EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0907

2008/907/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Novembru 2008 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6296) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 327, 5.12.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/02/2010; Imħassar b' 32010D0057 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/907/oj

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2008

li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6296)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/907/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE tat-13 ta’ Lulju 1994 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE, garanziji tas-saħħa jridu jkunu stabbiliti għat-trasport ta’ annimali minn pajjiż terz għal ieħor. Ċerti problemi nqalgħu fir-rigward ta’ movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE (4) tistabilixxi il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati. Dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu l-garanziji neċessarji kollha fir-rigward ta’ l-istat ta’ saħħa tal-Komunità. Għall-garanziji ta’ saħħa applikabbli għall-movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bid-Deċiżjoni 92/260/KEE. Dik id-Deċiżjoni tirrikjedi fost oħrajn residenza ċerta fil-pajjiż tad-dispaċċ. Ir-residenza fi Stati Membri jew ċerti pajjiżi terzi elenkati jista’ iżda jgħodd għall-kalkolazzjoni tal-perijodu kkunsidrat, dejjem jekk ta’ l-anqas l-istess rekwiżiti tas-saħħa huma sodisfatti.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ekwidi fi triqithom minn pajjiż terz għal ieħor iridu jiġu minn pajjiż terz imsemmi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.

2.   L-ekwidi msemmija fil-paragrafu 1 iridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat intitolat “Ċertifikat ta’ tranżitu għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor”. Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II and III bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (e) punt (v) taċ-ċertifikat ta’saħħa, li jikkorrispondi mal-pajjiż terz ta’ provenjenza elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE. Hu jrid jinkludi wkoll is-sezzjonijiet li ġejjin:

“IV.

Ekwidi provenjenti minn: …

(pajjiż)

sejriin lejn: …

(pajjiż)

V.

Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali: …”

3.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 u fil-każ ta’ ekwidi irreġistrati biss, l-lista ta’ pajjiżi fit-tielet parti tal-paragrafu (d) tas-Sezzjoni III taċ-ċertifikati A, B, Ċ, D u E fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tkun mibdula bil-lista ta’ pajjiżi terzi fi Gruppi A sa E fl-Anness I għal dik id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/467/KE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.


ANNESS I

DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDAMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE

(ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/81/KE

(ĠU L 19, 25.1.1996, p. 53).

l-Artikolu 4 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/662/KE

(ĠU L 232, 30.8.2001, p. 28).

 


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 94/467/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness I

Anness II


Top