Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0925

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 tat- 23 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

ĠU L 202, 3.8.2007, pp. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/925/oj

3.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 202/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 925/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta’ Diċcembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-“Regolament bażiku”) (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 (2) tat-2 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, dan wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 l-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità fuq friex tas-sodda tal-qoton li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302 21 00 81, 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302 32 90 19), li joriġinaw mill-Pakistan. Ġie impost dazju anti-dumping ta’ 13,1 % fil-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji kollha li jesportaw il-prodott ikonċernat fil-Komunità.

(2)

F’Mejju 2006, wara reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 695/2006, emenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 u stabbilixxa rati ġodda ta’ dazju li jvarjaw minn 0 % għal 8,5 %. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkoperaw ġie stabbilit kampjun.

(3)

Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun ingħataw ir-rati ta’ dazju individwali stabbiliti matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata medja kalkulata ta’ dazju ta’ 5,8 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 8,5 % fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkoperawx fl-investigazzjoni.

(4)

L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (“trattament ta’ produttur esportatur ġdid” jew “NEPT”).

B.   TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

(5)

Tmintax-il kumpanija Pakistana talbu li jingħataw in-NEPT.

(6)

Twettqet eżaminazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji sabiex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, billi ġie vverifikat li:

ma esportax fil-Komunità l-prodotti deskritti fil-premessa (1) hawn fuq fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 u 31 ta’ Marzu 2004,

mhux relatat ma’ ebda esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament u,

esporta fil-Kommunità l-prodott ikonċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma msejsa l-miżuri, jew daħal f’obbligu kontrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti fil-Komunità.

(7)

Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

(8)

Produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,8 % skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004.

Ċ.   SEJBIET

Kumpaniji li bagħtu tweġibiet mhux kompluti

(9)

Tmien kumpaniji Pakistanti li talbu għan-NEPT ma wieġbux għall-ewwel kwestjonarju. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi kkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

(10)

Tliet kumpaniji Pakistanti li ma wieġbux fis-sħiħ għall-kwestjonarju ma wieġbux għat-talba ta’ aktar kjarifika. B’konsegwenza ta’ dan ma kienx possibbli li t-tweġibiet ta’ dawn il-kumpaniji jiġu analizzati u li jkun ivverifikat jekk jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, it-talbiet tagħhom ġew irrifjutati. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

Kumpaniji li bagħtu tweġiba kompluta

(11)

Fil-każ ta’ erba’ produtturi esportaturi Pakistanti, l-eżaminazzjoni tat-tagħrif mibgħut uriet li għaddew biżżejjed evidenza sabiex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk dawn l-erba’ produtturi jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5,8 %) skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Kumpanija Pakistana naqset milli turi li jew kienet esportat il-prodott konċernat fil-KE wara l-IP, jew li kellha evidenza ta’ obbligi kuntrattwali rrevokabbli sabiex tesporta kwantità sinifikattiva fil-Komunità. Din il-kumpanija kienet esportat prodotti dikjarati bħala l-prodott konċernat sa mill-IP iżda ma dikjaratx l-esportazzjonijiet tagħha bħala l-prodott konċernat taħt il-kodiċi NM elenkati fil-premessa (1) hawn fuq. Din il-kumpanija ntalbet tibgħat evidenza addizzjonali ta’ sostenn għad-dikjarazzjoni tagħhom li din il-kunsinna kienet fil-fatt il-prodott konċernat. Ma ntbagħtet l-ebda evidenza addizzjonali ta’ sostenn. Din il-kumpanija kienet infurmata li jekk ma tibgħatx aktar evidenza l-applikazzjoni tagħha ma tkunx ikkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. Għalhekk, ma setgħax jiġi stabbilit b’ċertezza jekk din il-kumpanija kinitx esportat il-prodott konċernat wara l-IP kif stipulat fit-tielet kriterju fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u għalhekk it-talba tagħha għan-NEPT kienet irrifjutata.

(13)

Kumpanija Pakistana naqset milli tibgħat biżżejjed evidenza ta’ sostenn għad-dikjarazzjoni tagħha li ma kinitx esportat il-prodott konċernat matul l-IP oriġinali. Il-kumpanija ma bagħtitx evidenza dettaljata ta’ l-attività ta’ bejgħ tagħha matul u qabel l-IP anke jekk intalbet tagħmel dan aktar minn darba għall-għan ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk fil-fatt din il-kumpanija kinitx produttur esportatur ġdid li jissodisfa l-ewwel kriterju stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħha għan-NEPT kellha minħabba dan tkun irrifjutata. Din il-kumpanija kienet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma kinitx se tiġi kkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti.

(14)

Kumpanija Pakistana naqset milli turi li kienet produttur tal-prodott konċernat. Dan l-applikant għalhekk ma ssodisfax il-kriterju bażiku ta’ produttur esportatur u l-applikazzjoni tiegħu ma setgħatx tiġi kkunsidrata aktar. Din il-kumpanija ġiet mgħarrfa biċ-ċaħda u ma kkumentatx.

(15)

L-applikanti kollha u l-industrija tal-Komunità ġew infurmati bl-aħħar sejbiet ta’ l-eżaminazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Wara l-iżvelar, numru ta’ applikanti stqarrew li ma kienux wieġbu għall-ittri u t-talbiet tal-Kummissjoni minħabba li ma kienux irċievew il-korrispondenza konċernata jew għax kellhom problemi ta’ organizzazzjoni interna biex jitrattaw tali korrispondeza. Il-korrispondenza ġiet iċċekkjata mill-ġdid u ġie konkluż li dawn il-pretensjonijiet kienu bla bażi. B’żieda ma’ dan, in-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ kumpanija ma tistax tiġi ġġustifikata bi problemi ta’ organizzazzjoni interna. Kumpanija waħda talbet biex il-pretensjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din il-kumpanija ma bagħtet l-ebda raġunament jew tagħrif addizzjonali li jistgħu jwasslu għal bidla fis-sejbiet. L-ebda mill-kumpaniji konċernati ma ppruvaw li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Għalhekk il-pretensjonijiet tagħhom ġew irrifjutati.

D.   KONKLUŻJONI

(16)

B’kunsiderazzjoni għas-sejbiet imsemmija fil-premessa (11) hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Pakistani jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 sabiex jingħataw in-NEPT. Dawn il-kumpaniji għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju ta’ 5,8 %. It-talbiet mibgħuta mill-14-il produttur esportatur li jibqa’ għandhom ikunu rrifjutati fuq ir-raġunijiet spjegati hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Isem

Indirizz

“A.B. Exports (PVT) Ltd

Off. No 6, Ground Floor,

Business Center, New Civil Lines,

Faisalabad

A.S.T. (PVT) Limited

Saba Square 2-C, Saba Commercial Street No 3,

Phase V Extension, D.H. Authority,

Karachi

Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd

P-214 Muslim Town #1,

Sarghoda Road,

Faisalabad

Adil Waheed Garments

66-Zubair Colony, Jaranwala Road,

Faisalabad

Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd

LA 7/1-7, Block 22 F.B. Area,

Karachi

Al Musawar Textile (PVT) Ltd

Atlas Street, Maqbool Road,

Faisalabad

M/S Al-Ghani International

202 Bhaiwala, Ghona Road,

Faisalabad

Al-Karam Textile Mills (PVT) Ltd

3rd floor, K.D.L.B. Building,

58-West Wharf Road,

Karachi

Al-Latif

W,S, 24, Block-2, Azizabad, F.B. Area,

Karachi-75950

Al-Noor Processing & Textile Mills

Sargodha Road,

Near Bava Chak,

Faisalabad

Al-Raheem Textile

F/40, Block-6, P.E.C.H.S.,

Karachi

Ameer Enterprises

3rd floor, Bismillah Centre, Street No 2,

Karkhana Bazar, Yanr Market,

Faisalabad

Amsons Textile Mills (PVT) Ltd

D-14/B, S.I.T.E.,

Karachi

Amtex (Private) Limited

1-Km, Khurrianwala-Jaranwala Road,

Faisalabad

Anjum Textile Mills (PVT) Ltd

Anjum Street, Nalka Kohala, Sarghoda Road,

Faisalabad

Apex Corporation

1-19, Arkay Square,

PO Box 13373,

Karachi

M/S Arif Textiles Private Limited

Karim Bibi Street, Bawa Chak,

Sargodha Road

Faisalabad

Arshad Corporation

1088/2, Jail Road

Faisalabad 38000

Arzoo Textile Mills Ltd

2.6 km, Jaranwala Road, Khurrinwala,

Faisalabad

Asia Textile Mills

D-156, S.I.T.E. Avenue,

Karachi

Aziz Sons

D21/Karach, S.I.T.E.,

Karachi-75700

B.I.L. Exporters

15/5, Sector 12/C, North Karachi Industrial Area,

Karachi

Baak Industries

P-107, Akbarabad, Near Allied Hospital,

Faisalabad

Be Be Jan Pakistan Limited

Square No 7, Chak No 204/R.B.,

Faisalabad

Bela Textiles Ltd

A-29/A, S.I.T.E.,

Karachi

Bismillah Fabrics (PVT) Ltd

3 Km, Jhumbra Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Bismillah Textiles (PVT) Ltd

1. KM, Jaranwala Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Classic Enterprises

B-1/1, Sector 15, Korangi Industrial Area,

Karachi

M/S Club Textile

Sargodha Road, Ali Block

Faisalabad

Cotton Arts (PVT) Ltd

613/1, Dagrawaan Road,

Faisalabad

D.L. Nash (Private) Ltd

11, Timber Pond, Keamari Road,

Karachi-75620

Dawood Exports PVT Ltd

PO Box 532, Sarghoda Road,

Faisalabad

Decent Textiles

P-1271, Abdullahpur, West Canal Road,

Faisalabad

En Em Fabrics (Pvt) Ltd

10th Km, Sarghoda Road,

Faisalabad

En Em Industries Ltd

10th Km, Sargodha Road,

Faisalabad

Enn Eff Exports

4th floor, Business Centre, New Civil Lines,

Faisalabad

Faisal Industries

Office 205, Madina City Mall,

Abdullah Haroon Road, Saddar,

Karachi

Fashion Knit Industries

5-Business Centre, Ground Floor,

Mumtaz Hassan Road,

Karachi

Fateh Textile Mills Limited

PO Box No 69, Hali Road, S.I.T.E.,

Hyderabad

Gerpak Textile (PVT) Ltd

317 Clifton Centre, Schon Circle,

Kehkashan Clifton,

Karachi

Gohar Textile mills

208 Chak Road, Zia Town,

Faisalabad

H.A. Industries (PVT) Ltd

10 KM, Jaranwala Road,

Faisalabad

Haroon Fabrics (Private) Limited

P-121, Rafique Colony, Jail Road,

Faisalabad

Hay's (PVT) Limited

A-33, (C), Textile Avenue, S.I.T.E.,

Karachi-75700

M/S Home Furnishings Limited

Plot No 1, 2, 10, 11, Sector IX-B.,

Karachi Export Processing Zone,

Karachi

Homecare Textiles

D-115, S.I.T.E.,

Karachi

Husein Industries Ltd

HT-8 Landhi Industrial & Trading Estate,

Landhi,

Karachi

Ideal International

A-63/A, SIND Industrial Trading Estate,

Karachi-75700

J.K. Sons Private Limited

3-1/A, Peoples Colony

Jaranwala Road

Faisalabad

Jaquard Weavers

811 Mahmoodabad Colony,

Multan

Kam International

F-152, S.I.T.E.,

Karachi

Kamal Spinning Mills

4th KM, Jranwala Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Kausar Processing Industries (PVT) Ltd

P-61 Gole Chiniot Bazar,

Faisalabad

Kausar Textile Industries (PVT) Ltd

Maqbool Road,

Faisalabad

Khizra Textiles International

P-68, First Floor, Tawakal Cloth Market,

Gol Chiniot Bazar,

Faisalabad-38000

Kohinoor Textile Mills Limited

Peshawar Road,

Rawalpindi

Latif International (PVT) Ltd

Street No 1, Abdullahpur,

Faisalabad

Liberty Mills Limited

A/51-A, S.I.T.E.,

Karachi

M/s M.K. SONS Pvt Limited

2 KM, Khurrianwala, Jarranwala Road,

Faisalabad

MSC Textiles (PVT) Ltd

P-19, 1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

Mughanum (PVT) Ltd

P-162, Circular Road,

Faisalabad

Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd

D-14/A, Bada Board, S.I.T.E.,

Karachi

Naseem Fabrics

Suite #404, 4th floor, Faisalcomplex,

Bilal Road, Civil Lines,

Faisalabad

Nawaz Associates

87 D/1 Main Boulevard Gulberg III,

Lahore

Nazir Industries

Suite 3, 7th floor, Textile Plaza,

M.A. Jinnah Road,

Karachi-74000

Niagara Mills (PVT) Ltd

Kashmir Road, Nishatabad,

Faisalabad

Nina Industries Limited

A-29/A, S.I.T.E.,

Karachi

Nishitex Enterprises

P-224, Tikka Gali No 2, Y.Y. Plaza.,

1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

Parsons Industries (PVT) Ltd

E-53 S.I.T.E.,

Karachi

Popular Fabrics (PVT) Limited

Plot 115, Landhi Industrial Area,

Karachi

Rainbow Industries

810/A, Khanewal Road,

Multan

Rehman International

P-2, Al Rehman House,

Ghulam Rasool Nagar Main Road,

Sarfraz Colony,

Faisalabad

Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd

Sadaqat Street, Sarghoda Road,

Faisalabad

Sadiq Siddique Co.

170-A, Latif Cloth Market, M.A. Jinnah Road,

Karachi

Sakina Exports International

#313, Dada Chambers, M.A. Jinnan Road,

Karachi-74000

Samira Fabrics (PVT) Ltd

401-403, Chapal Plaza, Hasrat Mohani Road,

Karachi

Sapphire Textile Mills Limited

313, 3rd floor, Cotton exchange Bldg. I.I.,

Chundrigar Road,

Karachi

Shahzad Siddique (PVT) Ltd

4,5 KM, Khurrainwala Jaranwala Road,

Faisalabad

Shalimar Cotton Export (PVT) Ltd

Yousaf Chowk, Sarghoda Road,

Faisalabad

Sharif Textiles Industries (PVT) Ltd

PO Box 265, Satiana Road,

Faisalabad

Shercotex

39/c, Peoples Colony,

Faisalabad

Sitara Textile Industries Limited

6- K.M., Sargodha Road,

Faisalabad

South Asian Textile Inds.

Street No 3, Hamedabad Colony, Vehari Road,

Multan

Sweety Textiles Pvt Ltd

P-237, 2nd floor, Hassan Arcade

Montgomery Bazar,

Faisalabad

Tex-Arts

P-22, 1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

The Crescent Textile Mills Ltd

Sargodha Road,

Faisalabad

Towellers Limited

WSA 30-31, Block 1, Federal B,

Karachi

Union Exports (PVT) Limited

D-204/A, S.I.T.E.,

Karachi-75700

United Finishing Mills Ltd

2nd floor, Regency Arcade, The Mall,

Faisalabad

United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd

PO Box 194, Maqbool Road,

Faisalabad

Wintex Exports PVT Ltd

P-17/A, Main Road, Sarfaraz Colony,

Faisalabad

Zafar Fabrics (PVT) Limited

Chak No 119, J.B. (Samana), Sarghoda Road,

Faisalabad

Zamzam Weaving and Processing Mills

Bazar 1, Razabad,

Faisalabad

ZIS Textiles Private Limited

3Km Sheikhupaura Road

Khurrianwala

Faisalabad”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14).


Top