EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0078

Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 231, 3.9.2009, p. 8–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 016 P. 193 - 205

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0168

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/78/oj

3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/8


DIRETTIVA 2009/78/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 93/31/KEE hija waħda mid-Direttivi separati dwar is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif sostitwita permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti fir-rigward tal-istands tagħhom. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu li l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE,fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2002/24/KE dwar is-sistemi tal-vetturi, il-komponenti u l-elementi tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva jiġifieri l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta’ stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tal-miżura, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal stands għal kull tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent f’dak li għandu x’jaqsam mal-istands għat-tip ta’ vettura b’żewġ roti u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta’ dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbilit fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 3

L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ stands:

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti, jew

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti,

jekk l-istands ta’ dawk il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE għal kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti għal raġunijiet relatati ma’ stands jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Id-Direttiva 93/31/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 234, 30.9.2003, p. 20.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 66) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 19.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.


ANNESS I

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1.1.

“stand” tfisser apparat imwaħħal b’mod ferm mal-vettura u kapaċi jirfed il-vettura fil-pożizzjoni vertikali(jew kważi vertikali) ta’ parkeġġ meta s-sewwieq tagħha jħalliha waħidha;

1.2.

“prop stand” tfisser “stand” li meta mtawwal jew imdawwar fil-pożizzjoni miftuħa, iżomm il-vettura fuq naħa waħda biss, waqt li tħalli ż-żewġ roti jmissu mal-wiċċ tal-irfid;

1.3.

“centre stand” tfisser “stand” li meta mdawwar fil-pożizzjoni miftuħa, jirfed il-vettura billi jipprovdi waħda jew ħafna żoni ta’ kuntatt bejn il-vettura u l-wiċċ tal-irfid miż-żewġ naħat tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

1.4.

“inklinazzjoni transversali (tt)” tfisser l-inklinazzjoni, imfissra bħala persentaġġ, tal-wiċċ attwali tal-irfid, fejn jiltaqgħu il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u l-wiċċ tal-irfid jkunu perpendikulari għal-linja tal-inklinazzjoni massima (dijagramma 1);

1.5.

“inklinazzjoni lonġitudinali (lt)” tfisser l-inklinazzjoni, mfissra bħala persentaġġ, tal-wiċċ attwali tal-irfid, il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura jkun parallel mal-linja tal-inklinazzjoni massima (dijagramma 2);

1.6.

“il-wiċċ lonġitudinali medjan tal-vettura” tfisser il-pjan longitudinali ta’ simetrija tar-rota ta’ wara tal-vettura.

2.   REKWIŻITI ĠENERALI

2.1.

Il-vetturi kollha b’żewġ roti għandhom ikunu mgħammra mill-anqas bi stand wieħed sabiex iżommu sodi meta weqfin (eż. meta jkunu pparkjati) iżda mhux miżmuma f’pożizzjoni statika minn persuna jew mezz estern. M’hemmx għalfejn li vetturi b’roti doppji (twin wheel) jiġu mgħammra bi stands iżda dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.2.2 meta jkunu f’pożizzjoni pparkjata (bil-brejk tal-pożizzjoni pparkjata applikat).

2.2.

L-istand għandu jkun jew prop jew inkella centre type, jew it-tnejn.

2.3.

Fejn l-istand idur mal-parti ta’ isfel ta’ jew taħt il-vettura, it-tarf jew it-truf ta’ barra tal-istand għandu jitbandal (għandhom jitbandlu) lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura sabiex jieħu l-pożizzjoni magħluqa jew il-pożizzjoni tal-ivvjaġġar.

3.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

3.1.   Prop stands

3.1.1.   Prop stands għandhom:

3.1.1.1.

ikunu jistgħu jirfdu l-vettura b’tali mod illi jipprovdu stabbilità laterali sew jekk il-vettura tkun mirfuda fuq wiċċ ta’ rfid orizzontali jew f’niżla sabiex ma jitħalliex jegħleb wisq faċilment (u b’hekk idur fuq il-punt tal-irfid ipprovdut mill-prop stand) jew jersaq b’faċilità eċċessiva f’pożizzjoni vertikali u iżjed (u b’hekk ma jegħlibx għan-naħa l-oħra tal-prop stand);

3.1.1.2.

ikunu jistgħu jirfdu l-vettura b’tali mod illi tibqa’ stabbli meta tkun ipparkjata f’niżla konformement mal-punt 6.2.2;

3.1.1.3.

jkunu jistgħu jitbandlu lura awtomatikament fil-pożizzjoni miġbuda lura jew tal-ivjaġġar;

3.1.1.3.1.

meta l-vettura tmur lura fil-pożizzjoni normali tas-sewqan tagħha (vertikali);

jew

3.1.1.3.2.

meta l-vettura timxi ‘l quddiem b’riżultat ta’ azzjoni intenzjonata mis-sewwieq wara l-ewwel kuntatt tal-prop stand mal-art;

3.1.1.4.

minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.1.1.3, għandhom jiġu mfasslin u mibnija b’tali mod illi ma jingħalqux awtomatikament jekk l-angolu tal-inklinazzjoni jiġi mibdul għall-għarrieda (per eżempju, jekk il-vettura tiġi mbuttata bil-mod minn xi terza persuna jew b’buffura riħ magħmula mill-passaġġ ta’ vettura);

3.1.1.4.1.

ladarba fil-pożizzjoni miftuħa jew ipparkjata;

3.1.1.4.2.

il-vettura tkun inklinata sabiex iġġib in-naħa ta’ barra tal-prop stand f’kuntatt mal-

art;

3.1.1.4.3.

il-vettura titħalla waħidha fil-pożizzjoni pparkjata.

3.1.2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.1.1.3 ma japplikawx jekk il-vettura tkun iddisinjata b’tali mod li ma tistax tiġi mmexxija mill-magna tagħha meta l-prop stand jiġi miftuħ.

3.2.   Centre stands

3.2.1.   Centre stands għandhom:

3.2.1.1.

ikunu jistgħu jirfdu l-vettura b’waħda jew biż-żewġ roti f’kuntatt mal-wiċċ tal-irfid jew mingħajr ma ebda rota tkun f’kuntatt ma’ dak il-wiċċ b’tali mod li tagħti stabbilità lil dik il-vettura:

3.2.1.1.1.

fuq wiċċ tal-irfid orizzontali;

3.2.1.1.2.

f’pożizzjoni inklinata;

3.2.1.1.3.

f’niżla skont il-punt 6.2.2;

3.2.1.2.

jkunu jistgħu jingħalqu lura awtomatikament fil-pożizzjoni miġbuda lura jew fil-pożizzjoni tal-ivjaġġar;

3.2.1.2.1.

meta l-vettura timxi ‘l quddiem b’tali mod illi tgħolli s-centre stand mill-wiċċ tal-irfid.

3.2.2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.1.1.2 ma japplikawx jekk il-vettura tkun ddisinjata b’tali mod li ma tistax tiġi mmexxija mill-magna tagħha meta s-centre stand ikun miftuħ.

4.   REKWIŻITI OĦRA

4.1.

Barra minn hekk, vetturi jistgħu jiġu mmuntati b’sinjal li jkun jidher sewwa għas-sewwieq meta jkun fil-pożizzjoni tas-sewqan u li, meta l-ignixin jiġi mixgħul, dan jinxtegħel u d-dawl jibqa’ hemm sakemm l-istand jkun magħluq ’il ġewwa jew fil-pożizzjoni tal-ivvjaġġar.

4.2.

L-istands kollha għandhom jiġu pprovduti b’sistema ta’ żamma li żżommhom imdaħħlin ‘l ġewwa jew fil-pożizzjoni tal-ivvjaġġar. Dik is-sistema tista’ tkun magħmula minn jew:

żewġ sistemi indipendenti bħal żewġ molol separati jew molla waħda u apparat wieħed ta’ żamma bħal clip,

jew

apparat wieħed li għandu jkun jista’ jaħdem mingħajr ma jfalli tal-anqas għal

10 000 ċiklu normali jekk il-vettura tkun ġiet mgħammra b’żewġ stands,

jew

15 000 ċiklu normali jekk il-vettura tkun ġiet mgħammra bi stand wieħed biss.

5.   TESTIJIET TA’ STABBILITÀ

5.1.   Il-testijiet li ġejjin għandhom isiru sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità li l-vettura tinżamm f’pożizzjoni stabbli kif speċifikat fil-punti 3 u 4:

5.2.   Stat tal-vettura

5.2.1.

Il-vettura għandha tiddaħħal bil-piż mhux mgħobbija.

5.2.2.

It-tajers għandhom ikunu minfuħin sal-pressa rakkomandata mill-manifattur tagħhom għal dak l-Istat.

5.2.3.

It-trażmissjoni għandha tkun fil-pożizzjoni newtrali jew, fil-każ ta’ trażmissjoni awtomatika, fil-pożizzjoni tal-ipparkjar fejn din tkun teżisti.

5.2.4.

Jekk il-vettura tkun mgħammra bil-brejk tal-ipparkjar, dan għandu jiġi applikat.

5.2.5.

L-isteering għandu jkun illokkjat fil-pożizzjoni. Jekk l-isteering jista’ jiġi llokkjat meta mdawwar sew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin it-testijiet għandhom isiru fiż-żewġ pożizzjonijiet.

5.3.   Pjattaforma tat-test

5.3.1.

Pjattaforma ċatta u orizzontali li jkollha wiċċ iebes li jkun xott u bla frak tar-ramel jista’ jintuża għat-testijiet li hemm riferenza għalihom fil-punt 6.1.

5.4.   Tagħmir tat-test

5.4.1.

Għandha tiġi użata pjattaforma tal-parkeġġ għat-testijiet li hemm riferenza għaliha fil-punt 6.2.

5.4.2.

Il-pjattaforma tal-parkeġġ għandu jkollha wiċċ iebes, ċatt u rettangolari li jkun jista’ jirfed il-vettura mingħajr ma tinbaram b’mod perċettibbli.

5.4.3.

Il-wiċċ tal-pjattaforma tal-parkeġġ għandu jkollu biżżejjed karatteristiċi kontra ż-żlieq li jevitaw il-vettura milli tiżloq minn naħa għall-oħra tal-wiċċ tal-irfid matul it-testijiet ta’ għelib jew inklinazzjoni.

5.4.4.

Il-pjattaforma tal-parkeġġ għandha tkun iddisinjata b’tali mod illi tkun tista’ tieħu fuqha għallanqas l-għelib trasversali (tt) u l-għelib lonġitudinali (lt) meħtieġ mill-punt 6.2.2.

6.   PROĊEDURI TAT-TESTIJIET

6.1.   Stabbilità fuq wiċċ orizzontali tal-irfid (test għal punt 3.1.1.4)

6.1.1.

Bil-vettura fuq il-pjattaforma tat-test il-prop stand jiġi miftuħ jew imċaqlaq għall-pożizzjoni tal-parkeġġ u l-vettura tiġi mserrħa fuqha.

6.1.2.

Il-vettura tiġi mċaqalqa sabiex l-angolu ffurmat mill-wisa’ lonġitudinali medjan u l-wiċċ tal-irfid jiżdied bi tliet gradi (billi l-vettura titressaq lejn il-vertikali).

6.1.3.

Dan il-moviment m’għandux jikkawża li l-prop stand li terġa’ lura awtomatikament lejn il-pożizzjoni rtirata jew fil-pożizzjoni tal-ivvjaġġar.

6.2.   Stabbilità fuq wiċċ inklinat (testijiet assoċjati mal-punti 3.1.1.1, 3.1.1.2, 3.2.1.1.2, u 3.2.1.1.3)

6.2.1.

Il-vettura tiġi mqiegħdha fuq il-pjattaforma tal-parkeġġ bil-prop stand u, separatament, is-centre stand fil-pożizzjoni miftuħa jew ta’ parkeġġ u l-vettura titħalla tistrieħ fuq l-istand.

6.2.2.

Il-pjattaforma tal-parkeġġjar tiġi mressqa għall-qlib trasversali massimu (tt) u mbagħad, separatament, għall-qlib minimu lonġitudinali (lt) skont it-tabella li ġejja:

Qlib

Prop Stand

Centre Stand

Motorin

Mutur

Motorin

Mutur

tt (ix-xellug u l-lemin)

5  %

6  %

6  %

8  %

lt ’l isfel

5  %

6  %

6  %

8  %

lt ’l fuq

6  %

8  %

12  %

14  %

Ara d-dijagrammi la, lb u 2.

6.2.3.

Meta vettura fuq pjattaforma tal-parkeġġ inklinata tistrieħ fuq is-centre stand u fuq rota waħda biss u jista’ joqgħod f’dik il-pożizzjoni bis-centre stand u jew bir-rota ta’ quddiem jew ta’ wara tmiss mal-wiċċ tal-irfid, it-testijiet deskritti hawn fuq għandhom isiru biss bil-vettura sserraħ fuq is-centre stand u fuq ir-rota ta’ wara sakemm ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt jiġu sodisfatti.

6.2.4.

Il-vettura għandha tibqa’ stabbli meta l-pjattaforma tal-parkeġġ tiġi inklinata b’kull wieħed mill-ammonti meħtieġa u r-rekwiżiti ta’ fuq ikunu ġew sodisfatti kif dovut.

6.2.5.

Inkella l-pjattaforma tal-parkeġġ tista’ tiġi inklinata bl-ammonti meħtieġa qabel ma l-vettura tiġi mċaqalqa fil-pożizzjoni.

Dijagramma 1a

Inklinazzjoni trasversali

Image

Dijagramma 1b

Inklinazzjoni trasversali

Image

Dijagramma 2

Inklinazzjoni lonġitudinali ‘l fuq

Image

Inklinazzjoni lonġitudinali ’l isfel

Image

Appendiċi I

Dokument ta’ informazzjoni dwar stands għal tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewg roti

(sabiex jinthemeż mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fejn din tiġi mdaħħla separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura)

Nru tal-Ordni (mogħti mill-applikant): …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stands għat-tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti għandu jkollha l-informazzjoni stabbilita taħt il-punti li ġejjin fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE.

Il-Parti 1, taqsima A, punti:

0.1,

0.2,

0.4 sa 0.6,

2.1,

2.1.1;

Il-Parti 1, taqsima B, punt:

1.3.1.

Appendiċi 2

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE

(ĠU L 188, 29.7.1993, p. 19)

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/72/KE

(ĠU L 300, 29.11.2000, p. 18)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 5)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/31/KEE

L-14 ta’ Diċembru 1994

L-14 ta’ Ġunju 1995 (*)

2000/72/KE

Il-31 ta’ Diċembru 2001

L-1 ta’ Jannar 2002 (**)


(*)  Konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/31/KEE:

“Mid-data msemmija fl-ewwel sub-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-istands, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.”

Id-data msemmija hija l-14 ta’ Diċembru 1994; ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/31/KEE.

(**)  Konformement mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/72/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2002, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ pjattaformi:

Jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti, jew

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti;

jekk il-pjattaformi ta’ dawk il-vetturi jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 93/31/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2002, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal kull tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti għal raġunijiet relatati ma’ stands jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/31/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jintlaħqux.”


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/31/KEE

Direttiva 2000/72/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1, 2 u 3

 

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 4(1)

 

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 5

 

Artikolu 6

Artikolu 5

 

Artikolu 7

Anness

 

Anness I

Appendiċi 1

 

Appendiċi 1

Appendiċi 2

 

Appendiċi 2

 

Anness II

 

Anness III


Top