EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0896

Deċiżjoni Nru 896/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

OJ L 167, 20.6.2006, p. 8–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 170M, 23.6.2006, p. 8–13 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 008 P. 52 - 57
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 008 P. 52 - 57
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 012 P. 107 - 112

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/896(2)/oj

23.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

8


DEĊIŻJONI Nru 896/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta' Ġunju 2006

li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

billi:

(1)

Skond l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta t-Trattat ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' Franza dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni ta' Schengen”) il-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Istati Membri li jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen huma rikonoxxuti reċiprokament bħala ekwivalenti għall-viża uniformi.

(2)

Ir-regoli attwali tal-Komunità madankollu ma jipprevedux reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni fejn il-permessi ta’ residenza maħruġa minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għall-viża uniformi għal skopijiet ta’ tranżitu miż-żona komuni jew ta’ żjara qasira fiha.

(3)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess ta’ residenza maħruġ mill-Iżvizzera u li huma suġġetti għall-obbligu ta’ viża taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001, li jsemmi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viżi meta jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni, kif ukoll dawk iċ-ċittadini eżentati minn dak ir-rekwiżit (3) għandhom japplikaw għal viża meta dawn jgħaddu fi tranżitu miż-żona komuni meta jkunu qed jirritornaw lejn il-pajjiż tagħhom ta’ l-oriġini. B' riżultat ta' dan l-uffiċċji Konsolari ta’ l-Istati Membri fl-Iżvizzera qed ikollhom jittrattaw numru kbir ta’ applikazzjonijiet ta’ viżi li jkunu ġew sottomessi minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Diffikultajiet simili seħħew f’dak li jikkonċerna l-applikazzjonijiet għal viżi li jkunu saru minn persuni li jkollhom permess ta’ residenza maħruġ mil-Liechtenstein.

(4)

Bħala riżultat ta’ l-implimentazzjoni f’żewġ stadji ta’ l-acquis ta’ Schengen, l-Istati Membri l-ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 huma meħtieġa li minn dik id-data jibdew joħorġu viżi nazzjonali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess ta’ residenza maħruġ mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein u li jkunu suġġetti għall-obbligu ta’ viża taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001. Uħud mill-Istati Membri l-ġodda urew it-tħassib tagħhom dwar il-piż amministrattiv żejjed li dan se joħloq għall-konsolati tagħhom fl-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

(5)

Ma jidhirx li huwa ta’ ħtieġa għall-Istati Membri li din il-kategorija ta’ persuni jkollhom viża, minħabba li dawn jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta’ immigrazzjoni illegali għall-Istati Membri.

(6)

Sabiex tkun indirizzata s-sitwazzjoni fl-uffiċċji konsolari fl-Iżvizzera u l-Liechtenstein, kemm ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen kif ukoll ta’ l-Istati Membri l-ġodda, għandu jiġi introdott reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Iżvizzera u l-Liechtenstein bħala li huma ekwivalenti għall-viżi uniformi jew nazzjonali.

(7)

Tali rikonoxximent għandu jkun limitat għall-finijiet ta' tranżitu, u m'għandux jaffettwa l-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu viżi għal żjara qasira.

(8)

L-applikazzjoni tar-reġim ta’ rikonoxximent għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri li jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, iżda mhux għall-Istati Membri l-ġodda li japplikaw id-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, miċĊipru, mill-Latvja, mill-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom (4) matul il-perjodu transizzjonali sad-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, skond l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(9)

Il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Komunità dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta'Schengen) (5) għandhom jintlaħqu, ħlief għal kundizzjoni mniżżla fl-Artikolu 5(1)b tiegħu, sakemm din id-Deċiżjoni tistabbilixxi reġim ta’ ekwivalenza bejn il-viża ta’ tranżitu u l-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

(10)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni tolqot direttament acquis tal-Komunità dwar viżi, u din ma tistax tintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Deċiżjoni, din tkun tista’ tintlaħaq aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(11)

Fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkonstitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati ma' l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li huma fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 punt (A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(12)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha tiddeċiedi, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, f’perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, jekk hi tkunx se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(13)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u ta' l-Irlanda ta' fuq biex jieħdu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (7). Ir-Renju Unit, għalhekk mhux jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(14)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, li fih l-Irlanda mhix qed tieħu sehem skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (8). L-Irlanda, għalhekk mhix tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li huwa bbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’obbligu ta’ viża skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 bħala ekwivalenti għall-viża uniformi jew nazzjonali tagħhom għall-għan ta’ tranżitu.

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m'għandiex taffettwa l-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri esterni b'konformità ma l-Artikoli 5 sa 13 u 18 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.

Artikolu 2

L-Istati Membri li jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen għandhom jirrikonoxxu unilateralment il-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein u li qed jidhru fl-Anness.

L-Istati Membri l-ġodda li japplikaw id-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE jistgħu jirrikonoxxu unilatermalment il-permessi ta’ residenza mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni bħala ekwivalenti għall-viża ta’ tranżitu nazzjonali tagħhom. Dan ir-rikonoxximent għandu jibqa’ jseħħ sad-data li għandha tkun stabbilita mill-Kunsill skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003.

Artikolu 3

Il-perjodu tat-tranżitu taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mit-territorju ta’ l-Istat(i) Membru(i) m’għandux ikun ta’ iktar minn ħamest ijiem.

Il-perjodu tal-validità tad-dokumenti mniżżla fl-Anness għandu jkopri l-perjodu tat-tranżitu.

Article 4

Kull Stat Membru ġdid għandu javża lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Awwissu 2006, jekk hu jiddeċiedi li japplika din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni komunikata mill-Istati Membri l-ġodda fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sad-data li fiha d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jidħlu fis-seħħ għall-Iżvizzera u għal-Liechtenstein bi qbil ma l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 2006.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3).

(4)  Ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(8)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


ANNESS

Lista ta’ permessi ta’ residenza maħruġa mill-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Liechtenstein u msemmija fl-Artikolu 2

A.   PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-IŻVIZZERA

Ktejjeb għall-barranin B Ausländerausweis B/Livret pour étrangers B/Libretto per stranieri B/Legitimaziun d’esters B (Permess ta’ residenza temporanja tat-tip B. Maħruġ fil-verżjonijiet ta’ tliet jew erba’ lingwi) (Griż)

Ktejjeb għall-barranin Ċ Ausländerausweis C/Livret pour étrangers C/Libretto per stranieri C (Permess ta’ residenza permanenti tat-tip Ċ) (Aħdar)

Ktejjeb għall-barranin Ċi Ausländerausweis Ci/Livret pour étrangers Ci/Libretto per stranieri Ci (Permess ta’ residenza tat-tip Ċi għall-imsieħba u l-ulied (sa 25 sena) ta' l-uffiċjali ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-membri tar-rappreżentanti barranin fl-Iżvizzera li jwettqu attività ta' qligħ ta' flus fuq is-suq tax-xogħol Żvizzeru (Aħmar)

Legitimationskarten (Aufenthaltsbewilligung) vom Eidgenössischen Departement für auswärtige Angelegenheiten/Cartes de légitimation (titres de séjour) du Département fédéral des affaires étrangères/Carte di legittimazione (titoli di soggiorno) del Dipartimento federale degli affari esteri Dokumenti ta' leġittimazzjoni (permess ta' residenza)

Legitimationskarte ‘B’ (mit rosafarbigem Streifen): Missionschefs der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen, leitende Beamte internationaler Organisationen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘B’ (à bande rose): Chefs de mission diplomatique, permanente ou spéciale, membres de la haute direction des organisations internationales et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘B’ (a banda rosa): capimissione di missioni diplomatiche permanenti o speciali, funzionari superiori di organizzazioni internazionali e loro familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “B” (bi strixxa roża): Kapijiet ta' missjoni diplomatika, permanenti jew speċjali, membri tat-tmexxija għolja ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘C’ (mit rosafarbigem Streifen): Mitglieder des diplomatischen Personals der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen, Beamte internationaler Organisationen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘C’ (à bande rose): membres du personnel diplomatique des missions diplomatiques, permanentes ou spéciales, hauts fonctionnaires des organisations internationales et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘C’ (a banda rosa): membri del personale diplomatico di missioni diplomatiche permanenti o speciali, funzionari di organizzazioni internazionali e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “Ċ” (bi strixxa roża): membri tal-persunal diplomatiku ta' missjonijiet diplomatiċi permanenti jew speċjali, uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘D’ (mit blauem Streifen): Mitglieder des Verwaltungs- und technischen Personals der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘D’ (à bande bleue): membres du personnel administratif et technique des missions diplomatiques, permanentes ou spéciales et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘D’ (a banda blu): membri del personale amministrativo e tecnico di missioni diplomatiche permanenti o speciali e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa blu): membri tal-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘D’ (mit braunem Streifen): Beamte der Kategorie Berufspersonal internationaler Organisationen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘D’ (à bande brune): fonctionnaires de la catégorie professionnelle des organisations internationales et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘D’ (a banda marrone): funzionari appartenenti alla categoria del personale di carriera di organizzazioni internazionali e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa kannella): uffiċjali tal-kategorija professjonali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘E’ (mit violettem Streifen): Mitglieder des Dienstpersonals der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen, Beamte der allgemeinen Dienste internationaler Organisationen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘E’ (à bande violette): membres du personnel de service des missions diplomatiques, permanentes et spéciales, fonctionnaires des services généraux des organisations internationales et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘E’ (a banda viola): membri del personale di servizio di missioni diplomatiche permanenti e speciali, funzionari dei servizi generali di organizzazioni internazionali e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “E” (bi strixxa vjola): membri tal-persunal ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi permanenti jew speċjali, uffiċjali tas-servizzi ġenerali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘F’ (mit gelbem Streifen): private Hausangestellte der Mitglieder der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen und der von Berufs-Konsularbeamten geleiteten konsularischen Vertretungen sowie private Hausangestellte der Beamten internationaler Organisationen/Carte de légitimation ‘F’ (à bande jaune): domestiques privés des membres des missions diplomatiques, permanentes ou spéciales et des postes consulaires de carrière et domestiques privés des fonctionnaires des organisations internationales/Carta di legittimazione ‘F’ (a banda gialla): personale domestico privato di membri di missioni diplomatiche permanenti o speciali e di rappresentanze consolari dirette da funzionari consolari di carriera nonché personale domestico privato di funzionari di organizzazioni internazionali Dokument ta' leġittimazzjoni “F” (bi strixxa safra): qaddejja privati tal-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u ta' postijiet konsulari ta' professjoni kif ukoll qaddejja privati ta' uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

Legitimationskarte ‘G’ (mit türkisem Streifen): Beamte internationaler Organisationen mit Arbeitsvertrag von begrenzter Dauer und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘G’ (à bande turquoise): fonctionnaires des organisations internationales (contrat de travail ‘court terme’) et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘G’ (a banda turchese): funzionari di organizzazioni internazionali con contratto di lavoro a durata determinata e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “Ġ” (bi strixxa ċelesti): uffiċjali tal-kategorija ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (kuntratt ta' xogħol ‘għal perijodu qasir’) u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘H’ (mit weißem Streifen): Personen ohne Privilegien und Immunitäten, die ermächtigt sind, Mitglieder der diplomatischen, ständigen oder Spezialmissionen und der konsularischen Vertretungen zu begleiten, Mitarbeiter internationaler Organisationen ohne Beamtenstatus/Carte de légitimation ‘H’ (à bande blanche): personnes sans privilèges et immunités autorisées à accompagner les membres des missions diplomatiques, permanentes ou spéciales et des consulats, collaborateurs des organisations internationales qui ne font pas partie des fonctionnaires de ces dernières/Carta di legittimazione ‘H’ (a banda bianca): persone senza privilegi e immunità autorizzate a accompagnare membri di missioni diplomatiche permanenti o speciali e di consolati, collaboratori di organizzazioni internazionali senza statuto di funzionari Dokument ta' leġittimazzjoni “Ħ” (bi strixxa bajda): persuni mingħajr privileġġi u immunitajiet awtorizzati jakkumpanjaw lill-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u tal-konsulati, kollaboraturi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jiffurmawx parti mill-uffiċjali ta' dawn ta' l-aħħar

Legitimationskarte ‘I’ (mit olivem Streifen): Personal nicht schweizerischer Staatsangehörigkeit des Internationalen Komitees vom Roten Kreuz und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘I’ (à bande olive): membres du personnel non suisse du Comité international de la Croix-Rouge et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘I’ (a banda oliva): membri del personale non svizzero del Comitato internazionale della Croce Rossa e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “I” (bi strixxa ħadra skura): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘K’ (mit rosafarbigem Streifen): Berufs-Postenchefs und Berufs-Konsularbeamte der konsularischen Vertretungen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘K’ (à bande rose): chefs de poste consulaire de carrière, fonctionnaires consulaires de carrière et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘K’ (a banda rosa): capiposto consolari di carriera e funzionari consolari di carriera di rappresentanze consolari e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa roża): kapijiet tal-post konsulari ta' professjoni, uffiċjali konsulari ta' professjoni u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘K’ (mit blauem Streifen): Berufs-Konsularangestellte und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘K’ (à bande bleue): employés consulaires de carrière et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘K’ (a banda blu): impiegati consolari di carriera e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa blu): impjegati konsulari ta' professjoni u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘K’ (mit violettem Streifen): Mitglieder des dienstlichen Hauspersonals von berufs-konsularischen Vertretungen und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘K’ (à bande violette): membres du personnel de service des représentations consulaires de carrière et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘K’ (a banda viola): membri del personale di servizio di rappresentanze consolari di carriera e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa vjola): membri tal-qaddejja tar-rappreżentazzjoni konsulari ta' professjoni u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘K’ (mit weißem Streifen): Honorar-Postenchefs von konsularischen Vertretungen/Carte de légitimation ‘K’ (à bande blanche): chefs de poste consulaire honoraire/Carta di legittimazione ‘K’ (a banda bianca): capiposto onorari di rappresentanze consolari Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa bajda): kapijiet ta' post ta' konslu onorarju

Legitimationskarte ‘L’ (mit sandfarbigem Streifen): Personal nicht schweizerischer Staatsangehörigkeit der Internationale Gemeinschaft der Roten Kreuz- und Roten Halbmond-Gesellschaften und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘L’ (à bande de couleur sable): membres du personnel non suisse de la Fédération internationale des Sociétés de la Croix-Rouge et du Croissant-Rouge et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘L’ (a banda color sabbia): membri del personale non svizzero della Federazione internazionale delle Società della Croce Rossa e della Mezzaluna Rossa e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “L” (bi strixxa kulur ir-ramel): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘O’ (mit grauem Streifen): Mitglieder des Personals nicht schweizerischer Staatsangehörigkeit der Generaldelegation Palästinas und der ständigen Beobachtermission Palästinas und Familienmitglieder, die den gleichen Status besitzen/Carte de légitimation ‘O’ (à bande grise): membres du personnel non suisse de la Délégation générale de Palestine et de la Mission permanente d'observation de la Palestine et membres de famille qui jouissent du même statut/Carta di legittimazione ‘O’ (a banda grigia): membri del personale non svizzero della Delegazione generale di Palestina e della Missione permanente di osservazione della Palestina e familiari che beneficiano dello stesso statuto Dokument ta' leġittimazzjoni “O” (bi strixxa griża): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tad-Delegazzjoni ġenerali tal-Palestina u tal-Missjoni permanenti ta' osservazzjoni tal-Palestina u membri tal-familja li jgawdu mill-istess statut

Legitimationskarte ‘S’ (mit grünem Streifen): Mitglieder des Personals schweizerischer Staatsangehörigkeit der diplomatischen, ständigen und der Spezialmissionen, Beamte schweizerischer Staatsangehörigkeit internationaler Organisationen/Carte de légitimation ‘S’ (à bande verte): membres du personnel de nationalité suisse des missions diplomatiques, permanentes et spéciales, fonctionnaires de nationalité suisse des organisations internationales/Carta di legittimazione ‘S’ (a banda verde): membri del personale di nazionalità svizzera di missioni diplomatiche permanenti e speciali, funzionari di nazionalità svizzera di organizzazioni internazionali Dokument ta' leġittimazzjoni “S” (bi strixxa ħadra): membri tal-persunal ta' nazzjonalità Żvizzera tal-missjonijiet diplomatiċi permanenti u speċjali, uffiċjali ta' nazzjonalità Żvizzera ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

Funktionsbescheinigung für wissenschaftliches Personal des CERN nicht schweizerischer Staatsangehörigkeit/Attestation de fonctions à l'usage du personnel scientifique non suisse du CERN/Attestato di funzione ad uso del personale scientifico non svizzero del CERN Ċertifikat ta' funzjoni għal użu tal-persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN

Bescheinung für Familienmitglieder des wissenschaftlichen Personals des CERN nicht schweizerischer Staatsangehörigkeit/Attestation à l'usage des membres de la famille du personnel scientifique non suisse du CERN/Attestato ad uso dei familiari del personale scientifico non svizzero del CERN Ċertifikat għal użu tal-membri tal-familja tal-persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN

B.   PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MIL-LIECHENSTEIN

Jahresaufenthaltsbewilligung (Permess ta’ residenza temporanja)

Niederlassungsbewilligung (Permess ta’ stabbiliment li l-validità tiegħu ma tkunx limitata fiż-żmien).


Top