għall-uċuħ tal-proteina previst fit-Taqsima 3 tiegħu;

(d)

il-pagament skont l-erja għall-ġewż previst fit-Taqsima 4 tiegħu;

(e)

l-għajnuna għaż-żerriegħa prevista fit-Taqsima 5 tiegħu;

(f)

il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton previst fit-Taqsima 6 tiegħu;

(g)

il-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex u l-pagament tranżizzjonali għall-frott artab previsti fit-Taqsimiet 8 u 9 tiegħu;

(h)

il-primjums fil-qasam tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż previsti fit-Taqsima 10 tiegħu;

(i)

il-pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella previsti fit-Taqsima 11 tiegħu.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta' appoġġ li ġejjin previsti fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009:

(a)

l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SAPS) prevista fil-Kapitolu 2 tiegħu;

(b)

pagamenti diretti nazzjonali komplementari previsti fil-Kapitolu 4 tiegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (10) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (11).

Partikolarment id-definizzjoni ta' msaġar ta' rotazzjoni qasira fl-Artikolu 2(n) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandha tapplika mutatis mutandis fir-rigward tas-SAPS.

Artikolu 3

Kumulazzjoni ta' pagamenti skont l-erja

F'sena partikolari, ma tistax issir aktar minn applikazzjoni waħda għal pagament skont l-erja elenkat fl-Anness I għar-Regolament (E) Nru 73/2009 għal kull medda agrikola kkoltivata.

Artikolu 4

Notifiki dwar l-applikazzjonijiet u l-pagamenti tal-bdiewa

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’mod elettroniku lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni pprovditilhom:

(a)

mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena kkonċernata:

(i)

l-erja totali li ntalbet l-għajnuna għaliha fil-każ ta':

il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross previst fl-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

il-primjum għall-uċuħ tal-proteina previst fl-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

il-pagament skont l-erja għall-ġewż previst fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, espress skont il-kategoriji ta' siġar tal-ġewż,

il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton previst fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SAPS) prevista fl-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(ii)

l-għadd totali ta' applikazzjonijiet fil-każ tal-primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż previsti fl-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, espress skont it-tip tal-ispeċi femminil u t-tip tal-primjums;

(b)

sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru tas-sena kkonċernata, l-erja totali ddeterminata fil-każ tal-primjum għall-uċuħ tal-proteina previst fl-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(c)

mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara:

(i)

l-erja totali determinata użata għall-kalkolu tal-koeffiċjent ta' tnaqqis fil-każ li:

il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross previst fl-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, imqassam skont l-erja bażi u l-erja bażi parzjali,

il-pagament skont l-erja għall-ġewż previst fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, espress skont il-kategoriji ta' siġar tal-ġewż,

il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton previst fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SAPS) prevista fl-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(ii)

l-għadd totali tal-annimali tal-ifrat irġiel li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għall-primjum speċjali previst fl-Artikolu 110 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, imqassam skont il-kategorija tal-età u t-tip tal-annimal (barri jew barri msewwi);

(iii)

l-għadd totali ta' baqar li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għall-primjum għall-baqar li jreddgħu, previst fl-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, imqassam skont l-iskemi msemmija fl-Artikolu 111(2) (a) u (b);

(d)

mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-għadd totali tal-annimali li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għall-primjum għall-qatla, previst fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, b'indikazzjoni jekk l-annimali inqatlux jew ġew esportati, imqassam skont it-tip tal-annimal (għoġġiela, adulti);

(e)

mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara, il-kawantità totali li għaliha attwalment tħallset l-għajnuna fil-każ tal-għajnuna taż-żerriegħa prevista fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, skont l-ispeċi ta' żerriegħa kif elenkati fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Fin-notifiki previsti fil-paragrafu 1, l-erjas għandhom jiġu espressi f'ettari għal żewġ punti deċimali; il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f'tunnellati sa tliet punti deċimali.

3.   Meta t-tagħrif rikjest skont paragrafu 1 jinbidel, partikolarment b'riżultat tal-kontrolli jew it-tiswjiet jew it-titjib ta' ċifri preċedenti, il-Kummissjoni għandha tiġi kkomunikata bl-aġġornament fi żmien xahar minn wara li tkun saret il-bidla.

TITOLU II

REGOLI SPEĊIFIĊI LI JIRRIGWARDAW IT-TITOLU IV TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5

Ħtiġijiet speċifiċi dwar erjas minimi u tħawwil u koltivazzjoni

1.   Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross, il-primjum għall-uċuħ tal-proteina, l-għajnuna għaż-żerriegħa u l-pagamenti għall-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(1) (a), (c), (e), u (g) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull tip ta' wiċċ tar-raba', li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni fir-rigward ta' 0,3 ettaru mill-inqas. Barra minn hekk, kull medda agrikola kkultivata għandha taqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istati Membri fi ħdan il-limitu previst fl-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Fil-każ ta' Malta, il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 1(1) (a), (c), (e), u (g) għandhom jingħataw esklussivament għall-erjas, għal kull tip ta' wiċċ tar-raba', li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni fir-rigward ta' 0,1 ettaru mill-inqas, fejn kull medda agrikola kkultivata taqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst fl-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Fil-każ tal-Greċja, il-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g) għandhom jingħataw esklussivament għall-erjas, għal kull tip ta' wiċċ tar-raba', li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni fir-rigward ta' 0,1 ettaru mill-inqas, fejn kull medda agrikola kkultivata taqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Fil-każ tal-Bulgarija, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja, il-pagamenti għall-frott artab imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g) għandhom jingħataw esklussivament għall-erjas għal kull tip ta' wiċċ tar-raba', li kienu s-suġġett ta' applikazzjoni fir-rigward ta' 0,1 ettaru mill-inqas, fejn kull medda agrikola kkultivata taqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

2.   Id-daqs minimu tal-medda agrikola kkultivata eliġibbli għall-pagament skont l-erja msemmi fl-Artikolu 1(1)(d) għandu jkun ta' 0,10 ettari. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw daqs minimu ogħla abbażi ta' kriterji oġġettivi u b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-erjas kkonċernati.

3.   Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross, il-primjum għall-uċuħ tal-proteina u l-pagamenti għall-frott u l-ħaxix imsemmijin fl-Artikolu 1(1) (a), (c), u (g) għandhom jingħataw biss għall-erjas li huma kompletament miżrugħa jew imħawla u li fuqhom ikunu twettqu l-kundizzjonijiet ta' kultivazzjoni normali skont l-istandards lokali.

Artikolu 6

Koeffiċjenti ta' tnaqqis

Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-erjas fil-każ imsemmi fl-Artikoli 76, 81(2), u 84 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jkun iffissat qabel ma jingħataw il-pagamenti lill-bdiewa u mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara abbażi tad-dejta nnotifikata skont l-Artikolu 4(1)(b) u (c) ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU 2

Pagament speċifiku għal uċuħ tar-raba' għar-ross

Artikolu 7

Dati għaż-żrigħ

Biex wieħed ikun eleġibbli għall-pagament speċifiku għal uċuħ tar-raba' għar-ross, l-erja ddikjarata għandha tinżera' sa mhux aktar tard minn:

(a)

it-30 ta' Ġunju li jiġi qabel il-ħsad inkwistjoni, għal Franza, l-Italja, il-Portugall, u Spanja;

(b)

il-31 ta' Mejju għal Stati Membri produtturi oħra msemmijin fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 8

Koeffiċjent ta' tnaqqis

Il-koeffiċjent ta' tnaqqis tal-pagament speċifiku għal uċuħ tar-raba' għar-ross imsemmi fl-Artikolu 76 ta' Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jkun ikkalkulat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Notifiki

L-Istati Membri jistgħu jirrevedu annwalment is-suddiviżjoni tal-erja jew erjas bażi stabbiliti fl-Artikoli 75 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 f'erjas bażi parzjali u l-kriterji oġġettivi li fuqhom ġew ibbażati dawk is-suddiviżjonijiet. Huma għandhom jinnotifikaw dak it-tagħrif lill-Kummissjoni sal-15 ta' Mejju li jiġi qabel il-ħsad inkwistjoni.

KAPITOLU 3

Għajnuna għall-koltivaturi tal-patata tal-lamtu

Artikolu 10

Eliġibbiltà

L-għajnuna għal patata tal-lamtu prevista fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tingħata għall-patata li hi koperta minn kuntratt ta' koltivazzjoni kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2009 (12), abbażi tal-piż nett tal-patata ddeterminata minn wieħed mill-metodi deskritti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2003 (13) u l-kontenut tal-lamtu tal-patata kkonsenjati, skont ir-rati stabbiliti fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

Ma għandiex tingħata għajnuna għal patata tal-lamtu, għall-patata li l-kontenut tal-lamtu tagħha huwa inqas minn 13 %, ħlief fejn japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 571/2009.

Artikolu 11

Prezz minimu

L-għajnuna għal patata tal-lamtu għandha tkun soġġetta għall-ħtieġa li tingħata evidenza li l-prezz li mhuwiex inqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ikun tħallas fl-istadju meta tkun waslet il-kunsinna fil-fabbrika skont ir-rati stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 571/2009 għandu japplika.

Artikolu 12

Pagament

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-għajnuna għal-lamtu tal-patata għandha titħallas, mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tinsab l-impriża li tikkonsenja l-patata għall-manifattura tal-lamtu tal-patata, għal kull bidwi ladarba l-kwantitajiet għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni jkunu ġew konsenjati lill-impriża li tipproduċi l-lamtu fi żmien erba' xhur mid-data li fiha tkun ġiet ipprovduta l-evidenza msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament u jkunu ġew irrispettati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti bil-quddiem, sa mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni, abbażi tal-partijiet differenti tal-kwantità ta' patata tal-lamtu mill-bidwi li jkunu ġew konsenjati lill-impriża li tipproduċi l-lamtu għal dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni. Kull pagament bil-quddiem għandu jingħata għall-kwantità tal-patata tal-lamtu kkonsenjata li għaliha tkun ġiet ipprovduta l-evidenza msemmija fl-Artikolu 11 u jkunu ġew irrispettati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10.

KAPITOLU 4

Primjum għall-uċuħ tal-proteina

Artikolu 13

Lupini ħelwin

Bil-għan tal-primjum għall-uċuħ tal-proteina previst fit-Titolu IV Kapitolu 1 Taqsima 3 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, “lupini ħelwin” għandha tfisser dawk il-varjetajiet ta' lupini li jipproduċu żerriegħa li tikkonsisti f'għadd ta' żerriegħa morra li ma għandux jeċċedi l-5 %. Il-kontenut taż-żerriegħa morra għandu jiġi kkalkulat skont it-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Taħlita ta' ċerejali u uċuħ tal-proteina.

F'reġjuni fejn l-uċuħ tal-proteina huma miżrugħa b'mod tradizzjonali f'taħlita ta' ċerejali, il-primjum għall-uċuħ tal-proteina għandu jitħallas fuq talba tal-applikant sakemm hu jagħti evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtorijtajiet kompetenti tal-Istati Memrbi, li l-uċuħ tal-proteina huma predominanti fit-taħlita.

KAPITOLU 5

Pagament skont l-erja għall-ġewż

Artikolu 15

Kundizzjonijiet għall-pagament tal-għajnuna Komunitarja

1.   Huma biss il-meded agrikoli mħawla b'siġar tal-ġewż li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fid-data li għad trid tiġi stabbilita skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 li għandhom ikunu eliġibbli għall-pagament skont l-erja previst fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

F'każ ta' medda agrikola li tkun imħawla bi speċi differenti ta' siġar tal-ġewż u meta l-għajnuna hi ddifferenzjata skont l-ispeċi, l-eliġibbiltà għall-għajnuna gћandha sseћћ bil-kundizzjoni ta' konformità għal mill-inqas speċi waħda tal-ġewż mal-għadd minimu ta' siġar għal kull ettaru stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-għadd ta' siġar tal-ġewż għal kull ettaru ma għandux ikun inqas minn:

(i)

125 għall-ġellewż;

(ii)

50 għal-lewż morr;

(iii)

50 għall-ġewż;

(iv)

50 għall-pistaċċi;

(v)

30 għall-ħarrub.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu densità ogħla ta' siġar abbażi tal-kriterji oġġettivi u b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni kkonċernata.

3.   Fil-każijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-livell ta' għajnuna li għandha tingħata hu l-livell korrispondenti għall-ispeċi li għalihom jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u li għalihom l-ammont hu l-ogħla.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-għajnuna nazzjonali

L-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna nazzjonali prevista fl-Artikolu 86 u 120 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, Stat Membru jista' jistabbilixxi kriterji għal eliġibbiltà oħra, sakemm dawn il-kriterji jaqblu mal-għanijiet ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiċi tal-iskema ta' għajnuna u ma jintroduċux diskriminazzjoni bejn il-produtturi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jikkontrollaw li dawk il-kriterji ta' eliġibbiltà qed jiġu rrispettati mill-bdiewa.

Artikolu 17

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'kull każ qabel id-data għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u mhux aktar tard:

(a)

mill-31 ta' Marzu, l-ogħla livelli ta' densità u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament u l-kriterji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament;

(b)

mill-15 ta' Mejju, fejn Stat Membru jiddifferenzja l-għajnuna skont l-Artikolu 82(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-livell tal-pagament skont il-medda għal kull prodott u/jew iż-żona nazzjonali garantita modifikata (l-“NGA”)

2.   Kwalunkwe modifika tat-tagħrif li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tapplika mis-sena ta' wara u għandha tiġi nnotifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni akkumpanjata bil-kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw kull modifika bħal din.

KAPITOLU 6

Għajnuna għaż-żerriegħa

Artikolu 18

Ċertifikazzjoni taż-żerriegħa

L-għajnuna għaż-żerriegħa prevista fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tingħata għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika u ċċertifikata uffiċċjalment kif iddefenita mid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE u tkun konformi mal-istandards u l-kundizzjonijiet stipulati f'dawk id-Direttivi, skont l-Artikoli 19 u 23 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Produzzjoni taż-żerriegħa

1.   Iż-żerriegħa għandha tiġi prodotta:

(a)

jew taħt kuntratt tat-tkabbir konkluż bejn stabbiliment taż-żerriegħa jew min irabbi u min ikabbar iż-żerriegħa,

(b)

jew direttament mill-istabbiliment taż-żerriegħa jew min irabbi; produzzjoni bħal din għandha tiġi ċċertifikata bi stqarrija ta' tkabbir.

2.   L-istabbilimenti taż-żerriegħa u min irabbi kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu approvati jew irreġistrati mill-Istati Membri. L-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni minn Stat Membru għandha tkun valida fil-Komunità kollha.

3.   Stabbiliment taż-żerriegħa jew min irabbi, li jkabbar iż-żerriegħa jew li għandu żerriegħa mkabbra f'xi Stat Membru barra dak li fih saret l-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, jekk jintlalab, bit-tagħrif kollu rikjest għal kontroll tad-dritt għal għajnuna.

Artikolu 20

Eliġibbiltà territorjali

Kull Stat Membru għandu jagħti għajnuna biss fir-rigward taż-żerriegħa maħsuda fuq it-territorju tiegħu matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha tkun ġiet iffissata l-għotja.

L-għajnuna għandha tingħata lil dawk kollha li jkabbru ż-zerriegħa taħt kundizzjonijiet li jiżguraw trattament ugwali għall-benefiċjarji, irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 21

Kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa

L-għajnuna għandha tingħata biss bil-kundizzjoni li ż-żerriegħa tkun ġiet fil-fatt ikkumerċjalizzata biex tinżera’ mir-riċevitur mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju tas-sena wara l-ħsad. “Ikkummerċjalizzat” għandha tfisser miżmum disponibbli jew maħżun, muri għall-bejgħ, offrut għall-bejgħ, għall-bejgħ jew għall-kunsinna lil persuna oħra.

Artikolu 22

Pagamenti bil-quddiem

L-Istati Memrbi jistgħu jagħtu pagamenti bil-quddiem lil dawk li jkabbru ż-zerriegħa sa mill-1 ta' Diċembru tas-sena li fir-rigward tagħha qed tingħata l-għajnuna. Pagament bħal dan għandu jkun proporzjonali għall-kwantità ta' żerriegħa diġà kkumerċjalizzata biex tinżera’ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21 sakemm ikunu qed jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 23

Varjetajiet ta' qanneb

Il-varjetajiet tal-qanneb (Cannabis sativa L.) eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 87(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009.

KAPITOLU 7

Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton

Artikolu 24

Awtorizzazzjoni ta' art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi abbażi ta' liema artijiet huma awtorizzati għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton previst fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Il-kriterji għandhom ikunu msejsa fuq waħda jew aktar minn dawn:

(a)

l-ekonomija agrikola ta' dawk ir-reġjuni fejn il-qoton huwa wiċċ tar-raba' prinċipali;

(b)

il-ħamrija u l-klima tal-erjas involuti;

(c)

il-ġestjoni tal-ilma tat-tisqija;

(d)

is-sistemi tar-rotazzjoni u l-metodi tal-kultivazzjoni li x'aktarx jirrispettaw l-ambjent.

Artikolu 25

Approvazzjoni ta' varjetajiet għaż-żriegħ

L-Istati Membri għandhom japprovaw il-varjetajiet reġistrati fil-“Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” li huma adatti għall-bżonnijiet tas-suq.

Artikolu 26

Ħtiġijiet ta' eliġibbiltà

Iż-żrigħ tal-erjas msemmija fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jsir billi tinkiseb densità minima tat-tħawwil, li għandha tkun stipulata mill-Istat Membru abbażi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tat-temp u l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun, fejn xieraq.

Artikolu 27

Prattiċi agronomiċi

L-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-prattiċi agronomiċi meħtieġa għaż-żamma u l-ħsad tal-uċuħ f'kundizzjonijiet normali tat-tkabbir.

Artikolu 28

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.   Qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom japprovaw, għas-sena ta' wara, organizzazzjoni interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton li tapplika biex tħawwel il-qoton u li:

(a)

tkopri erja totali ta' mill-inqas 4 000 ettaru kif stabbilit mill-Istat Membru, u tilħaq il-kriterji tal-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 24, u li jkun fiha mill-anqas impriża waħda tal-ħalġ;

(b)

adottat regoli interni ta' ħidma, b'mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija u l-miżati, skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali u Komunitarji.

2.   Fejn jinstab li organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax il-kriterji tal-approvazzjoni previsti fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni sakemm in-nuqqas ta' rispett tal-kriterji kkonċernati ma jiġix irrimedjat f'perjodu ta' żmien raġjonevoli. Fejn ikun ippjanat li tiġi rtirata l-approvazzjoni, l-Istat Membru għandu jinnotifika dak il-ħsieb lill-organizzazzjoni interprofessjonali, flimkien mar-raġunijiet għal dak l-irtirar. L-Istat Membru għandu jippermetti lill-organizzazzjoni interprofessjonali li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha f'perjodu ta' żmien speċifikat. F'każ ta' rtirar, l-Istat Membru għandu jipprovdi għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet xierqa.

Il-bdiewa membri ta' organizzazzjoni interprofessjonali approvata li l-approvazzjoni tagħha ġiet irtirata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għaż-żieda tal-għajnuna prevista fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 29

Obbligi tal-produtturi

1.   Produttur ma għandux ikun membru ta' aktar minn organizzazzjoni interprofessjonali waħda.

2.   Produttur li huwa membru ta' organizzazzjoni interprofessjonali għandu jibgħat il-qoton tiegħu lil ħallieġ li jagħmel parti mill-istess organizzazzjoni.

3.   Il-parteċipazzjoni tal-produtturi f'organizzazzjoni interprofessjonali approvata għandha tkun ir-riżultat ta' sħubija volontarja.

Artikolu 30

Komunikazzjonijiet lill-produtturi

1.   Qabel il-31 ta' Jannar tas-sena inkwistjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-koltivaturi tal-qoton bi:

(a)

il-varjetajiet approvati; madankollu, il-varjetajiet approvati skont l-Artikolu 25 wara dik id-data għandhom jiġu nnotifikati lill-produtturi qabel il-15 ta' Marzu tal-istess sena;

(b)

il-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-art;

(c)

id-densità minima tal-pjanti tal-qoton imsemmija fl-Artikolu 26;

(d)

il-prattiċi agronomiċi meħtieġa.

2.   Fejn l-approvazzjoni ta' varjetà tiġi rtirata, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-produtturi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar għall-finijiet tal-istaġun taż-żrigħ tas-sena ta' wara.

KAPITOLU 8

Pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex pagament tranżizzjonali tal-frott artab

Artikolu 31

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

“applikant” tfisser kwalunkwe bidwi li jikkoltiva l-erjas msemmijin fl-Artikoli 96 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuniet previsti f'dawk l-Artikoli;

(b)

“għajnuna” tfisser il-pagament tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix previst fl-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew il-pagament tranżizzjonali għall-frott artab previst fl-Artikolu 98 ta' dak ir-Regolament;

(c)

“l-ewwel proċessur” tfisser kwalunkwe utent ta' materja prima agrikola msemmija fl-Artikoli 96 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jagħmel l-ewwel ipproċessar tiegħu bil-ħsieb li jikseb prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(1)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007;

(d)

“kollettur” tfisser kwalunkwe persuna li jikkonkludi kuntratt ma' applikant skont it-tifsira ta' punt (a) li jixtri fuq il-kont tiegħu stess tal-anqas wieħed mill-prodotti msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 54(2) jew fl-Artikolu 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 rispettivament;

(e)

“organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta” tfisser kwalunkwe entità legali jew parti definita biċ-ċar ta' entità legali li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 122, 125a(1) u 125b(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 125b ta’ dak ir-Regolament u minn gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikoli 125e u 103a ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 32

Kuntratt

1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-possibbiltà prevista mill-Artikolu 97(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-kuntratt tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 97(3) u 98(2) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi konkluż bejn, minn naħa, l-ewwel proċessur approvat, skont it-tifsira tal-Artikolu 33, u, min-naħa l-oħra, applikant jew organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew kollettur approvat, skont it-tifsira tal-Artikolu 33, li jirrappreżenta l-applikant.

Meta l-organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta taġixxi wkoll bħala l-ewwel proċessur approvat, il-kuntratt jista' jieħu l-forma ta' impenn ta' provvista.

2.   Il-kuntratt jew l-impenn ta' provvista għandu jispeċifika tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet għall-kuntratt jew l-impenn ta' provvista;

(b)

l-ispeċijiet ikkonċernati u l-erja mħawla b'kull speċi;

(c)

fejn xieraq, impenn mill-applikant li lill-ewwel proċessur jikkonsenjalu l-kwantità totali maħsuda jew il-kwantitajiet minimi ddefiniti mill-Istati Membri.

Fil-każijiet li fihom il-kuntratt jiġi konkluż bejn l-ewwel proċessur approvat u organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta jew kollettur approvat li jirrappreżenta lill-applikant, il-kuntratt għandu jispeċifika wkoll l-ismijiet u l-indirizzi, imsemmija fil-punt (a), tal-applikanti kkonċernati, kif ukoll l-ispeċijiet u l-erja mħawla, imsemmija fil-punt (b), għal kull applikant ikkonċernat.

Artikolu 33

Approvazzjoni tal-ewwel proċessuri u l-kolletturi

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' approvazzjoni tal-ewwel proċessuri u l-kolletturi li jinsabu fuq fit-territorju tagħhom. B'mod partikolari, għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni billi tal-anqas jiggarantixxu li:

(a)

l-ewwel proċessuri u l-kolletturi approvati jippossjedu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 32;

(b)

l-ewwel proċessuri approvati jippossjedu l-kapaċitajiet produttivi xierqa.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura ta' kontrolli tal-approvazzjoni.

3.   L-approvazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (14), (KE) Nru 2202/96 (15) u (KE) Nru 1234/2007 għandhom jibqgħu validi għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu.

4.   Jekk jirriżulta li l-ewwel proċessur jew il-kollettur approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati abbażi tiegħu, jew meta l-ewwel proċessur jew kollettur approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) 1122/2009, l-Istati Membri għandhom jimponu penali xierqa. Ir-rata tal-penali għandha tiġi kkalkolata fid-dawl tal-gravità tal-ksur.

5.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista tal-ewwel proċessuri u kolletturi approvati disponibbli għall-pubbliku tal-anqas xahrejn qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Artikolu 34

Livell ta' għajnuna għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix

1.   Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel il-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jiffissaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-ammont indikattiv ta' għajnuna għal kull ettaru.

2.   Fl-applikazzjoni tal-Artikoli 97(1) u 97(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont finali ta' għajnuna għal kull ettaru abbażi tal-erja ddeterminata.

KAPITOLU 9

Primjums fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

Taqsima 1

Applikazzjonijiet u pagamenti

Artikolu 35

Applikazzjoniet u perjodu taż-żamma

1.   Flimkien mat-talbiet taħt is-sistema integrata ta' ġestjoni u kontroll prevista fil-Kapitolui 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bdiewa għandhom jindikaw fl-applikazzjoniji tagħhom għal primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż u għal primjums supplimentari kemm jekk qed jikkummerċjalizzaw il-ħalib tan-nagħġa, jew prodotti tal-ħalib ibbażati fuq il-ħalib tan-nagħġa, u kemm jekk le, matul is-sena li għaliha qed jintalab il-primjum.

2.   L-applikazzjonijiet għal primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż u għal primjums supplimentari għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti, matul perjodu uniku ffissat mill-Istati Membri kkonċernati li ma jibdiex qabel l-1 ta' Novembru u ma jintemmx aktar tard mit-30 ta' April, rispettivament, ta' qabel u ta' wara l-bidu tas-sena li għaliha qed jitressqu l-applikazzjonijiet.

3.   Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 103(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li matulu l-bidwi jaħdem biex iżomm fl-impriża tiegħu l-għadd ta' nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikun qed jintalab il-primjum ('il-perjodu ta' żamma') għandu jkun ta' 100 jum li jibdew fl-ewwel jum ta' wara l-aħħar jum tal-perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 36

Żoni eleġibbli għall-primjum tal-mogħoż

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 101(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma sodisfatti fiż-żoni mniżżla fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi regolari, jivverifikaw jekk dawn il-kriterji jkomplux jiġu sodisfatti fiż-żoni elenkati f'dak l-Anness III li jaqaw fit-territorji rispettivi tagħhom. B'segwitu għal din l-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat l-Anness III qabel il-31 ta' Lulju tas-sena qabel is-sena li fir-rigward tagħha għandha tapplika l-emenda. In-notifika għandha, partikolarment, tindika iż-żoni, jew partijiet taż-żoni, elenkati fl-Anness III li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 101(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll iż-żoni eventwali li jissodisfaw dawk il-kriterji iżda li għadhom mhumiex elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament. Għal dawn iż-żoni potenzjali ġodda, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'ġustifikazzjoni dettaljata tal-proposta tagħhom.

Artikolu 37

Applikazzjoni għall-primjum supplimentari u għall-primjum tal-mogħoż

1.   Sabiex jibbenefika mill-primjum supplimentari jew mill-primjum tal-mogħoż, bidwi li l-impriża tiegħu għandha mill-inqas 50 % imma mhux aktar minn 100 % taż-żona tagħha użata għall-agrikoltura li jinstabu f'żoni msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew f'żoni mniżżla fl-Anness III għal dan ir-Regolament, għandu jippreżenta dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet li jindikaw il-lokalità tal-art tiegħu, skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Bidwi li kull sena hu mitlub jippreżenta dikjarazzjoni tal-erja totali tal-impriża tiegħu utilizzata għall-agrikoltura, f'każ ta' applikazzjoni għal għajnuna, kif prevista fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu jindika f'dik id-dikjarazzjoni dwak il-meded użati għall-agrikoltura li jinstabu f'żoni msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew f'żoni mniżżla fl-Anness III għal dan ir-Regolament kif xieraq.

Bidwi li mhuwiex mitlub jippreżenta id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jippreżenta dikjarazzjoni speċifika kull sena, permezz, fejn xieraq, tas-sistema għall-identifikazzjoni ta' meded agrikoli prevista fis-sistema integrata.

Dik id-dikjarazzjoni speċifika għandha tindika l-lokalità tal-art kollha li l-bidwi jippossedi, jikri jew juża skont kull arranġament, u tindika l-erja tagħha u tagħti d-dettalji ta' dawk il-meded użati għall-agrikultura li jinstabu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew f'żoni mniżżla fl-Anness III għal dan ir-Regolament, kif xieraq. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni speċifika li għandha tkun inkluża fl-applikazzjoni għall-primjum tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu li d-dikjarazzjoni speċifika ssir permezz ta' formola ta' “applikazzjoni għall-pagament uniku”.

3.   L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' titlob il-preżentazzjoni ta' kuntratt tal-proprjetà, kuntratt tal-kera jew ftehim bil-miktub bejn il-bdiewa u, fejn xieraq, attestazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali li tkun għamlet l-art disponibbli għall-użu agrikolu għall-bidwi kkonċernat. L-attestazzjoni għandha tindika l-erja tal-art mogħtija lill-produttur u l-meded li jinstabu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew fiż-żoni elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, kif xieraq.

Artikolu 38

Bdiewa li jipprattikaw it-transumanza

1.   Applikazzjonijiet għall-primjum ippreżentati minn bdiewa li l-indirizzi reġistrati tal-irziezet tagħhom huma f'waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 102(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li jixtiequ jikkwalifikaw għall-primjum supplimentari għandhom jindikaw:

(a)

il-post jew postijiet fejn għandha ssir it-transumanza għas-sena kurrenti;

(b)

il-perjodu ta' mill-inqas 90 jum imsemmi fl-Artikolu 102(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u stipulat għas-sena kurrenti.

2.   Applikazzjonijiet għall-primjum minn bdiewa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti li jiċċertifikaw li t-transumanza seħħet tassew, ħlief f'każijiet ta' force majeure jew minħabba l-impatt ta' ċirkustanzi naturali ġġustifikati li jaffettwaw il-ħajja tal-merħla, matul is-sentejn preċedenti u partikolarment permezz ta' attestazzjoni mill-awtorità lokali jew reġjonali fil-post tat-transumanza li tiċċertifika li din fil-fatt seħħet matul, mill-anqas, 90 jum konsekuttiv.

Meta jkunu qed isiru l-kontrolli amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-post ta' transumanza speċifikat fl-applikazzjoni tal-primjum huwa fil-fatt fiż-żona msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 39

Pagament tal-primjums

1.   Il-primjums għandhom jitħallsu lill-produtturi abbażi tal-għadd ta' nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma fl-impriża tagħhom matul il-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 35(3).

2.   Il-primjums għandhom jitħallsu għall-annimali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fid-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fil-jum finali tal-perjodu taż-żamma.

Artikolu 40

Inventarju ta' bdiewa li jbiegħu l-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ

Għal kull sena l-Istati Membri għandhom ifasslu, mhux aktar tard minn tletin ġurnata tal-perjodu taż-żamma, inventarju tal-bdiewa li jbiegħu l-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-bdiewa msemmija fl-Artikolu 35(1).

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, meta jkunu qed ifasslu l-inventarju, jikkunsidraw ir-riżultati tal-kontrolli u kull sors ta' tagħrif ieħor disponibbli għall-awtorità kompetenti, partikolarment tagħrif miksub minn proċessuri jew distributuri li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ jew prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ mill-bdiewa.

Artikolu 41

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, bi kwalunkwe bidla fil-lista taż-żoni ġeografiċi fejn tiġi pprattikata t-transumanza msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament.

Taqsima 2

Limiti, Riżervi u Trasferimenti

Artikolu 42

Drittijiet miksuba mingħajr ħlas

Għajr f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, meta bidwi jkun kiseb id-drittijiet għal primjum mingħajr ħlas mir-riżerva nazzjonali ma għandux ikun awtorizzat li jittrasferixxi jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu għal perjodu ta' tliet snin mid-data li fiha jkun akkwista dawk id-drittijiet.

Artikolu 43

Użu ta' drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta' drittijiet jista' jagħmel użu minnhom billi japprofitta ruħu minn dawk id-drittijiet u/jew jikri dawk id-drittijiet lil bidwi ieħor.

2.   Meta bidwi ma jkunx għamel użu mill-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu previsti fil-paragrafu 4, matul kull sena, il-parti mhux użata għandha tiġi trasferita lir-riżerva nazzjonali, minbarra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' bidwi fil-pussess ta' massimu ta' 20 dritt għall-primjum, meta dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, matul kull waħda minn sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti mhux użata matul l-aħħar sena kalendarja biss għandha tiġi trasferita lir-riżerva nazzjonali;

(b)

fil-każ ta' bidwi li jieħu sehem fi programm ta' estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni;

(c)

fil-każ ta' bidwi li jieħu sehem fi skema ta' rtirar kmieni rrikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju;

(d)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq.

3.   Kera temporanja għandha tkun biss effettiva għal snin sħaħ u għandha tinvolvi għall-inqas l-għadd minimu ta' annimali previst fl-Artikolu 44(1). Fl-aħħar ta' kull perjodu ta' kera temporanja, li m'għandhiex taqbeż tliet snin konsekuttivi, bidwi għandu, ħlief fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet, jiġbor lura għalih id-drittijiet kollha tiegħu, għall-inqas għal sentejn konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jużax għall-inqas il-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu previsti fil-paragrafu 4 matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, ħlief f'każijet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, jirtira u jirritorna kull sena dik il-parti tad-drittijiet mhux użata mill-bidwi lir-riżerva nazzjonali.

Madanakollu, fil-każ tal-bdiewa li qed jipparteċipaw fl-iskemi ta' rtirar bikri rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-perjodu kollu tal-kera temporanja abbażi ta' skemi bħal dawn li jiżdied.

Il-bdiewa li jkunu għamlu impenn li jipparteċipaw fi programm ta' estensifikazzjoni skont il-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (16) jew fi programm ta' estensifikazzjoni skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (17) jew skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (18) ma għandhomx ikunu awtorizzati li jikru b'mod temporanju u/jew li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta' din il-parteċipazzjoni. Madanakollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax f'każijijet fejn il-programm jippermetti t-trasferiment u/jew il-kera temporanja ta' drittijiet lill-bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri oħra li mhumiex imsemmija f'dan is-subparagrafu tirrikjedi l-akkwist ta' drittijiet.

4.   Il-perċentwali minimu tal-użu tad-drittjiet għall-primjum għandu jkun 70 %.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-perċentwali għal 100 %. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-quddiem bil-perċentwal li bi ħsiebhom japplikaw.

Artikolu 44

Trasferiment ta' drittijiet u kera temporanja

1.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw, abbażi tal-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta' drittijiet għall-primjum li jista' jkun is-suġġett għal trasferiment parzjali li ma jinvolvix it-trasferiment ta' impriża. Dan il-minimu ma għandux jaqbeż 10 drittijiet għall-primjum.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet għall-primjum u l-kera temporanja ta' drittijiet bħal dawn għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jirċievi d-drittijiet.

Dawn in-notifiki għandhom jitwettqu f'perjodu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru u mhux iktar tard mid-data li fiha jintemm il-perjodu taż-żmien għall-applikazzjoni għall-primjum f'dak l-Istat Membru, għajr f'dawk il-każijiet fejn it-trasferiment tad-drittijiet jitwettaq permezz ta' wirt. F'dawk il-każijiet, il-bidwi li jirċievi d-drittijiet għandu jkun f'pożizzjoni li jforni d-dokumenti legali xierqa bħala prova li hu jew hi huma l-benefiċjarji tal-bidwi l-mejjet.

3.   Fil-każ ta' trasferiment mingħajr it-trasferiment tal-impriża, l-għadd ta' drittijiet trasferiti mingħajr kumpens għar-riżerva nazzjonali ma jista' fl-ebda każ ikun anqas minn wieħed.

Artikolu 45

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ tat-trasferimenti jew tal-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa konċernati bin-numru tad-drittijiet għall-primjum li għalihom huma intitolati mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu taż-żmien li matulu l-produttur ikun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma għandux jgħodd fil-każ fejn it-trasferiment iseħħ permezz ta' wirt kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2).

Artikolu 46

Bdiewa li mhumiex sidien tal-art li fiha jaħdmu r-raba'

Bdiewa li jaħdmu biss art tar-raba' li hija propjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li jieqfu jużaw dik l-art għall-mergħa u li jittrasferixxu d-drittijiet kollha tagħhom lill-bidwi ieħor għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħall-bdiewa li jbiegħu jew jitrasferrixu l-impriżi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha bdiewa bħal dawn għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-bdiewa li jittrasferixxu d-drittijiet għall-primjum tagħhom biss.

Artikolu 47

Trasferiment permezz tar-riżerva nazzjonali

Fejn l-Istati Membri jipprovdu li t-trasferiment tad-drittijiet għandu jseħħ permezz tar-riżerva nazzjonali, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali analogi ma' dawk f'din it-Taqsima. Barra minn hekk, f'każijiet bħal dawn:

(a)

l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kera temporanja permezz tar-riżerva nazzjonali;

(b)

fil-każ tat-trasferiment tad-drittijiet għall-primjum jew kera temporanja bi qbil mal-punt (a), trasferiment għar-riżerva ma jidħolx fis-seħħ sa wara n-notifika mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lill-bidwi li jkun se jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u trasferimenti mir-riżerva għal bidwi ieħor ma jidħlux fis-seħħ sa wara n-notifika lil dak il-bidwi mill-awtoritajiet.

Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jassiguraw li l-parti tad-drittijiet li mhijiex koperta bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi kkanċellata permezz ta' pagament mill-Istat Membru li jikkorrispondi mal-pagament li kien jirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li titqies b'mod partikolari x-xejra fil-produzzjoni tal-Istat Membru konċernat. Dan il-pagament għandu jkun daqs il-pagament imħallas minn bidwi li jirċievi drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 48

Kalkolu tal-limiti individwali

Għandhom jintużaw biss numri sħaħ fil-kalkoli inizjali u fl-aġġustamenti sussegwenti għal-limiti individwali dwar id-drittijiet tal-primjum.

Għal dak il-għan, meta r-riżultat finali tal-kalkoli aritmetiċi ma jkunx numru sħiħ, għandu jintuża n-numru sħiħ l-aktar viċin. Madanakollu, meta r-riżultat tal-kalkoli jaqa' eżatt bejn żewġ numri sħaħ, għandu jintuża n-numru sħiħ l-aktar għoli.

Artikolu 49

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Diċemru ta' kull sena, bi kwalunkwe emenda fil-parti tad-drittijiet għall-primjums trasferiti li għandhom jiġu kkonsenjati lir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, fejn xieraq, bil-miżuri meħuda skont l-Artikolu 105(3) ta' dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April ta' kull sena:

(a)

l-għadd ta' drittijiet għal primjum irritornati mingħajr pagament ta' kumpens lir-riżerva nazzjonali wara trasferimenti tad-drittijiet mingħajr trasferimenti ta' impriżi matul is-sena preċedenti;

(b)

l-għadd ta' drittijiet għall-primjum mhux użati msemmija fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 trasferiti lir-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti;

(c)

l-għadd ta' drittijiet mogħtija skont l-Artikolu 106(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 matul is-sena preċedenti;

(d)

l-għadd ta' drittijiet tal-primjum mogħtija lill-bdiewa f'żoni aktar żvantaġġati mir-riżerva nazzjonali matul is-sena preċedenti.

KAPITOLU 10

Pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella

Taqsima 1

Primjum speċjali

Artikolu 50

Applikazzjonijiet

1.   Barra mir-rekwiżiti skont is-sistema integrata, kull applikazzjoni għall-pagamenti diretti kif imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-primjum speċjali previst f'dan il-Kapitolu għandu jkollha:

(a)

tqassim tal-għadd tal-bhejjem skont il-kategorija tal-età;

(b)

referenza għall-passaporti jew għad-dokumenti amministrattivi li jakkumpanjaw l-annimali li huma soġġetti għall-applikazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss fir-rigward tal-annimali li fid-data ta' bidu tal-perjodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 53 għandhom l-età ta':

(a)

fil-każ tal-barrin, mhux inqas minn seba' xhur;

(b)

fil-każ tal-għoġġiela:

(i)

mhux inqas minn seba' xhur u mhux aktar minn 19-il xahar fil-każ tal-ewwel kategorija tal-età;

(ii)

mill-inqas 20 xahar fil-każ tat-tieni kategorija tal-età.

Artikolu 51

Għoti tal-primjum

L-annimali li ma kkwalifikawx għall-primjum speċjali minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali previst fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu ma jkunux aktar is-suġġett ta' applikazzjoni għall-istess kategorija tal-età u għandhom jitqiesu li kienu s-suġġett tal-pagament tal-primjum.

Artikolu 52

Passaporti u dokumenti amministrattivi

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jiżguraw li l-passaporti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew dokumenti amministrattivi nazzjonali ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 110(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jiggarantixxu li jingħata primjum wieħed biss għal kull annimal u għal kull kategorija tal-età.

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin, skont il-ħtieġa, għal dan il-għan.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dokument amministrattiv nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-forma ta':

(a)

dokument li jakkumpanja kull annimal individwali;

(b)

lista kumplessiva, miżmuma mill-bidwi, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-annimali kkonċernati jibqgħu, mid-data li fiha ssir l-ewwel applikazzjoni, għand l-istess bidwi sakemm jitqiegħdu fis-suq bil-għan li jinqatlu;

(c)

lista kumplessiva, miżmuma mill-awtoritajiet ċentrali, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jew ir-reġjun ta' Stat Membru li jagħmel użu minn din il-possibbiltà jwettaq kontrolli fuq il-post fuq l-annimali kollha koperti b'applikazzjoni, jiċċekkja l-movimenti ta' dawk l-annimali u jagħmel marka distintiva fuq kull annimal ċċekkjat li l-bdiewa għandhom ikunu meħtieġa li jippermettu;

(d)

lista kumplessiva, miżmuma mill-awtoritajiet ċentrali, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument amministrattiv, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija tal-età u jipprovdi tagħrif dwar l-istatus tal-primjum ta' kull annimal minnufih fuq talba.

3.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn waħda jew aktar mill-possibbilitajiet previsti f'paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bihom fil-ħin dovut u jgħaddulha d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' implimentazzjoni.

Artikolu 53

Perjodu taż-żamma

It-tul tal-perjodu ta' żamma msemmi fl-Artikolu 110(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jkun ta' xahrejn, li jibda fil-jum wara dak li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dati oħra tal-bidu jkunu jistgħu jiġu stabbiliti mill-bidwi bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar tard minn xahrejn mill-jum ta’ wara dak li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Artikolu 54

Limitu reġjonali

1.   Meta l-applikazzjoni għat-tnaqqis proporzjonali previst fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tagħti numru ta' bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, fir-rigward tal-parti deċimali għandha tingħata, frazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tal-unità tal-primjum. Għal dan il-għan, għandu jitqies l-ewwel punt deċimali biss.

2.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew li jimmodifikaw ir-reġjuni eżistenti fit-territorju tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kkonċernata, fejn jagħtu definizzjoni tar-reġjun u tal-limitu stabbilit. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 55

Limiti tal-għadd tal-annimali għal kull impriża

1.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jbidlu l-limitu ta' 90 ras ta’ baqar għal kull impriża u għal kull kategorija tal-età msemmi fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew li jidderogaw minnu, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

Meta, barra minn hekk, l-Istati Membri jistabilixxu għadd minimu ta' annimali għal kull impriża, li għal għadd inqas minn dan ma japplikax it-tnaqqis proporzjonali, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kkonċernata.

Artikolu 56

Għoti tal-primjum fil-ħin tal-qatla

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-primjum speċjali fil-ħin tal-qatla kif ġej:

(a)

fil-każ tal-barrin, għall-kategorija ta' età unika;

(b)

fil-każ tal-għoġġiela, għall-ewwel jew it-tieni kategorija tal-età jew bit-taħlita tal-għoti tal-primjums għaż-żewġ kategoriji tal-età.

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali fil-ħin tal-qatla skont il-paragrafu 1, għandhom jipprovdu li l-primjum jingħata wkoll meta l-annimali eliġibbli jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew meta jiġu esportati lejn pajjiż terz.

3.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu l-primjum speċjali fil-ħin tal-qatla skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din is-Sezzjoni u l-Artikolu 77 u l-Artikolu 78(1) u (2) għandhom japplikaw mutandis mutandis għall-għoti tal-primjum.

4.   B'żieda mat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 78(1), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw jekk l-annimal huwiex barri jew għoġol, u għandhom ikunu akkumpanjati b'dokument li jkun fih id-dettalji meħtieġa għall-għanijiet tal-Artikolu 52. Dak id-dokument għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, skont l-għażla tal-Istat Membru:

(a)

il-passaport jew kopja tal-passaport fejn it-tip użat jikkonsisti f'bosta kopji;

(b)

kopja tal-passaport fejn it-tip tal-passaport użat jikkonsisti f'kopja waħda biss li għandha tingħata lura lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000; f'dak il-każ l-Istat Membru għandu jieħu passi sabiex jiżgura li t-tagħrif li hemm fil-kopja jikkorrispondi ma' dak li hemm fl-oriġinal;

(c)

id-dokument amministrattiv nazzjonali meta l-passaport ma jkunx disponibbli, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-Istati Membri jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tad-dokument amministrattiv nazzjonali. F'dan il-każ għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-primjum ma jingħatax darbtejn għall-istess kategorija tal-età għall-bhejjem li kienu soġġetti għall-kummerċ intra-Komunitarju.

Meta d-databases kompjuterizzati kif previst fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 ikun fihom, għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru, it-tagħrif meħtieġ li jiżgura li jingħata primjum wieħed biss għal kull annimal u għal kull kategorija tal-età, l-applikazzjoni għall-għajnuna ma għandhiex għalfejn tkun akkumpanjata bid-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta l-Istati Membri japplikaw l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(2), dawn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-bidwi jkun jista' jistabbilixxi l-bhejjem li għalihom ikun qiegħed jitlob primjum speċjali.

5.   Fil-każ tal-barrin, il-prova tal-qatla għandha tispeċifika l-piż tal-karkassa.

6.   Meta l-annimal jiġi kkunsinnat, għandha tiġi pprovduta prova tal-kunsinna permezz ta' dikjarazzjoni mill-konsenjatur li tindika l-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-annimal.

F'dak il-każ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur (jew kodiċi ekwivalenti);

(b)

in-numru tal-identità tal-annimal;

(c)

dikjarazzjoni li l-annimal mhuwiex iżgħar mill-età ta' disa' xhur.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu ppreżentati qabel mal-annimal iħalli t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tiġi ppreżentata l-prova tal-kunsinna fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-annimali jkunu ħallew it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 57

Dettalji tas-sistema tal-għotja

1.   Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 u permezz ta' deroga mill-Artikolu 53, il-primjum għandu jitħallas lill-bdiewa li jkunu żammew l-annimali għal perjodu minimu taż-żmien taż-żamma ta' xahrejn li jintemm anqas minn xahar qabel id-data tal-qatla jew tal-kunsinna jew li jintemm anqas minn xahrejn qabel id-data tal-esportazzjoni.

Fil-każ tal-għoġġiela, il-pagament tal-primjum għandu jkun soġġett għar-regoli li ġejjin:

(a)

il-primjum rigward l-ewwel kategorija tal-età għandu jitħallas biss jekk il-bidwi jkun żamm l-annimal għal perjodu ta' żmien ta' mhux inqas minn xahrejn bejn iż-żmien ta' meta l-annimal ma kellux inqas mill-età ta' seba' xhur u ż-żmien ta' meta kien iżgħar minn 22 xahar;

(b)

il-primjum rigward it-tieni kategorija tal-età għandu jitħallas jekk il-bidwi jkun żamm l-annimal li ma jkollux inqas mill-età ta' 20 xahar għal perjodu taż-żmien mhux inqas minn xahrejn;

(c)

il-primjums rigward iż-żewġ kategoriji tal-età jistgħu jitħallsu flimkien biss jekk il-bidwi jkun żamm l-annimal għal mhux inqas minn erba' xhur konsekuttivi b'konformità mar-rekwiżiti tal-età stipulati fil-punti (a) u (b);

(d)

il-primjum rigward it-tieni kategorija tal-età jista' jitħallas biss jekk l-annimal kien ikkunsinnat minn Stat Membru ieħor meta laħaq l-età ta' 19-il xahar.

2.   Il-piż tal-karkassa għandu jiġi stabbilit abbażi ta' karkassa fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament 1183/2006 (19).

Meta l-preżentazzjoni tal-karkassa tkun differenti minn din it-tifsira, għandhom japplikaw il-fatturi korrettivi stipulati fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1249/2008 (20).

Meta l-qatla ssir f'biċċerija li mhijiex soġġetta għall-applikazzjoni tal-iskala tal-klassifikazzjoni Komunitarja għall-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-piż jiġi stabbilit abbażi tal-piż ħaj tal-bhima maqtula. F'dawn il-każijiet il-piż tal-karkassa għandu jitqies li jkun daqs jew aktar minn 185 kilogramma jekk il-piż ħaj tal-bhima maqtula kien daqs jew aktar minn 340 kilogramma.

Artikolu 58

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel il-bidu tas-sena kalendarja kkonċernata bid-deċiżjoni tagħhom, jew kwalunkwe emenda għaliha, li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 u l-proċeduri rilevanti.

Taqsima 2

Primjum tal-baqar li jreddgħu

Artikolu 59

Baqar li jappartjenu għal razza tal-laħam

Għall-għanijiet tal-Artikolu 109(d) u l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-baqar li jappartjienu għar-razez tal-ifrat elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiesu bħala baqar li jappartjenu għal razza tal-laħam.

Artikolu 60

Kwota massima individwali

1.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-kwota massima individwali ta' 120 000 kilogramma msemmija fl-Artikolu 111(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew li jidderogaw minnha, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata.

2.   Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata.

Artikolu 61

Perjodu taż-żamma

Il-perjodu taż-żamma ta' sitt xhur previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jibda fil-jum wara dak li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Artikolu 62

Applikazzjonijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jaqgħu taħt is-sistema integrata, meta l-applikazzjoni għall-pagamenti diretti prevista fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tinkludi applikazzjoni għall-primjum li jingħata skont l-Artikolu 111(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu jkollha:

(a)

dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-kwota individwali tal-ħalib disponibbli lill-produttur fil-31 ta' Marzu ta' qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' 12-il xahar minn meta bdiet tiġi applikata l-iskema tal-imposta għaż-żejjed li tibda fis-sena kalendarja kkonċernata; meta din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis;

(b)

impenn mill-bidwi li ma jżidx il-kwota individwali tiegħu aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit fl-Artikolu 111(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 matul il-perjodu ta' żmien ta' 12-il xahar li jibda fid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Il-punt (b) ma għandux japplika jekk l-Istat Membru jkun abolixxa l-limitu kwantitattiv.

2.   L-applikazzjonijiet għall-primjum tal-baqar li jreddgħu għandhom jiġu ppreżentati fil-perjodu taż-żmien kumplessiv ta' sitt xhur matul sena kalendarja, li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodi taż-żmien jew dati separati li fihom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet matul dak il-perjodu ta' żmien kumplessiv u l-għadd ta' applikazzjonijiet li l-bdiewa jistgħu jippreżentaw għall-primjum u għall kull sena kalendarja.

Artikolu 63

Produzzjoni medja tal-ħalib

Il-produzzjoni medja tal-ħalib għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-produzzjoni medja stabbilita fl-Anness V. Madankollu, sabiex tiġi kkalkolata, l-Istati Membri jistgħu jużaw dokument irrikonoxxut minnhom li jiċċertifika l-produzzjoni medja tal-merħla tal-ħalib tal-bidwi.

Artikolu 64

Primjum nazzjonali miżjud

1.   Primjum nazzjonali miżjud għall-baqar li jreddgħu kif previst fl-Artikolu 111(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jista' jingħata biss lil bidwi li, fir-rigward tal-istess sena kalendarja, jirċievi l-primjum għall-baqar li jreddgħu.

Il-primjum nazzjonali miżjud għall-baqar li jreddgħu għandu jingħata biss fil-limitu tal-għadd tal-annimali li jikkwalifikaw għall-primjum tal-baqar li jreddgħu, jekk xieraq wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum nazzjonali miżjud għall-baqar li jreddgħu. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fi żmien biżżejjed qabel ma dawn il-kundizzjonijiet jiddaħħlu fis-seħħ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu ta' kull sena kalendarja liema Stati Membri jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 111(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 65

Limitu individwali

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw limitu individwali għal kull bidwi skont l-Artikolu 112(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 66

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena:

(a)

bi kwalunkwe bidla fit-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

fejn applikabbli, bi kwalunkwe emenda għall-miżuri meħuda skont l-Artikolu 113(3)(a) ta' dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’mod elettroniku lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni pprovditilhom mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju għal kull sena kalendarja:

(a)

bl-għadd ta' drittijiet għal primjum irritornati mingħajr pagament kumpensatorju lir-riżerva nazzjonali wara trasferimenti tad-drittijiet mingħajr trasferimenti ta' impriżi matul is-sena kalendarja preċedenti;

(b)

bl-għadd ta' drittijiet għal primjum mhux użati kif imsemmija fl-Artikolu 69(2) trasferiti lir-riżerva nazzjonali matul is-sena kalendarja preċedenti;

(c)

l-għadd tad-drittijiet mogħtija skont l-Artikolu 114(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 67

Drittijiet miksuba mingħajr ħlas

Għajr f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, meta bidwi jkun kiseb drittijiet għal primjum mingħajr ħlas mir-riżerva nazzjonali ma għandux ikun awtorizzat li jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara.

Artikolu 68

Użu ta' drittijiet

1.   Bidwi fil-pussess ta' drittijiet jista' jagħmel użu minnhom billi japprofitta ruħu minn dawn id-drittijiet u/jew jikri dawn id-drittijiet lil bidwi ieħor.

2.   Meta bidwi ma jkunx għamel użu tal-inqas mill-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skont il-paragrafu 4, matul kull sena kalendarja, il-parti mhux użata għandha tiġi trasferita lir-riżerva nazzjonali, ħlief:

(a)

fil-każ ta' bidwi fil-pussess ta' massimu ta' seba' drittijiet għall-primjum, meta dan il-bidwi ma jkunx għamel użu mill-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skont il-paragrafu 4, matul kull waħda mis–sentejn kalendarji konsekuttivi, il-parti mhux użata matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi trasferita lir-riżerva nazzjonali,

(b)

fil-każ ta' bidwi li jieħu sehem fi programm ta' estensifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni,

(c)

fil-każ ta' bidwi li qed jipparteċipa fi skema ta' rtirar kmieni rikonoxxuta mill-Kummissjoni fejn it-trasferiment u/jew il-kera temporanja ta' drittijiet mhijiex obbligatorja, jew

(d)

f'każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq.

3.   Il-kiri temporanju għandu jitwettaq biss fir-rigward ta‘ snin kalendarji sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas l-għadd minimu ta' annimali previst fl-Artikolu 69(1). Fl-aħħar ta' kull perjodu ta' kera temporanja, li m'għandhiex taqbeż tliet snin konsekuttivi, bidwi għandu, ħlief fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet, jiġbor lura għalih id-drittijiet kollha tiegħu, għall-inqas għal sentejn kalendarji konsekuttivi. Jekk il-bidwi ma jużax għall-inqas il-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skont il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, ħlief f'każijet eċċezzjonali u ġġustifikati kif jixraq, jirtira u kull sena jagħti lura dik il-parti ta' drittijiet mhix użata mill-produttur lir-riżerva nazzjonali.

Madanakollu, fil-każ ta' bdiewa li qed jipparteċipaw fi skemi ta' rtirar bikri rikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-perjodu kollu tal-kera temporanja abbażi ta' skemi bħal dawn li jiżdied.

Il-bdiewa li jkunu għamlu impenn li jipparteċipaw fi programm ta' estensifikazzjoni skont il-miżura msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2078/92 jew fi programm ta' estensifikazzjoni skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew fi programm ta' estensifikazzjoni skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ma għandhomx ikunu awtorizzati li jikru temporanjament u/jew li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta' din il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każijiet meta l-programm jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet lil bdiewa li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri għajr dawk imsemmija f'dan is-subparagrafu jeħtieġu l-kisba tad-drittijiet.

4.   Il-perċentwal minimu tal-użu tad-drittjiet għall-primjum għandu jkun 70 %. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jgħollu dan il-perċentwal sa 100 %.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-quddiem bil-perċentwali li bi ħsiebhom japplikaw jew bi kwalunkwe bidla f'dan.

Artikolu 69

Trasferiment ta' drittijiet u kera temporanja

1.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw, abbażi tal-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, għadd minimu ta' drittijiet għall-primjum li jista' jkun is-suġġett ta’ trasferiment parzjali li ma jinvolvix it-trasferiment ta' impriża. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż ħames drittijiet għall-primjum.

2.   It-trasferimenti tad-drittijiet għall-primjum u kera temporanja ta' drittijiet bħal dawn għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati f'daqqa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mill-bidwi li qed jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li qed jirċievi d-drittijiet.

Notifika bħal din għandha ssir f'limitu taż-żmien stipulat mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data li fiha l-bidwi li jirċievi d-drittijiet jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-primjum, għajr f'dawk il-każijiet meta t-trasferiment tad-drittijiet iseħħ permezz ta' wirt. F'dak il-każ, il-bidwi li jirċievi d-drittijiet għandu jkun f'pożizzjoni li jforni d-dokumenti legali xierqa sabiex jagħti prova li hu jew hi huma l-benefiċjarji tal-bidwi l-mejjet.

Artikolu 70

Bidla fil-limitu individwali

Fil-każ tat-trasferimenti jew tal-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum, l-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu individwali ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa kkonċernati bl-għadd ta' drittijiet għall-primjum li għalihom huma intitolati mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu taż-żmien li matulu l-bidwi jkun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika fil-każ meta t-trasferiment iseħħ permezz ta' wirt.

Artikolu 71

Bdiewa li mhumiex sidien tal-art li fiha jaħdmu r-raba'

Bdiewa li jaħdmu biss art ta’ raba' li hija proprjetà pubblika jew kollettiva li jiddeċiedu li jieqfu jaħdmu art bħal din u li jittrasferixxu d-drittijiet kollha tagħhom lill-bidwi ieħor għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal bdiewa li jbiegħu jew jitrasferrixu l-impriżi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha bdiewa bħal dawn għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-bdiewa li jittrasferixxu d-drittijiet għall-primjum tagħhom biss.

Artikolu 72

Trasferiment permezz tar-riżerva nazzjonali

Meta l-Istati Membri jipprovdu li t-trasferiment ta' drittijiet mingħajr it-trasferiment tal-impriża jrid isir permezz tar-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 113(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali analogi ma' dawk stabbiliti fl-Artikoli 69 sa 71. B'żieda ma' dan, f'dan il-każ:

l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kiri temporanju jsir permezz tar-riżerva nazzjonali;

meta d-drittijiet għall-primjum jiġu trasferiti, jew mikrija temporanjament fil-każijiet fejn jiġi applikat l-ewwel inċiż, it-trasferimenti għar-riżerva għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u t-trasferimenti mir-riżerva lil bidwi ieħor għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati lil dak il-bidwi minn dawn l-awtoritajiet.

B'żieda ma' dan, dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom jiżguraw li jsir pagament mill-Istat Membru għal dik il-parti tad-drittijiet minbarra l-parti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li tikkorrispondi għal dik li kieku kienet tirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-bdiewa, filwaqt li titqies b'mod partikolari x-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru konċernat. Dan il-pagament għandu jkun daqs il-pagament li jrid jintalab mill-bdiewa li jirċievu d-drittijiet ekwivalenti mir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 73

Drittijiet parzjali

1.   Meta l-kalkoli li jridu jsiru skont l-Artikoli 65 sa 72 jipproduċu ċifri li ma jkunux sħaħ, għandha titqies l-ewwel ċifra deċimali biss.

2.   Meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima tirriżulta fi drittijiet parzjali għall-primjum, jew għall-bdiewa jew għar-riżerva nazzjonali, dawn id-drittijiet parzjali għandhom jiġu magħduda flimkien.

3.   Meta bidwi jkun fil-pussess ta' dritt parzjali, dan id-dritt parzjali għandu jagħti intitolament għall-frazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tal-unità tal-primjum u, fejn japplika, tal-primjum nazzjonali miżjud imsemmi fl-Artikolu 64.

Artikolu 74

Skema speċjali għall-erħiet

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan u, fl-istess ħin, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta rilevanti li tippermetti li jiġi stabbilit jekk humiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 115(1) ta' dak ir-Regolament.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom ukoll, fejn xieraq, jikkomunikaw il-limitu speċifiku li jkunu stabbilew.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Id-deċiżjonijiet fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw.

2.   L-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Jannar tas-sena kkonċernata, bi kwalunkwe modifikazzjoni tal-limitu speċifiku nazzjonali li jkunu stabbilew.

3.   L-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali għandhom jistabbilixxu kriterji sabiex jiżguraw li l-primjum ikun imħallas lil bdiewa li l-merħla tagħhom ta' erħiet (għoġġiela żgħażugħa li jkunu għadhom ma welldux) tkun maħsuba sabiex iġġedded il-popolazzjoni tal-merħliet tal-baqar. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu partikolarment limitu tal-età u/jew ħtiġijiet tar-razza. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata bil-kriterji adottati. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena kkonċernata.

4.   Meta l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tagħti għadd ta' bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn ċifra sħiħa, għandhu jingħata, fir-rigward tal-parti deċimali, frazzjon li tikkorrispondi mal-ammont tal-unità tal-primjum u, fejn japplika, tal-primjum nazzjonali miżjud imsemmi fl-Artikolu 64. Għal dan il-għan għandu jitqies l-ewwel punt deċimali biss.

5.   Fl-Istati Memri li japplikaw l-iskema speċjali, il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 111(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 dwar l-għadd minimu ta' annimali li għandhom jinżammu għandha tkun sodisfatta fis-sħiħ jew minn baqar li jreddgħu jekk il-bidwi jkun ippreżenta applikazzjoni għall-baqar li jreddgħu jew minn erħiet jekk il-bidwi jkun ippreżenta applikazzjoni għall-erħiet.

6.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 65 sa 73 ma għandhomx japplikaw għal din l-iskema speċjali.

Artikolu 75

Żieda jew tnaqqis għall-eqreb numru sħiħ tal-għadd tal-annimali

Jekk il-kalkolu tal-għadd massimu ta' erħiet bħala persentaġġ kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipproduċi riżultat li mhuwiex numru sħiħ, dak in-numru għandu jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ jekk huwa inqas minn 0,5 u jiżdied għall-eqreb numru sħiħ jekk huwa 0,5 jew aktar.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni għall-primjum speċjali u l-primjum għall-baqar li jreddgħu

Artikolu 76

Applikazzjonijiet għall-primjum speċjali u l-primjum għall-baqar li jreddgħu

L-Istati Memri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li l-applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward tal-primjum speċjali u l-primjum tal-baqar li jreddgħu, għandhom ikunu għal għadd minimu ta' annimali, sakemm dan ma jaqbiżx l-għadd ta' tlieta.

Taqsima 4

Primjum għall-qatla

Artikolu 77

Dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li sabiex jikkwalifikaw għall-primjum għall-qatla previst fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal sena kalendarja partikolari kull bidwi għandu, qabel jew fl-istess żmien meta jagħmel l-ewwel applikazzjoni għal dik is-sena kalendarja, jippreżenta dikjarazzjoni ta' parteċipazzjoni.

Madanakollu, meta l-bidwi ma jagħmel l-ebda bidla fid-dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni, l-Istat Membru jista' jaċċetta li d-dikjarazzjoni preċedenti tibqa' valida.

Artikolu 78

Applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu t-tagħrif meħtieġ għall-pagament tal-primjum għall-qatla, partikolarment d-data tat-twelid tal-annimal fil-każ tal-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jitressqu f'perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mill-qatla tal-annimal jew, minn meta l-annimal jiġi esportat, wara d-data li fiha jħalli t-territorju tad-dwana Komunitarja. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jiskadi mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar tas-sena ta' wara għajr f'każijiet eċċezzjonali li jridu jiġu deċiżi mill-Istat Membru kkonċernat fejn l-animali jkunu ġew ikkonsenjati jew esportati. Mingħajr preġudizzju għal-limitu taż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-perjodi taż-żmien u d-dati għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u jistgħu jistabbilixxu l-għadd tal-applikazzjonijiet li kull produttur jista' jippreżenta għal kull sena kalendarja.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati permezz ta' persuna li mhijiex il-bidwi. F'dawn il-każijiet l-applikazzjoni għandha turi l-isem u l-indirizz tal-bidwi li jista' jikkwalifika għal primjum għall-qatla.

B'żieda mal-ħtiġijiet introdotti bħala parti mis-sistema integrata, kull applikazzjoni għandu jkollha:

(a)

fil-każijiet meta l-għotja tingħata fil-ħin tal-qatla, ċertifikat mill-biċċerija jew kull dokument prodott jew awtorizzat mill-biċċerija li jkun fih mill-inqas l-istess tagħrif, li juri:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

id-data tal-qatla u n-numri tal-identità u tal-qatla tal-annimal,

(iii)

fil-każ tal-għoġġiela, il-piż tal-karkassa (għajr meta japplika l-Artikolu 79(4),

(b)

fil-każijiet meta l-annimal jiġi esportat lejn pajjiż terz:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-esportatur (jew kodiċi ekwivalenti),

(ii)

in-numru tal-identità tal-annimal,

(iii)

id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni li tiddikjara l-età tal-annimal għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u, fil-każ tal-għoġġiela, għajr meta japplika l-Artikolu 79(4), il-piż ħaj, li ma jistax jaqbeż il-300 kilogramma,

(iv)

prova li l-annimal jkun telaq mit-territorju tad-dwana Komunitarja, murija bl-istess mod bħar-rifużjoni għall-esportazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-tagħrif imsemmi fil-punti (a) u (b) tar-raba' subparagrafu għandu jitwassal permezz ta' korp jew korpi approvati mill-Istat Membru, li jistgħu jużaw it-teknoloġija tal-informatika.

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari u għall-għarrieda dwar l-eżattezza taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti maħruġa u, fejn xieraq, it-tagħrif imsemmi fir-raba' subparagrafu.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan it-tagħrif dwar il-qatla tal-annimali, elenkati fid-databases kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u mogħti lill-awtorità kompetenti mill-biċċeriji għandu jitqies bħala applikazzjoni għall-primjum għall-qatla f'isem il-bdiewa, bil-kundizzjoni li dawk id-databases joffru, għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati dwar l-eżattezza tad-dejta li jkun fih għall-għanijiet tal-iskema tal-primjums għall-qatla u, meta japplika, għall-pagament mal-qatla tal-primjum speċjali.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati. F'każ bħal dan jistgħu jistabbilixxu t-tip ta' tagħrif li għandu jakkumpanja l-applikazzjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dan il-paragrafu għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull bidla sussegwenti qabel ma tiġi implimentata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta disponibbli għall-aġenzija tal-pagament tkun tinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ biex tħallas il-primjum għall-qatla, partikolarment:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet tal-annimali kif imsemmija fl-Artikolu 116(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 maqtula matul is-sena kkonċernata;

(b)

it-tagħrif li jirrigwarda l-konformità mal-limiti tal-età u tal-piż tal-karkassa tal-annimali msemmija f'dak l-Artikolu u bil-perjodu ta' żamma msemmi fl-Artikolu 80 ta' dan ir-Regolament;

(c)

fejn applikabbli, it-tagħrif meħtieġ biex jitħallas il-primjum speċjali fil-ħin tal-qatla.

3.   Għall-annimali li kienu soġġetti għall-kummerċ intra-Komunitarju wara l-perjodu ta' żamma msemmi fl-Artikolu 80, anki jekk l-Istat Membru fejn twettqet il-qatla għażel li japplika d-deroga stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-biċċerija għandha toħroġ id-dokument imsemmi fil-punt (a) tar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Madanakollu, meta s-sistemi tagħhom tat-trasferiment tad-dejta jkunu kompatibbli, żewġ Stati Membri jistgħu jiftiehmu li japplikaw il-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiżguraw kontrolli effettivi dwar l-awtentiċità tad-dokumenti ppreżentati u/jew l-eżattezza tad-dejta skambjata. Għal dan il-għan l-Istat Membru għandu, meta jsir il-ħlas, jibgħat b'mod regolari lill-Istat Membru fejn issir il-qatla, sommarju imqassam fi gruppi skont il-biċċerija, taċ-ċertifikati tal-qatliet (jew, minflok dan, tagħrif) riċevut mill-Istat Membru msemmi l-aħħar.

Artikolu 79

Piż u preżentazzjoni tal-karkassi

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 116(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-karkassi tal-vitella għandhom jiġu ppreżentati wara li jitneħħewlhom il-ġilda, l-imsaren u d-demm, mingħajr ir-ras jew is-saqajn iżda bil-fwied, bil-kliewi u bix-xaħam tal-kliewi.

2.   Il-piż li jrid jitqies għandu jkun il-piż tal-karkassa wara t-tkessiħ, jew il-piż sħun tal-karkassa stabbilit malajr kemm jista' jkun wara l-qatla, imnaqqas bi 2 %.

3.   Meta jiġu ppreżentati karkassi mingħajr il-fwied, il-kliewi u/jew ix-xaħam tal-kliewi, il-piż għandu jkun miżjud bi:

(a)

3,5 kilogrammi għall-fwied;

(b)

0,5 kilogramma għall-kliewi;

(c)

3,5 kilogrammi għax-xaħam tal-kliewi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta għoġol ikunu iżgħar minn sitt xhur fil-ħin tal-qatla jew tal-esportazzjoni, il-ħtieġa tal-piż imsemmija fl-Artikolu 116(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta.

Meta l-piż tal-karkassa ma jistax jiġi stabbilit fil-biċċerija, il-ħtieġa tal-piż imsemmija fl-Artikolu 116(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta jekk il-piż ħaj ma jaqbiżx it-300 kilogramma.

Artikolu 80

Perjodu ta' żamma

1.   Il-primjum għall-qatla għandu jitħallas lill-bidwi li jkun żamm l-annimal għal perjodu minimu ta' żamma ta' xahrejn li jintemm anqas minn xahar qabel il-qatla jew li jntemm anqas minn xahrejn qabel l-esportazzjoni.

2.   Fil-każ tal-għoġġiela maqtula qabel l-età ta' tliet xhur, il-perjodu ta' żamma għandu jkun ta' xahar.

Artikolu 81

Limiti massimi nazzjonali

1.   L-ogħla limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 116(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

2.   Meta l-applikazzjoni għat-tnaqqis proporzjonali previst fl-Artikolu 116(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tagħti numru ta' bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn numru sħiħ, fir-rigward tal-parti deċimali għandu jingħata, frazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tal-unità tal-primjum għall-qatla. Għal dan il-għan għandu jitqies l-ewwel punt deċimali biss.

Taqsima 5

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 82

Ħlas ta' pagamenti bil-quddiem

1.   Skont l-Artikolu 29(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, abbażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontrolli fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tħallas lill-bidwi, għall-għadd ta' annimali meqjusa eliġibbli, pagament bil-quddiem ugwali għal 60 % tal-primjum speċjali, il-primjum għall-baqar li jreddgħu u l-primjum għall-qatla.

Fil-każ tal-primjum speċjali, l-iskema speċjali għall-erħiet msemmija fl-Artikolu 74 u l-primjum għall-qatla, il-perċentwal tal-pagament bil-quddiem jista' jitnaqqas mill-Istati Membri iżda ma jistax ikun inqas minn 40 %.

Il-pagament bil-quddiem ma jistax jitħallas qabel is-16 ta' Ottubru tas-sena kalendarja li fiha tkun saret applikazzjoni għall-primjum.

2.   Il-pagament definittiv tal-primjum għandu jkun daqs l-ammont tad-differenza bejn il-pagament bil-quddiem u l-ammont tal-primjum li għalih ikun intitolat il-bidwi.

Artikolu 83

Sena ta' allokazzjoni

1.   Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandha tikkostitwixxi l-okkażjoni operattiva sabiex tiġi stabbilita s-sena li għaliha l-annimali koperti bil-primjum speċjali u l-iskemi tal-primjum għall-baqar li jreddgħu jiġu allokati u l-għadd ta' unitajiet ta' annimali (LUs) li għandhom jintużaw għall-kalkolu tad-densità tal-merħliet.

Madanakollu, jekk il-primjum jingħata skont l-Artikolu 56, l-ammont tal-primjum li japplika għandu jkun dak fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha tkun saret il-qatla jew l-esportazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-annimal inqatel jew ġie esportat mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru;

(b)

meta l-applikazzjoni għall-primjum għal dak l-annimal tiġi ppreżentata wara dik id-data.

2.   Rigward il-primjum għall-qatla, bil-għanijiet li tiġi applikata r-rata tal-għajnuna u li jiġi kkalkolat it-tnaqqis proporzjonali skont l-Artikolu 81, is-sena tal-allokazzjoni għandha tkun is-sena tal-qatla jew tal-esportazzjoni.

Artikolu 84

Penali għall-użu illegali jew għaż-żamma ta' ċerti sustanzi jew prodotti

Fil-każ li jkun hemm kontravenzjonijiet imtennija permezz tal-użu illegali jew iż-żamma ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati mir-regolamenti Komunitarji rilevanti fis-settur veterinarju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fid-dawl tal-gravità tal-ksur, it-tul tal-esklużjoni mill-iskemi tal-għajnuna skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 85

Determinar tal-kwoti individwali għall-ħalib

Sa tmien is-seba' perjodu konsekuttiv stipulat fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta' deroga mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 62(1)(a) ta' dan ir-Regolament, Stat Membru jista' jiddeciedi li fil-każ ta' bdiewa tal-ħalib li jitilqu jew jakkwistaw kwota individwali, sħiħa jew f'parti, b'effett mill-31 ta' Marzu jew l-1 ta' April rispettivament, skont l-Artikolu 65(i) u (k) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew skont dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 73, 74 u 75 ta' dak ir-Regolament, il-kwota individwali massima ta' ħalib disponibbli biex jikkwalifika għall-primjum tal-baqar li jreddgħu u l-għadd massimu ta' baqar li jreddgħu għandhom jiġu ddeterminati fl-1 ta' April.

Artikolu 86

Determinar tal-perjodi ta' żamma

L-aħħar jum tal-perjodi taż-żmien għaż-żamma msemmija fl-Artikoli 53, 57(1), 61, u 80 għandu jkun il-jum, kemm jekk ikun jum tax-xogħol u kemm jekk le, ta' qabel il-jum li jġorr l-istess numru bħall-jum tal-bidu tal-perjodu taż-żmien.

Artikolu 87

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali

Il-ħtieġa li l-annimali jiġu identifikati u rreġistrati stabbilita fl-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tapplika, għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998, skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE (21), għajr fil-każ tal-annimali li jkunu soġġett għall-kummerċ intra-Komunitarju.

TITOLU III

REGOLI SPEĊIFIĊI LI JIRRIGWARDAW IT-TITOLU V TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

KAPITOLU 1

Skema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja

Artikolu 88

Daqs miminimu ta’ erja eliġibbli għal kull impriża

Id-daqs minimu ta' erja eliġibbli għal kull impriża li li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti f'livell ogħla minn 0,3 ettaru, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huwa stabbilit fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 89

Erjas agrikoli

L-erjas agrikoli skont l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, kif prevista fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 90

Produzzjoni tal-qanneb

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-varjetajiet tal-qaneb imsemmija fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward l-eliġibbiltà għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.

KAPITOLU 2

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari

Artikolu 91

Koeffiċjent ta' tnaqqis

Meta f'settur partikolari l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 132(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, ir-rata ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari tas-settur ikkonċernat għandha titnaqqas proporzjonalment bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' tnaqqis.

Artikolu 92

Kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà

Għall-finijiet tal-Artikolu 132(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tqis il-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-(sub)settur imsemmija fl-Artikolu 132(5) ta' dak ir-Regolament u l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà applikabbli għall-pagament dirett korrispondenti li kienu applikabbli għall-Istati Membri għajr l-Istati Membri l-ġodda msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 132(2) ta' dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u ta' dan il-Kapitolu “il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda” tfisser kwalunkwe pagament dirett fl-Anness I tar-Regolament KE) Nru 73/2009 mogħti fis-sena ta' applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari li l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà tagħhom huma simili għal dawk tal-pagament dirett nazzjonali komplementari kkonċernat.

Artikolu 93

Kontrolli

L-Istati Membri l-ġodda għandhom japplikaw miżuri xierqa ta' kontroll sabiex jiżguraw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari, kif iddefiniti mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 132(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 94

Rapport annwali

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport li jipprovdi tagħrif dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari qabel it-30 ta' Ġunju tas-sena wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu mill-inqas ikopri dan li ġej:

(a)

kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni li taffettwa l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari;

(b)

għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji, l-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali komplementari mogħtija, l-ettari, l-għadd ta' annimali jew unitajiet oħra ta' pagament imħallas;

(c)

rapport dwar il-miżuri ta' kontroll applikati skont l-Artikolu 93.

Artikolu 95

Għajnuna mill-Istat

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari mħallsa li ma jkunux f'konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 132(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali mill-Istat skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (22).

TITOLU IV

REVOKI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 96

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

Madanakollu huwa ghandu jkompli japplika għall-applikazzjonijiet tal-għajnuna li għandhom x'jaqsmu mal-primjum għall-2009 u għas-snin preċedenti.

2.   Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandhom jinftiehmu li jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni stipulata fl-Anness IX.

Artikolu 97

Regoli tranżizzjonali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 159(1) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 u fir-rigward tal-għajnuna għall-għelejjel enerġeteċi skont il-Kapitolu 8 u l-iskema ta' art imserrħa skont il-Kapitolu 16 ta' dak ir-Regolament, l-ipproċessar ta' materja prima maħsuda fl-2009 għandu jseħħ sad-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat li ma għandiex tkun aktar tard mill-31 ta' Lulju 2011.

Għall-uċuħ tar-raba' għajr l-uċuħ tar-raba' annwali li se jiġu maħsuda wara l-2009, il-Kapitoli 8 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandhom jieqfu milli japplikaw fir-rigward ta' ħsad bħal dan mill-2010 u l-garanziji ddepożitati skont l-Artikoli 31(3) u 158(1) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandhom jiġu rilaxxati sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat li ma għandiex tkun aktar tard mill-31 ta' Lulju 2010.

Artikolu 98

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li għandhom x'jaqsmu mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(5)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(6)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(7)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(8)  ĠU L 281, 4.11.1999, p. 30.

(9)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(10)  Ara paġna 1 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  Ara paġna 65 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(12)  ĠU L 171, 1.7.2009, p. 6.

(13)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 36.

(14)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29.

(15)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49.

(16)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(17)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(18)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(19)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 1.

(20)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.

(21)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31.

(22)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.


ANNESS I

PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-RABA' GĦAR-ROSS

Kalkolu tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 8

1.   Għall-osservazzjoni ta' qbiż possibbli tal-erja bażi msemmija fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tqis, minn naħa waħda, l-erjas bażi jew l-erjas bażi parzjali, stipulati fl-Artikolu 75 ta' dak ir-Regolament, u min-naħa l-oħra, it-totali tal-erjas li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal għajnuna għal dawn l-erjas bażi u l-erjas bażi parzjali.

2.   Biex tiġi stabbilita l-erja totali li għaliha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, ma għandhomx jitqiesu l-applikazzjonijiet jew il-partijiet ta' applikazzjonijiet li spezzjoni tkun uriet b'mod ċar li mhumiex ġustifikati.

3.   Jekk ikun ġie osservat qbiż tal-limitu għal ċerti erjas bażi jew erjas bażi parzjali, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi għal dawn, il-persentaġġ tal-qbiż tal-limitu, ikkalkulat b'żewġ punti deċimali skont l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Meta qbiż tal-limitu jista' jiġi osservat minn qabel, l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-prodotturi mill-aktar fis.

4.   Il-koeffiċjent tat-tnaqqis tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross għandu jiġi kkalkulat, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, skont il-formola li ġejja:

Tnaqqis tal-koeffiċjent = erja ta' referenza tal-erja bażi parzjali diviża bl-erja totali li għaliha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal din l-erja bażi parzjali.

Il-pagament speċifiku mnaqqas għall-uċuħ tar-raba' għar-ross għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Għajnuna speċifika mnaqqsa għall-uċuħ tar-raba' għar-ross = għajnuna speċifika għar-ross multiplikata bil-koeffiċjent tat-tnaqqis.

Dan il-koeffiċjent tat-tnaqqis u dan il-pagament imnaqqas speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għar-ross għandhom ikunu kkalkulati għal kull erja bażi parzjali, wara l-applikazzjoni tad-distribuzzjoni mill-ġdid prevista fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Id-distribuzzjoni mill-ġdid għandha ssir għall-gwadann tal-erjas bażi parzjali li jkunu nqabbżu l-limiti tagħhom. Għandha ssir b'mod proporzjonali għall-qbiż tal-limitu nnotati fl-erjas bażi parzjali li għalihom ikunu nqabbżu l-limiti.


ANNESS II

TEST GĦAL-LUPINI MORRI MSEMMI FL-ARTIKOLU 13

Għandu jitwettaq fuq kampjun ta' 200 qamħa meħuda minn lott ta' 1 kg minn kull lott b'massimu ta' 20 tunnellata.

It-test huwa maħsub biss biex jipprovdi prova kwalitattiva tal-preżenza tal-qmuħ morri fil-kampjun. It-tolleranza tal-omoġenità hija ta' (1) qamħa waħda għal kull 100. Uża l-metodu tal-“Grain-Cut” skont Von Sengbusch (1942), Ivanov u Smirnova (1932) u Eggebrecht (1949). Aqta' l-qmuħ niexfa jew minfuħa f'għamla ta' salib. Qiegħed in-nofsijiet tal-qmuħ f'passatur u żommhom f'taħlita ta' jodju għal għaxar sekondi, imbagħad laħlaħhom taħt l-ilma ġieri għal ħames sekondi. L-uċuħ maqtugħa tal-qmugħ morri jsiru kannella filwaqt li dawk li m'għandhomx ħafna alkalojdi jibqgħu sofor.

Sabiex titħejja t-taħlita tal-jodju, ħoll 14 g ta' jodat tal-putassju fl-anqas ilma possibbli, żid 10 g ta' jodju u ddilwa sa 1 000 cm3. Ħalli t-taħlita toqgħod għal ġimgħa qabel ma tintuża. Aħżen fi fliexken kannella. Iddilwa t-taħlita prinċipali sa tlieta jew ħames darbiet tal-volum inizjali tagħha qabel ma tintuża.


ANNESS III

ERJAS ELIĠIBBLI BIEX JIRĊIEVU L-PRIMJUM GĦALL-MOGĦOŻ

1.   Il-Bulgarija: il-pajjiż kollu.

2.   Ċipru: il-pajjiż kollu.

3.   Il-Portugall: il-pajjiż kollu, bl-eċċezzjoni tal-Azores.

4.   Is-Slovenja: il-pajjiż kollu.

5.   Is-Slovakkja: iż-żoni tal-muntanji kollha skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.


ANNESS IV

LISTA TAR-RAZEZ TAL-ANNIMALI TAL-IFRAT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 59

Angler Rotvieh (Angeln) — Rød dansk mælkerace (RMD) — German Red — Lithuanian Red

Ayrshire

Armoricaine

Bretonne pie noire

Fries-Hollands (FH), Française frisonne pie noire (FFPN), Friesian-Holstein, Holstein, Black u White Friesian, Red u White Friesian, Frisona española, Frisona Italiana, Zwartbonten van België/pie noire de Belgique, Sortbroget dansk mælkerace (SDM), Deutsche Schwarzbunte, Schwarzbunte Milchrasse (SMR), Czarno-biała, Czerwono-biała, Magyar Holstein-Friz, Dutch Black u White, Estonian Holstein, Estonian Native, Estonian Red, British Friesian, črno-bela, German Red u White, Holstein Black u White, Red Holstein

Groninger Blaarkop

Guernsey

Jersey

Malkeborthorn

Reggiana

Valdostana Nera

Itäsuomenkarja

Länsisuomenkarja

Pohjoissuomenkarja.


ANNESS V

PRODUZZJONI MEDJA TAL-ĦALIB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 63

(kilogrammi)

Il-Belġju

6 920

Ir-Repubblika Ċeka

5 682

L-Estonja

5 608

Spanja

6 500

Franza

5 550

Ċipru

6 559

Il-Latvja

4 796

Il-Litwanja

4 970

L-Ungerija

6 666

L-Awstrija

4 650

Il-Polonja

3 913

Il-Portugall

5 100

Is-Slovakkja

5 006


ANNESS VI

LIMITI NAZZJONALI GĦALL-PRIMJUM GĦALL-QATLA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 81(1)

 

Annimali tal-ifrat adulti

Għoġġiela

Il-Belġju

335 935

Spanja

1 982 216

25 629

Il-Portugall

325 093

70 911


ANNESS VII

DAQS MIMINIMU TAL-ERJA ELIĠIBBLI GĦAL KULL IMPRIŻA SKONT L-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

Stati Membri Ġodda

Daqs miminimu ta' erja eliġibbli għal kull impriża msemmi fl-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (ettari)

Il-Bulgarija

1

Madanakollu, impriżi b'mhux inqas minn 0,5 ettaru ta’ wċuħ tar-raba' permanenti jistgħu jitolbu pagamenti

Ċipru

0,3

Ir-Repubblika Ċeka

1

L-Estonja

1

L-Ungerija

1

Madanakollu, impriżi b'aktar minn 0,3 ettaru ġonna tas-siġar tal-frott jew dwieli jistgħu jitolbu pagamenti

Il-Latvja

1

Il-Litwanja

1

Il-Polonja

1

Ir-Rumanija

1

Is-Slovakkja

1


ANNESS VIII

ERJA AGRIKOLA SKONT L-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

Stati Membri Ġodda

Erja agrikola-skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja imsemmija fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (eluf ta’ettari)

Il-Bulgarija

3 492

Ċipru

140

Ir-Repubblika Ċeka

3 469

L-Estonja

800

L-Ungerija

4 829

Il-Latvja

1 475

Il-Litwanja

2 574

Il-Polonja

14 337

Ir-Rumanija

8 716

Is-Slovakkja

1 880


ANNESS IX

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004

Artikoli ta' dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 2(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 3

Artikolu 2(5)

Artikolu 13

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 7

Artikolu 13

Artikolu 8

Artikolu 14

Artikolu 9

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 11

Artikolu 21

Artikolu 12

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 36a

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 18

Artikolu 47

Artikolu 19

Artikolu 48

Artikolu 20

Artikolu 49

Artikolu 21

Artikolu 49a

Artikolu 22

Artikolu 50

Artikolu 23

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 53

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 35

Artikolu 71

Artikolu 36

Artikolu 72

Artikolu 37

Artikolu 73

Artikolu 38

Artikolu 74

Artikolu 39

Artikolu 75

Artikolu 40

Artikolu 76

Artikolu 41

Artikolu 77

Artikolu 42

Artikolu 78

Artikolu 43

Artikolu 79

Artikolu 44

Artikolu 80

Artikolu 45

Artikolu 81

Artikolu 46

Artikolu 82

Artikolu 47

Artikolu 83

Artikolu 48

Artikolu 84

Artikolu 49

Artikolu 85

Artikolu 86

Artikolu 87

Artikolu 50

Artikolu 88

Artikolu 51

Artikolu 89

Artikolu 52

Artikolu 90

Artikolu 53

Artikolu 91

Artikolu 54

Artikolu 92

Artikolu 55

Artikolu 93

Artikolu 56

Artikolu 94

Artikolu 57

Artikolu 95

Artikolu 58

Artikolu 96

Artikolu 97

Artikolu 98

Artikolu 99

Artikolu 59

Artikolu 100

Artikolu 60

Artikolu 101

Artikolu 61

Artikolu 102

Artikolu 62

Artikolu 103

Artikolu 63

Artikolu 104

Artikolu 64

Artikolu 105

Artikolu 65

Artikolu 106

Artikolu 66

Artikolu 107

Artikolu 67

Artikolu 108

Artikolu 68

Artikolu 109

Artikolu 69

Artikolu 110

Artikolu 70

Artikolu 111

Artikolu 71

Artikolu 112

Artikolu 72

Artikolu 113

Artikolu 73

Artikolu 114

Artikolu 74

Artikolu 115

Artikolu 75

Artikolu 116

Artikolu 76

Artikolu 117

Artikolu 118

Artikolu 118a

Artikolu 118b

Artikolu 118c

Artikolu 118d

Artikolu 119

Artikolu 120

Artikolu 77

Artikolu 121

Artikolu 78

Artikolu 122

Artikolu 79

Artikolu 123

Artikolu 80

Artikolu 124

Artikolu 81

Artikolu 125

Artikolu 126

Artikolu 82

Artikolu 127

Artikolu 83

Artikolu 128

Artikolu 129

Artikolu 84

Artikolu 130

Artikolu 85

Artikolu 130a

Artikolu 86

Artikolu 131

Artikolu 132

Artikolu 87

Artikolu 133

Artikolu 134

Artikolu 88

Artikolu 135

Artikolu 89

Artikolu 90

Artikolu 136

Artikolu 137

Artikolu 138

Artikolu 139

Artikolu 91

Artikolu 139a

Artikolu 92

Artikolu 140

Artikolu 93

Artikolu 141

Artikolu 94

Artikolu 142

Artikolu 95

Artikolu 142a

Artikolu 143

Artikolu 144

Artikolu 145

Artikolu 146

Artikolu 147

Artikolu 148

Artikolu 149

Artikolu 150

Artikolu 151

Artikolu 152

Artikolu 153

Artikolu 154

Artikolu 155

Artikolu 156

Artikolu 157

Artikolu 158

Artikolu 159

Artikolu 160

Artikolu 163

Artikolu 164

Artikolu 165

Artikolu 166

Artikolu 167

Artikolu 168

Artikolu 169

Artikolu 170

Artikolu 171

Artikolu 171a

Artikolu 24

Artikolu 171aa

Artikolu 25

Artikolu 171ab

Artikolu 26

Artikolu 171ac

Artikolu 27

Artikolu 171ad

Artikolu 28

Artikolu 171ae

Artikolu 29

Artikolu 171af

Artikolu 30

Artikolu 171ag

Artikolu 171ah

Artikolu 171ai

Artikolu 171b

Artikolu 171ba

Artikolu 171bb

Artikolu 171bc

Artikolu 171c

Artikolu 171ca

Artikolu 171cb

Artikolu 171cc

Artikolu 171cd

Artikolu 171ce

Artikolu 171cf

Artikolu 171cg

Artikolu 171ch

Artikolu 171ci

Artikolu 171cj

Artikolu 171ck

Artikolu 171cl

Artikolu 171cm

Artikolu 171cn

Artikolu 171co

Artikolu 171cp

Artikolu 171d

Artikolu 31

Artikolu 171da

Artikolu 32

Artikolu 171db

Artikolu 33

Artikolu 171dc

Artikolu 34

Artikolu 172

Artikolu 96

Artikolu 97

Artikolu 173

Artikolu 98

Anness I

Anness II

Anness II

Anness I

Anness III, IV, V, VI, VII, VIII, IX

Anness X

Anness III

Anness XI, XII, XIII, XIV

Anness XV

Anness IV

Anness XVI

Anness V

Anness XVII

Anness VI

Annex XVIII, XIX

Anness XX

Anness VII

Anness XXI

Anness VIII

Anness XXII-XXX


Top