Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0146

2008/146/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- Acquis ta' Schengen

OJ L 53, 27.2.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 111 P. 167 - 168

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj

27.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 53/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Jannar 2008

dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen

(2008/146/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62, il-punt 3 ta' l-Artikolu 63, u l-Artikoli 66 u 95, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2002, in-negozjati ma' l-Awtoritajiet Żvizzeri, dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Isvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen ġew konklużi.

(2)

Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (2), u suġġett għall-konklużjoni tagħha f'data aktar tard, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fis-26 ta' Ottubru 2004.

(3)

Il-Ftehim għandu issa jiġi approvat.

(4)

Sa fejn għandu x'jaqsam l-iżvilupp ta' acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u zvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (3), japplikaw, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet ma' l-Iżvizzera.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (4).

(6)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta' l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (5).

(7)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Aquis ta' Schengen, u d-dokumenti relatati li jikkonsistu fl-Att Finali, il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar il-Kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha, u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar laqgħat konġunti tal-Kumitati Mħallta huma hawnhekk approvati f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test ta' dan il-Ftehim, l-Att Finali, l-Iskambju ta' l-Ittri u d-Dikjarazzjoni Konġunta huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni (6).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Annessi A u B tal-Ftehim u għall-iżvilupp tagħhom sa tali punt fejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, jew, konformement mad mad-Deċiżjoni 1999/436/KE (7), ġew determinati li għandhom, bażi legali fi ħdan it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita f'isem il-Komunità Ewropea l-Istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens ta' l-Unjoni Ewropea li tintrabat.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Jannar 2008.

Għall-Kunsill

D. RUPEL

Il-President


(1)  Opinjoni tat-13 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex Pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(5)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(6)  Ara paġna 52 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17.


Top