EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0644

2007/644/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Settembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK

OJ L 261, 6.10.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 111 P. 152 - 152

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/644/oj

Related international agreement

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Settembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK

(2007/644/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK (1), ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fis-27 ta’ Marzu 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/251/KE (2).

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja sa mid-data ta’ l-iffirmar.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-FPK, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3(2) tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 27.


Top