EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1159

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2007 tat- 2 ta’ Ottubru 2007 li jerġa' jiftaħ iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES (ilmijiet tal-KE) għas-sajd għal-lingwata komuni mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

OJ L 258, 4.10.2007, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1159/oj

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1159/2007

tat-2 ta’ Ottubru 2007

li jerġa' jiftaħ iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES (ilmijiet tal-KE) għas-sajd għal-lingwata komuni mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2007, l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES għas-sajd għal-lingwata komuni għall-bastimenti tagħha mill-11 ta' Ġunju 2007.

(3)

Fil-5 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 790/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-lingwata komuni fiż-żona IIIa, fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIċ u IIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera Żvediża jew irreġistrati fl-Iżvezja b'effett mill-istess data.

(4)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni mingħand l-Awtoritajiet Żvediżi, kwantità ta' lingwata komuni għadha disponibbli fil-kwota Żvediża fiż-żona IIIa, IIIb, ċ, d. B'konsegwenza, is-sajd għal-lingwata komuni f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja jew irreġistrati fl-Iżvezja għandu jiġi awtorizzat.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Settembru 2007, biex il-kwantità ta' lingwata kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena.

(6)

Ir-Regolament Nru 790/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-3 ta' Settembru 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revokar

Ir-Regolament (KE) Nru 790/2007 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-ppublikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mit-3 ta' Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22)

(4)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 29.


ANNESS

Nru

41 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

L-Iżvezja

Stokk

SOL/3A/BCD

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

III a, III b, ċ, d (ilmijiet tal-KE)

Data

3.9.2007


Top