EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0065

Direttiva tal-kummissjoni 2008/65/KE tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

OJ L 168, 28.6.2008, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 020 P. 112 - 113

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2013; Impliċitament imħassar minn 32006L0126

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/65/oj

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/36


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/65/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7a(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-lista tal-kodiċijiet kif deskritti fl-Anness I u Ia tad-Direttiva 91/439/KEE jeħtieġ li tiġi adattata.

(2)

Il-kodiċi Komunitarju 78, li jirristrinġi d-dritt li jinsaqu vetturi fi ħdan il-kategorija tal-liċenzja tas-sewqan għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika biss, għandu jiġi emendat fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam.

(3)

Ir-rekwiżiti minimi għal vetturi ta' l-eżami tas-sewqan kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE jeħtieġu li jiġu kkonformati mal-bidla fid-definizzjoni tal-kodiċi Komunitarja 78.

(4)

Ir-rekwiżiti minimi għat-testijiet tat-teorija u tal-prattika kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE għandhom jiġu rreveduti sabiex ir-rekwiżiti għat-testijiet jiġu jaqblu mad-domandi tat-traffiku ta' kuljum fir-rigward ta' l-użu tal-mini sabiex jittejjeb il-livell ta' sikurezza fit-toroq ta' dan l-element partikolari ta' l-infrastruttura tat-toroq.

(5)

Il-perjodi stabbiliti fil-punti 5.2 u 6.2.5 ta' l-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE rriżultaw inadegwati għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-miżuri meħtieġa. Għandu jingħata perjodu supplimentari.

(6)

Id-Direttiva 91/439/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/439/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, punt (2), fir-rigward tal-paġna 4 tal-liċenzja u fl-Anness I a, punt (2), fir-rigward tal-paġna 2 tal-liċenzja, punt (a) (12), il-kliem tal-kodiċi Komunitarju 10.02 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“10.02.

Vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn)”

(2)

Fl-Anness I, punt (2), fir-rigward tal-paġna 4 tal-liċenzja u fl-Anness I a, punt (2), fir-rigward tal-paġna 2 tal-liċenzja, punt (a) (12), il-kliem tal-kodiċi Komunitarju 78 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

78.   Validu biss għal vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn)”

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 2.1.3:

“—

sewqan sikur fil-mini tat-triq”;

(b)

Fil-punt 5.1, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Jekk l-applikant jagħmel it-test tal-ħiliet u ta' l-imġiba fuq vettura mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A u A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn) dan għandu jiġi rreġistrat fuq kull liċenzja li tinħareġ fuq il-bażi ta' test bħal dan. Il-liċenzji b'din l-indikazzjoni għandhom ikunu validi biss għal vetturi mingħajr pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn).

“Vettura bi trażmissjoni awtomatika” tfisser vettura li ma għandhiex pedala tal-klaċċ (jew, għall-kategoriji A jew A1, lieva ta’ l-ingranaġġ operata bl-idejn).”

(ċ)

Fil-punt 5.2, l-aħħar paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-vetturi għat-testjiet tal-kategoriji B+E, C, C+E, C1, C1+E, D, D+E, D1 u D1+E li mhumiex konformi mal-kriterji minimi msemmija hawn fuq iżda li kienu jintużaw fid-data jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE (*) jistgħu jibqgħu jintużaw sat-30 ta’ Settembru 2013. Ir-rekwiżiti marbuta mat-tagħbija li trid tinġarr minn dawn il-vetturi jistgħu jiġu implimentati mill-Istati Membri sat-30 ta’ Settembru 2013.

(*)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36.”"

(d)

Fit-tieni paragrafu tal-punt 6.2.5, il-kliem “ħames snin wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ” għandu jinbidel b’“sat-30 ta’ Settembru 2008”.

(e)

Fil-punti 6.3.8, 7.4.8 u 8.3.8 il-kelma “mini” għandha tiżdied mal-lista ta' karatteristiċi speċjali tat-toroq koperti.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2008. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344).


Top