EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0729

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/729/PESK/ĠAI tas- 16 ta’ Ottubru 2006 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti

OJ L 298, 27.10.2006, p. 27–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 200M, 1.8.2007, p. 119–120 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/729/oj

Related international agreement

32006D0729

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/729/PESK/ĠAI tas- 16 ta’ Ottubru 2006 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti

Official Journal L 298 , 27/10/2006 P. 0027 - 0028
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0119 - 0120


20061016

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/729/PESK/ĠAI

tas- 16 ta’ Ottubru 2006

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kunsill iddeċieda fis- 27 ta' Ġunju 2006 li jawtorizza lill-Presidenza, mgħejuna mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal Ftehim ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta’ l-Istati Uniti.

(2) In vista ta' l-Impenji maħruġin fil- 11 ta' Mejju 2004 mid-DHS, l-Uffiċċju tad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri [1], l-Istati Uniti jista' jiġi kkunsidrat bħala li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni ta' data PNR trasferita mill-Unjoni Ewropea dwar titjiriet ta' passiġġieri lejn u mill-Istati Uniti.

(3) L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom biex jissospendu flussi ta' data lid-DHS sabiex jipproteġu individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom jekk jikkunsidraw li l-ipproċessar ta' data PNR mhuwiex skond l-istandards ta' protezzjoni provduti fl-Impenji mogħtijin mid-DHS, jew fejn awtorità kompetenti ta' l-Istati Uniti ddeterminat li d-DHS huwa fi ksur ta' dawk l-istandards, sakemm tkun assigurata konformità ma' dawk l-istandards.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(5) Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja sakemm jidħol fis-seħħ.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta' l-Istati Uniti, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għal konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna(i) awtorizzata/i biex t/jiffirma/w il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Skond il-punt 7 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom ikunu applikati fuq bażi provviżorja sa mid-data ta' l-iffirmar tiegħu, sakemm jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tagħhom li jieħdu azzjoni biex jiżguraw konformità ma' dispożizzjonijiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom biex jissospendu flussi ta' data lid-DHS sabiex jipproteġu individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn awtorità kompetenti ta' l-Istati Uniti tkun iddeterminat li d-DHS huwa fi ksur ta' l-istandards ta' protezzjoni applikabbli; jew

(b) fejn hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards ta' protezzjoni applikabbli qegħdin jinkisru, hemm motivi raġonevoli biex jitwemmen li d-DHS mhuwiex jieħu jew mhux ser jieħu passi adegwati u f'waqthom biex isolvi l-każ in kwistjoni, it-trasferiment kontinwat joħloq riskju imminenti ta' ħsara gravi lis-suġġetti tad-data, u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati jkunu għamlu sforzi raġonevoli fiċ-ċirkostanzi biex jipprovdu lid-DHS b'avviż u b'opportunità li jirrispondi.

2. Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta' protezzjoni ikunu assigurati u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jkunu notifikati b'dan.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Kunsill u lill-Kummissjoni meta jkunu adottati miżuri skond l-Artikolu 4.

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin fil-Kunsill b' kull bidla fl-istandards ta' protezzjoni u b'każijiet fejn l-azzjoni ta' korpi responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma' l-istandards ta' protezzjoni applikabbli mid-DHS jonqsu li jiżguraw tali konformità.

3. Jekk il-Kunsill jikkunsidra li l-informazzjoni miġbura skond l-Artikolu 4 u skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu tipprovdi evidenza li ma jkunux qed jiġu osservati l-prinċipji bażiċi meħtieġa għal livell adegwat ta' protezzjoni lil persuni naturali, jew li xi korp responsabbli biex jiżgura l-konformità ma' l-istandards ta' protezzjoni applikabbli mid-DHS mhuwiex qiegħed effettivament jaqdi r-rwol tiegħu, id-DHS għandu jkun informat u l-Kunsill għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa bil-ħsieb li jissospendi jew itemm il-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU L 235, 6.7.2004, p. 15.

--------------------------------------------------

Top