Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1566

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni

OJ L 340, 22.12.2007, p. 46–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2008; Imħassar b' 32008R1077

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1566/oj

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1566/2007

tal-21 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Artikolu 22(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2) jipprovdi li attivitajiet fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd huma projbiti sakemm il-kaptan ma jirreġistrax u jirrapporta, bla dewmien, informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd, inkluż ħatt l-art u trażbordi, u jqiegħed kopji tar-rekords disponibbli għall-awtoritajiet.

(2)

B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006, l-obbligu li jiġu rreġistrati u trażmessi elettronikament id-data tal-ġurnal ta’ abbord, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord japplika għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru fi żmien 24 xahar tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni u għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15-il metru fiż-żmien 42 xahar tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni.

(3)

Ir-rappurtar ta’ kuljum ta’ l-attivitajiet tas-sajd joħloq il-potenzjal li l-effiċjenza u l-effikaċja tal-monitoraġġ, u l-operazzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza jitjiebu b’mod sinifikanti kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art.

(4)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni (3) jipprovdi li l-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord li fih jirreġistraw il-ħidmiet tagħhom.

(5)

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li l-kaptan ta’ kull bastiment tas-sajd Komunitarju li t-tul globali tiegħu jkun 10 metri jew aktar, jew rappreżentant tiegħu, għandu wara kull vjaġġ tas-sajd u fi żmien 48 siegħa mill-ħatt l-art jagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ fejn ikun sar il-ħatt l-art.

(6)

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li ċ-ċentri ta’ rkant jew korpi jew entitajiet oħra awtorizzati mill-Istati Membri, li huma responsabbli mill-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd għandhom jissottomettu, ma’ l-ewwel bejgħ, nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tat-territorju li fih isir l-ewwel bejgħ.

(7)

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi wkoll li meta l-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd ma jseħħx fl-Istat Membru li l-prodotti jkunu tħattew fih, l-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ ta’ l-ewwel bejgħ għandu jiżgura li kopja tan-nota ta’ bejgħ tiġi sottomessa kemm jista’ jkun malajr lill-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-ħatt tal-prodotti.

(8)

L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jeħtieġ lill-Istati Membri joħolqu databases kompjuterizzati u jistabbilixxu sistema ta’ validazzjoni li partikolarment tkun tinkludi kontroverifiki u verifika tad-data.

(9)

L-Artikolu 19b u 19e tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jeħtieġ lill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jħejju rapporti ta’ l-isforz tas-sajd u jirreġistrawhom fil-ġurnal ta’ abbord

(10)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (4) jeħtieġ lill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li għandu permess għas-sajd fil-baħar fond jirreġistra fil-ġurnal ta’ abbord jew f’formula pprovduta mill-Istat Membru tal-bandiera t-tagħrif dwar il-karatteristiċi ta’ l-irkaptu tas-sajd u dwar operati tas-sajd.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 (5) li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd jipprovdi għat-tħaddim ta’ pjanijiet ta’ użu (ref. “eżerċizzju”) konġunt.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

Bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru, mill-1 ta’ Jannar 2010;

(b)

Bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15 metru, mill-1 ta’ Lulju 2011;

(ċ)

Xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati u entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li d-dħul annwali tagħhom mill-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd jeċċedi EUR 400 000, mill-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Minkejja dak li hemm stipulat fil-paragrafu 1(a), Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-Regolament japplika f’data qabel l-1 ta’ Jannar 2010 għal dawk il-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li t-tul globali tagħhom jeċċedi 24 metru.

3.   Minkejja dak li hemm stipulat fil-paragrafu 1(b), Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-Regolament japplika f’data qabel l-1 ta’ Lulju 2011 għal dawk il-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15-il metru.

4.   Minkejja d-dati stipulati fil-paragrafi 1(a) u 1(b), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika dan ir-Regolament minn qabel dawk id-dati għal bastimenti li t-tul tagħhom huwa 15 metru jew anqas u li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat, b’konformità ma’ l-Artikolu 3, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE) 1966/2006.

5.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ rappurtar fuq bastimenti li jtajru l-bnadar tagħhom fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’kundizzjoni li l-bastimenti jkunu konformi mar-regoli kollha stipulati f’dan ir-Regolament.

6.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji, ikunu liema jkunu l-imijiet jew il-portijiet li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet tas-sajd fihom.

7.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jintużaw esklussivament għall-akkwakultura.

Artikolu 2

Lista ta’ operaturi u bastimenti

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista ta’ xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati u entitajiet jew persuni oħra awtorizzati minnu u li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li d-dħul annwali tagħhom mill-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd jeċċedi EUR 400 000. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2007 u din il-lista għandha tiġi aġġornata fl-1 ta’ Jannar tas-sena kurrenti (sena n) abbażi tad-dħul annwali tagħhom mill-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd li jeċċedi EUR 400 000 fis-sena n-2. Din il-lista għandha tiġu ppubblikata fuq websajt uffiċjali ta’ l-Istat Membru.

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, u kull tant żmien jaġġorna, listi ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’konformità mal-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta’ l-Artikolu 1. Dawn il-listi għandhom jiġu ppubblikati fuq websajt uffiċjali ta’ l-Istat Membru u għandhom ikunu fil-format li jrid jiġi deċiż waqt konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“operazzjoni tas-sajd” tfisser dawk l-attivitajiet kollha marbuta mat-tfittxija għall-ħut, mat-tfigħ, mat-tqegħid u ma’ l-irfiegħ ta’ l-irkaptu tas-sajd u mat-tneħħija ta’ kwalunkwe ħut maqbud minn ma’ l-irkaptu.

(b)

“pjan ta’ użu konġunt” ifisser pjan li jistabbilixxi arranġamenti operattivi għall-użu ta’ mezzi disponibbli ta’ kontroll u spezzjoni.

KAPITOLU II

TRAŻMISSJONI ELETTRONIKA

Artikolu 4

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mill-kaptani tal-bastimenti jew mir-rappreżentanti tagħhom

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tal-ġurnal ta’ abbord u tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat tal-bandiera.

3.   Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jħott il-qabda fi Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, hekk kif jirċievuha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jibagħtu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt tal-qabda.

4.   Meta meħtieġ mir-regoli Komunitarji, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, in-notifika bil-quddiem tad-dħul fil-port fiż-żmien li jitolbu r-regoli.

5.   Meta bastiment ikollu l-ħsieb li jidħol f’port ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, hekk kif jirċievuha, għandhom jibagħtu permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, in-notifika bil-quddiem imsemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 5

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa minn entitajiet jew persuni responsabbli għall-ewwel bejgħ jew akkwist

1.   Ix-xerrejja reġistrati, irkanti reġistrati jew entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri, li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tat-territorju li fih iseħħ l-ewwel bejgħ, l-informazzjoni li għandha titniżżel fin-nota ta’ bejgħ.

2.   Meta l-ewwel bejgħ iseħħ fi Stat Membru differenti minn dak tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih iseħħ l-ewwel bejgħ għandhom jiżguraw li, hekk kif jirċievu l-informazzjoni rilevanti, jibagħtu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, kopja tad-data tan-nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Meta l-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd ma jseħħx fl-Istat Membru fejn jinħattu dawn il-prodotti, l-Istat Membru li fih iseħħ l-ewwel bejgħ għandu jiżgura li, hekk kif jirċievi l-informazzjoni rilevanti, jibgħat, permezz ta’ mezzi elettroniċi, kopja tad-data tan-nota ta’ bejgħ lil dawn l-awtoritajiet:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih inħattu l-prodotti tas-sajd u

(b)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li ħatt il-prodotti tas-sajd.

4.   Id-detentur tad-dikjarazzjoni ta’ akkwist għandu jibgħat, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li għandha titniżżel fid-dikjarazzjoni ta’ akkwist, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-akkwist iseħħ fiżikament.

Artikolu 6

Frekwenza tat-trażmissjoni

1.   Mill-anqas ta’ kuljum u mhux aktar minn 24 siegħa wara, anke meta ma jkunx sar qbid, il-kaptan għandu jittrażmetti l-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera. Għandu jibgħat din id-data wkoll:

(a)

meta mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera;

(b)

immedjatament wara li tkun tlestiet l-aħħar operazzjoni tas-sajd;

(ċ)

qabel jidħol fil-port;

(d)

meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(e)

waqt okkażjonijiet definiti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera.

2.   Il-kaptan jista’ jittrażmetti korrezzjonijiet tal-ġurnal ta’ abbord u tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord sa l-aħħar trażmissjoni li ssir fi tmiem il-vjaġġ tas-sajd u qabel id-dħul fil-port. Il-korrezzjonijiet għandhom ikunu identifikabbli faċilment. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom iżommu d-data oriġinali kollha tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku u tal-korrezzjonijiet li jsirulha.

3.   Hekk kif tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptan jew ir-rappreżentanti tiegħu għandhom jittrażmettu din id-dikjarazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.

4.   Immedjatament wara li jsir it-trażbord, il-kaptani tal-bastiment li jħott u tal-bastiment li jirċievi għandhom jitrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data dwar it-trażbord.

5.   Il-kaptan għandu jżomm kopja ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbord il-bastiment tas-sajd, għat-tul ta’ kull vjaġġ tas-sajd u sakemm tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-ħatt.

Artikolu 7

Format għat-trażmissjoni ta’ data mill-bastiment lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ bandiera tiegħu

Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-format għat-trażmissjoni ta’ data mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

Artikolu 8

Messaġġi ta’ risposta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintbagħtu messaġġi ta’ risposta lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, kull darba li dawn jibagħtu data tal-ġurnal ta’ abbord, tat-trażbord jew tal-ħatt. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi konferma li l-messaġġ tal-bastiment ġie rċevut.

KAPITOLU III

EŻENZJONIJIET

Artikolu 9

Eżenzjonijiet

1.   Stat Membru jista’ jeżenta lil kaptani ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, meta dawn jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta’ mhux aktar minn 24 siegħa fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tiegħu, b’kundizzjoni li dawn ma jħottux il-qabda ‘l barra mit-territorju ta’ l-Istat Membru.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jimlew ġurnal ta’ abbord bil-miktub u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord.

3.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji, jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jħottu l-qabda tagħhom fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jissottomettu dikjarazzjoni tal-ħatt l-art bil-miktub lill-Istat Membru tal-kosta.

4.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi ta’ rappurtar elettroniċi fuq bastimenti li jtajru l-bnadar tagħhom fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-bastimenti li għalihom jgħoddu dawn il-ftehimiet f’dawk l-ilmijiet, għandhom jiġu eżentati milli jimlew il-ġurnal ta’ abbord bil-miktub.

5.   Il-kaptani ta’ bastimenti Komunitarji li fil-ġurnali ta’ abbord elettroniċi tagħhom jirreġistraw l-informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd meħtieġa skond l-Artikolu 19b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jittrażmettu - permezz tal-telex, VMS, feks, telefon jew radju - rapporti dwar l-isforz tas-sajd.

KAPITOLU IV

IL-FUNZJONAMENT TA’ SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet fil-każ ta’ ħsara teknika fis-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.   Fil-każ ta’ ħsara teknika fis-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jew rappreżentant tagħhom għandu jikkomunika d-data tal-ġurnal ta’ abbord, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera permezz ta’ mod li jiġi stabbilit mill-Istat Membru, kuljum u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara, anke jekk ma jkunx sar qbid:

(a)

meta mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tal-bandiera;

(b)

immedjatament wara li tkun tlestiet l-aħħar operazzjoni tas-sajd;

(ċ)

qabel jidħol fil-port;

(d)

meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(e)

waqt okkażjonijiet definiti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jaġġornaw il-ġurnal ta’ abbord elettroniku hekk kif jirċievu d-data msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk ikollu ħsara teknika fis-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, bastiment tas-sajd Komunitarju ma għandux joħroġ mill-port qabel l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li din is-sistema tkun qed tiffunzjona tajjeb jew qabel tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera u ta’ l-Istat Membru. Meta l-Istat Membru tal-bandiera jawtorizza bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu biex iħalli port ta’ Stat Membru tal-kosta, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Istat Membru tal-kosta b’dan, immedjatament.

Artikolu 11

Data li ma tkunx riċevuta

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jirċievux it-trażmissjonijiet tad-data skond l-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jinnotifikaw b’dan kemm jista’ jkun malajr lill-kaptan jew lis-sid tal-bastiment jew lir-rappreżentant tagħhom. Jekk, għal xi bastiment partikolari, dan iseħħ għal aktar minn tliet darbiet f’perjodu ta’ sena, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li s-sistema elettronika ta’ rappurtar tiġi verifikata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-kwistjoni sabiex jiddetermina għaliex id-data ma waslitx.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jirċievux it-trażmissjonijiet tad-data skond l-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2 u l-aħħar konferma ta’ pożizzjoni li tasal mis-Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastiment tkun mill-ilmijiet ta’ Stat Membru tal-kosta, dawn għandhom jinnotifikaw b’dan kemm jista’ jkun malajr lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tal-kosta

3.   Immedjatament wara li jirċievi n-notifika, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, għandu jibgħat id-data kollha li jkun irċieva notifika għaliha skond il-paragrafu 1, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 12

Nuqqas ta’ aċċess ta’ data

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-kosta josservaw li fl-ilmijiet tagħhom ikun hemm bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor u ma jkunux jistgħu jaċċessjaw id-data skond l-Artikolu 15, dawn għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera biex jiżgura dan l-aċċess.

2.   Jekk fi żmien erba’ sigħat minn wara li tkun saret it-talba, l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għadu ma ġiex żgurat, l-Istat Membru tal-kosta għandu jinnotifika b’dan lill-Istat Membru tal-bandiera. Mal-wasla tan-notifika, l-Istat Membru tal-bandiera, bi kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli, għandu jibgħat id-data lill-Istat Membru tal-kosta immedjatament.

3.   Jekk l-Istat Membru tal-kosta ma jirċievix id-data msemmija fil-paragrafu 2, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, għandu, fuq talba tagħhom, jibgħat id-data u kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmi fl-Artikolu 8 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli.

4.   Jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment, jew rappreżentant tagħhom, ma jistgħux jipprovdu kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmi fl-Artikolu 8 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-kosta, l-attivitajiet tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat fl-ilmijiet ta’ l-Istat Membru tal-kosta għandhom jiġu pprojbiti sakemm is-sid jew rappreżentant tiegħu jkunu jistgħu jipprovdu kopja tal-messaġġ ta’ risposta jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) lill-awtoritajiet imsemmija.

Artikolu 13

Data dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu databases dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tagħhom. Mill-inqas, dawn id-databases għandhom ikollhom dan it-tagħrif:

(a)

il-lista ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li s-sistema elettronika ta’ rappurtar tagħhom tkun sofriet ħsarat tekniċi jew li tkun waqfet taħdem;

(b)

l-għadd ta’ trażmissjonijiet mill-ġurnal ta’ abbord elettroniku li jaslu kull jum u l-medja ta’ trażmissjonijiet li jaslu minn kull bastiment, imqassmin skond l-Istat Membru tal-bandiera;

(ċ)

l-għadd ta’ trażmissjonijiet irċevuti ta’ dikjarazzjoniet tal-ħatt l-art, dikjarazzjonijiet ta’ trażbord, dikjarazzjonijiet ta’ akkwist u noti ta’ bejgħ, imqassmin skond l-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Sommarji ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ rappurtar ta’ l-Istati Membri għandhom jinbagħtu lill-Kummissjoni meta din titlob għalihom. Il-format ta’ dawn is-sommarji u l-perjodi ta’ żmien li jinbagħtu fihom għandhom jiġu deċiżi b’konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

KAPITOLU V

L-ISKAMBJU TA’ DATA U L-AĊĊESS GĦALIHA

Artikolu 14

Format għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni bl-użu tal-format definit fl-Anness li huwa bbażat fuq l-extensible mark-up language (XML).

2.   Il-korrezzjonijiet ta’ informazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu identifikati b’mod ċar.

3.   Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni elettronika minn Stat Membru ieħor, huwa għandu jiżgura li jintbagħat messaġġ ta’ risposta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi konferma li l-messaġġ tal-bastiment ġie rċevut.

4.   L-elementi tad-data fl-Anness li l-Kaptani huma obbligati li jimlew fil-ġurnal ta’ abbord skond ir-regoli tal-Komunità, għandhom ikunu obbligatorji fl-iskambji bejn l-Istati Membri wkoll.

Artikolu 15

Aċċess għad-data

1.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li Stat Membru tal-kosta jkollu aċċess on-line f’real time għad-data tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu meta dawn ikunu qed jagħmlu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat Membru tal-kosta.

2.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1, mill-anqas, għandha tkun tkopri d-data mill-aħħar ħruġ mill-port sal-jum ta’ meta l-ħatt l-art ikun komplet. Fuq talba, id-data dwar vjaġġi tas-sajd tat-tnax-il xahar ta’ qabel għandha ssir disponibbli.

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jkollu aċċess sikur, 24 siegħa kuljum u sebgħat ijiem fil-ġimgħa, għall-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord elettroniku tiegħu stess li tkun maħżuna fid-database ta’ l-Istat Membru tal-bandiera.

4.   Fil-kuntest ta’ pjan ta’ użu konġunt, Stat Membru tal-kosta għandu jagħti aċċess on-line għad-database tal-ġurnal ta’ abbord tiegħu lil bastiment ta’ sorveljanza tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 16

Skambju ta’ data bejn l-Istati Membri

1.   L-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 għandu jkun permezz ta’ konnezzjoni sigura ta’ l-Internet fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebgħat ijiem fil-ġimgħa.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni teknika rilevanti sabiex jiżguraw l-aċċess reċiproku tal-ġurnali ta’ abbord elettroniċi ta’ xulxin.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

Jiżguraw li d-data li jirċievu skond dan ir-Regolament tinżamm b’mod sikur f’databases kompjuterizzati u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ din id-data.

(b)

Jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-data minn distruzzjoni aċċidentali jew illiċita, telf aċċidentali, ħsara, distribuzzjoni jew aċċess mhux awtorizzat.

Artikolu 17

Awtorità waħda

1.   F’kull Stat Membru, għandu jkun hemm awtorità waħda biss li tkun responsabbli biex tittrażmetti, tirċievi, tamministra u tipproċessa d-data kollha li hija koperta minn dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-listi u tad-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

3.   Kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintbagħat bla dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2269/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.


ANNESS

FORMAT GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TA’ INFORMAZZJONI

Elementi tad-Data ta’ l-envelop

Elementi tad-data

Kodiċi tal-qasam

Deskrizzjoni u kontenut

Bidu/tmiem tar-rekord

Bidu tar-rekord

SR

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord, in-nota tal-bejgħ jew il-messaġġ ta’ risposta

Subelementi

Indirizz

AD

Destinazzjoni: Kodiċi ISO alpha-3 country tal-pajjiż

Speditur

FR

Pajjiż li qed jittrażmetti d-data (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż)

Tip ta’ messaġġ

TM

Kodiċi tat-tip ta’ messaġġ magħmula minn ittri (LOG, SAL, RET jew COR)

Status tar-risposta

RS

Tindika jekk ġiex irċevut il-messaġġ/rapport, jew ACK (rikonoxxut) jew NAK (mhux rikonoxxut)

Kodiċi ta’ żbalji fir-risposta

RE

Kodiċi numeriċi li jindikaw żbalji fuq il-messaġġi/rapporti riċevuti

(101 – il-messaġġ ma jinqarax, 102 – il-valur u d-daqs tad-data akbar mill-medda, 104 – data obbligatorja nieqsa, 106 – sors tad-data mhux awtorizzat, 150 – żball fis-sekwenza, 151 – jum/ħin fil-futur, 250 – attentat biex il-bastiment jerġgħa jiġi notifikat, 251 – bastiment mhux notifikat, 302 – trażbord qabel il-Qabda mad-Dħul, 303 – il-Qabda mad-Ħruġ qabel il-Qabda Mad-Dħul, 304 – ebda pożizzjoni riċevuta, 350 – pożizzjoni mingħajr Qabda mad-Dħul)

Numru tar-rekord

RN

Numru tas-serje tat-trażmissjoni tal-messaġġ mill-FMC (għadd annwali)

Data tar-rekord

RD

Data tat-trażmissjoni tal-messaġġ/rapport (SSSSXXJJ)

Ħin tar-rekord

RT

Ħin tat-trażmissjoni tal-messaġġ/rapport (SSMM f’UTC)


Elementi tad-Data tal-ġurnal ta’ abbord

Elementi tad-data

Kodiċi tal-qasam

Deskrizzjoni u kontenut

Bidu/tmiem tal-ġurnal ta’ abbord

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord

LOG

Tag li tindika l-bidu tad-dikjarazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord (ikun fiha l-attribut RC, XR, IR, NA, VO, MA jew TN u l-element DEP, CAT, ENT, EXI, CRO, TRZ, TRA, LAN jew RTP)

Elementi prinċipali

Dikjarazzjoni tat-tluq

DEP

Tag li tindika t-tluq minn port, fil-bidu ta’ vjaġġ tas-sajd (ikun fiha attributi DA, TI u PO)

Dikjarazzjoni tad-dħul lura fil-port

RTP

Tag li tindika d-dħul lura fil-port, fit-tmiem tal-vjaġġ tas-sajd (ikun fiha attributi DA, TI u PO)

Dikjarazzjoni tal-qabda

CAT

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tal-qabda (ikun fiha attributi DA, TI, FO u DU u subelementi POS, GEA jew SPE)

Dikjarazzjoni tat-trażbord

TRA

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tat-trażbord (ikun fiha attributi DA, TI, TT, TF, TC u FC u subelementi SPE)

Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

LAN

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tal-ħatt l-art (ikun fiha attributi DA, TI u PO u subelementi POS u SPE)

Dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd: Dħul fiż-żona

ENT

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni dwar id-dħul fiż-żona ta’ l-isforż (ikun fiha attributi DA u TI u subelementi POS u SPE)

Dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd: Ħruġ miż-żona

EXI

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni dwar il-ħruġ miż-żona ta’ l-isforż (ikun fiha attributi DA u TI u subelementi POS u SPE)

Dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd: Qsim min naħa għall-oħra ta’ żona

CRO

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni ta’ qsim min naħa għall-oħra taż-żona ta’ l-isforz (ikun fiha elementi ENT u EXI)

Dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd: Sajd minn żona għall-oħra

TRZ

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni ta’ sajd minn żona għall-oħra fil-limiti taż-żona ta’ l-isforz (ikun fiha elementi ENT u EXI)

Subelementi

Subdikjarazzjoni ta’ l-ispeċijiet

SPE

Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ispeċijiet tal-ħut (ikun fiha attributi SN, WT jew WL jew WS, NF u subelementi PRO)

Subdikjarazzjoni ta’ l-ipproċessar

PRO

Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ipproċessar tal-ħut (ikun fiha attributi PR, CF u TY jew DIS (skart))

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Tag li jkun fiha informazzjoni ddettaljata dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tas-sajd (ikun fiha attribut ZO u, għall-isforz tas-sajd: attributi LA u LA)

Subdikjarazzjoni ta’ l-irkaptu tas-sajd

GEA

Tag li jkun fiha informazzjoni ddettaljata dwar l-irkaptu li jintuża waqt operazzjoni tas-sajd (ikun fiha attributi GE, ME, GD u GL u attributi oħra kif meħtieġa mid-dikjarazzjoni ta’ l-isforz) Għal DSS ikun fiha NH, IT, FO u FD

Attributi

Numru tal-vjaġġ tas-sajd

TN

Numru tal-vjaġġ tas-sajd fis-sena attwali (001-999)

Data

DA

Data tat-trażmissjoni (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

Ħin tat-trażmissjoni (SSMM f’UTC)

Identifikazzjoni prinċipali tal-bastiment

RC

Il-kodiċi internazzjoni tar-radju

Identifikazzjoni esterna tal-bastiment

XR

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li jidher fuq il-ġenb (il-buq) tiegħu

Identifikazzjoni tal-bastiment (CFR)

IR

Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità

Isem il-bastiment

NA

Isem il-bastiment

Isem sid il-bastiment

VO

Isem sid il-bastiment:

Isem il-kaptan

MA

Isem il-kaptan

Isem il-Port

PO

Kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż magħmula minn 2 ittri (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) + kodiċi tal-port magħmula minn 3 ittri). Jiġifieri, għal Edinburg - GBEDI, Kiel – DEKEL jew Vigo – ESVGO)

Operazzjonijiet tas-sajd

FO

Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd (refgħat) kull perjodu ta’ 24 siegħa

Ħin tas-sajd

DU

Tul ta’ l-attività tas-sajd f’minuti

Pożizzjoni: Latitudni

LA

Latitudni indikata fi gradi u minuti (T/N GGMM)

Pożizzjoni: Lonġitudni

LO

Lonġitudini indikata fi gradi u minuti (L/P GGMM)

Żona tas-sajd

ZO

L-iċken erja statistika (suberja, diviżjoni, subdiviżjoni, eċċ) tal-FAO. Klassifikazzjoni prinċipali taż-żoni tas-sajd [u ICES] (i.e. 27.3.24 [jew III24] għas-subdiviżjoni 24 ta’ l-ICES fil-Baħar Baltiku, 21.1F [jew 1F] għad-diviżjoni NAFO 21.1F, eċċ)

Isem l-irkaptu

GE

Kodiċi magħmula minn ittri skond il-“Klassifikazzjoni ta’ Statistika Standard Internazzjonali l-Irkaptu tas-Sajd” tal-FAO

Daqs tal-malja ta’ l-irkaptu

ME

Daqs tal-malja tax-xibka (f’millimetri)

Għoli ta’ l-irkaptu

GD

Għoli ta’ l-irkaptu (f’metri)

Tul ta’ l-irkaptu

GL

Tul ta’ l-irkaptu (f’metri)

Isem ta’ l-ispeċijiet

SN

Isem ta’ l-ispeċijiet maqbuda (kodiċi alpha-3 tal-FAO)

Il-piż tal-ħut

WT

Il-piż tal-ħut ħaj (f’kilogrammi)

Għadd ta’ ħut

NF

L-għadd ta’ ħut maqbud (meta l-kwota tkun allokata f’numru ta’ ħut, pereżempju s-salamur)

Fattur tal-konverżjoni

CF

Fatturi li jintużaw għall-konverżjoni tal-piż ta’ ħut u prodotti tal-ħut li nħatt għall piż ħaj ekwivalenti

Il-piż tal-ħut li nħatt

WL

Il-piż tal-prodott kif imniżżel fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

Preżentazzjoni tal-ħut

PR

Kodiċi magħmula minn ittri tal-preżentazzjoni tal-prodott (il-mod li bih ġie pproċessat il-ħut):

(WHL ħut sħiħ, GUT - imsewwi, GUH imsewwi u bla ras, GUG – imsewwi u bla garġi, GUL – imsewwi u bil-fwied, GTF – imsewwi, bla denb u bla ġewnaħ tad-dahar, GUS – imsewwi, bla ras, imqaxxar, FIL – imqatta’ fetta fetta, FIS – mqatta fetta fetta u mqaxxar, FSB – imqatta’ fetta fetta u bil-qoxra u bix-xewk, FSP – mqatta’ fetta fetta, bla qoxra u bix-xewka tad-dahar, HEA – bla ras, WNG – ġwienaħ, WNG + SKI – ġwienaħ u mqaxxar, SKI – imqaxxar, DIS - skartat)

Tip ta’ ppakkettar użat fl-ipproċessar

TY

Kodiċi magħmula minn tliet ittri (CRT = kartun, BOX = kaxxi, BLC = blokok)

It-Trażbord: il-bastiment li jirċievi

TT

Il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment li jirċievi

It-Trażbord: il-bastiment (li jħott)

TF

Il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment li jħott

It-Trażbord: l-istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi

TC

L-istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi t-trażbord (il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż)

It-Trażbord: l-istat tal-bandiera tal-bastiment li jħott

FC

L-istat tal-bandiera tal-bastiment li jħott (il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż)

Kodiċi addizzjonali għall-baħar fond

Numru medju ta’ snanar użati fuq il-konzijiet

NH

Numru medju ta’ snanar użati fuq kull konz

It-tul ta’ żmien ta’ l-immersjoni

IT

It-tul ta’ żmien totali li l-irkaptu tas-sajd jagħmel imgħaddas fl-ilma (sajd) f’perjodu ta’ 24 siegħa

Operazzjonijiet tas-sajd

FO

Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd (għadd ta’ refgħat, fil-każ ta xbieki u rkaptu miġbud jew għadd ta’ tefgħat fil-każ ta’ konzijiet) f’perjodu ta’ 24 siegħa

Fond tas-sajd

FD

Id-distanza bejn il-qiegħ u l-wiċċ tal-baħar


Elementi ta’ data tan-nota ta’ bejgħ

Elementi tad-data

Kodiċi tal-qasam

Deskrizzjoni u kontenut

Bidu/tmiem tan-nota ta’ bejgħ

Bidu tad-dikjarazzjoni tan-nota ta’ bejgħ

SAL

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tan-nota ta’ bejgħ (ikun fiha attributi XR (RC, IR), NA, VO u MA u subelementi SIF jew TOV)

Elementi prinċipali

Informazzjoni dwar in-nota ta’ bejgħ

SIF

Tag li jkun fiha dettalji dwar il-bejgħ (ikun fiha attributi DA, TI, SL, SC, NS, NB, CN u TD u subelementi SIT)

Informazzjoni dwar l-akkwist

TOV

Tag li jkun fiha dettalji dwar dikjarazzjoni ta’ akkwist (ikun fiha attributi DA, TI, SL, NS, NB, CN u TD u subelementi SIT)

Subelementi

L-oġġett mibjugħ

SIT

Tag li jkun fiha dettalji dwar l-oġġett mibjugħ (ikun fiha attributi FP, FF, SF, DL, PO, QC, PD u ZO u subelementi SPE, POS u PRO

Subdikjarazzjoni ta’ l-ispeċijiet

SPE

Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ispeċijiet tal-ħut (ikun fiha attributi SN, WT jew WL jew WS u MZ u subelementi PRO)

Subdikjarazzjoni ta’ l-ipproċessar

PRO

Tag li jkun fiha dettalji dwar l-ipproċessar tal-ħut (ikun fiha attributi PR, CF u TY)

Attributi

Data

DA

Data tal-bejgħ (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

Ħin tal-bejgħ (SSMM f’UTC)

Il-post fejn isir il-bejgħ

SL

Kodiċi tal-port jew isem il-post (jekk mhux f’port) fejn ikun sar il-bejgħ

Il-pajjiż fejn isir il-bejgħ

SC

Il-pajjiż fejn isir il-bejgħ (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż)

Identifikazzjoni prinċipali tal-bastiment

RC

Il-kodiċi internazzjoni tar-radju

Identifikazzjoni esterna tal-bastiment

XR

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li ħatt il-ħut, li jidħer fuq il-ġenb (il-buq) tiegħu

Identifikazzjoni tal-bastiment (CFR)

IR

Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità

Isem il-bastiment

NA

Isem il-bastiment li ħatt il-ħut

Isem is-sid jew kaptan tal-bastiment

VO

Isem is-sid jew kaptan tal-bastiment

Isem il-bejjiegħ

NS

Isem iċ-ċentru ta’ l-irkant, ta’ l-entità jew persuna oħra li jbiegħu l-ħut

Isem ix-xerrej

NB

Isem iċ-ċentru ta’ l-irkant, ta’ l-entità jew persuna oħra li jixtru l-ħut

In-numru ta’ referenza tal-kuntratt ta’ bejgħ

CN

In-numru ta’ referenza tal-kuntratt ta’ bejgħ

Ir-referenza tad-dokument tat-trasport

TD

Ir-referenza tad-dokument ta’ trasport jew tad-dokument T 2 M (Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93)

Id-data tal-ħatt

DL

Id-data tal-ħatt (SSSSXXJJ).

Isem il-Port

PO

Kodiċi tal-port (il-port tal-ħatt) (kodiċi tal-pajjiż magħmula minn 2 ittri (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż) + kodiċi tal-port magħmula minn 3 ittri). Jiġifieri, għal Edinburg - GBEDI, Kiel – DEKEL jew Vigo – ESVGO)

Isem ta’ l-ispeċijiet

SN

Isem ta’ l-ispeċijiet maqbuda (kodiċi alpha-3 tal-FAO)

Żona ġeografika ta’ l-oriġini

ZO

Skond il-klassifikazzjoni prinċipali taż-żoni tas-sajd i.e. 27.3 24 [jew III24] għas-subdiviżjoni 24 ta’ l-ICES fil-Baħar Baltiku, 21.1F [jew 1F] għad-diviżjoni NAFO 21.1F, eċċ.

Il-pajjiż li għandu l-kwota assenjata

QC

Il-kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż tal-bastiment li jħott il-ħut irċevut permezz ta’ trażbord, fil-każ li l-istat tal-bandiera tal-bastimenti li trasferew il-ħut bejniethom ikun differenti

Il-piż tal-ħut mibjugħ

WS

Il-piż tal-ħut mibjugħ (f’kilogrammi)

Kategorija tad-daqs tal-ħut

SF

Id-daqs tal-ħut (1-8; daqs wieħed jew kg, g, cm, mm jew numru ta’ ħut kull kilo, kif ikun xieraq)

Kategorija tal-freskezza tal-ħut

FF

Kategorija tal-freskezza tal-ħut (Extra, A, B, E)

Id-daqs minimu tal-ħut

MZ

Id-daqs minimu tal-ħut (f’millimetri)

Fattur tal-konverżjoni

CF

Fatturi li jintużaw għall-konverżjoni tal-piż ta’ ħut u prodotti tal-ħut li nħatt għall piż ħaj ekwivalenti

Preżentazzjoni tal-ħut

PR

Kodiċi magħmula minn ittri tal-preżentazzjoni tal-prodott (il-mod li bih ġie pproċessat il-ħut):

(WHL ħut sħiħ, GUT - imsewwi, GUH imsewwi u bla ras, GUG – imsewwi u bla garġi, GUL – imsewwi u bil-fwied, GTF – imsewwi, bla denb u bla ġewnaħ tad-dahar, GUS – imsewwi, bla ras, imqaxxar, FIL – imqatta’ fetta fetta, FIS – imqatta fettafetta u mqaxxar, FSB – imqatta’ fetta fetta u bil-qoxra u bix-xewk, FSP – imqatta’ fetta fetta, bla qoxra u bix-xewka tad-dahar, HEA – bla ras, WNG – ġwienaħ, WNG + SKI – ġwienaħ u mqaxxar, SKI – imqaxxar.)

Tip ta’ ppakkettar użat fl-ipproċessar

TY

Kodiċi magħmula minn tliet ittri (CRT = kartun, BOX = kaxxi, BLC = blokok)

Il-prezz tal-ħut

FP

Il-prezz bil-kilo (valuta ta’ tranżazzjoni/kg)

Id-destinazzjoni tal-prodott

PD

Kodiċi korrispondenti għall-konsum mill-bnedmin, carry-over, għanijiet industrijali


Top