EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0447

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/436/KE dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129) (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2076)

OJ L 176, 30.6.2006, p. 105–106 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 945–946 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 073 P. 91 - 92
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 073 P. 91 - 92
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 051 P. 110 - 111

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/447/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

945


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Mejju 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/436/KE dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129)

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2076)

(2006/447/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 13 tagħha,

Billi:

(1)

L-oneru finanzjarju mill-Komunità lill-Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129), “il-Fond Fiduċjarju”, ġie ffissat għal massimu ta' EUR 4,500,000 għal perjodu ta' erba' snin mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/436/KE tat-13 ta' Ġunju 2005 dwar il-kooperazzjoni tal-Komunità ma' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura b'rigward partikolari għall-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (2).

(2)

Skond id-Deċiżjoni 2005/436/KE l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonkludew Ftehim ta' Implimentazzjoni dwar l-użu u t-tħaddim ta' dak il-Fond Fiduċjarju fl-1 ta' Settembru 2005.

(3)

Fid-dawl tat-tfaċċar ta' topotipi virali u varjanti tal-virus ġodda u d-deterjorament reġjonali tal-miżuri ta' kontroll, aggravati mill-okkorrenzi simultanji ta' l-influwenza tat-tjur, il-Komunità, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (EUFMD) u bl-użu tal-Fond Fiduċjarju, għandha tipprepara għall-miżuri għall-kontroll tal-marda, inkluża kampanja ta' tilqim ta' emerġenza f'pajjiżi ġirien.

(4)

Il-kontribuzzjoni mill-Komunità għall-Fond Fiduċjarju għandu għaldaqstant jiżdied bi EUR 3,500,000 minn EUR 4,500,000 għal EUR 8,000,000 għal perjodu ta' erba' snin.

(5)

Għandhom isiru provvedimenti għall-adozzjoni ta' l-emendi għall-Ftehim ta' Implimentazzjoni meħtieġa biex jieħdu in konsiderazzjoni l-aġġustament ta' dan l-ammont.

(6)

Jeħtieġ li din id-Direttiva jkollha effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2005 biex il-Komunità tkun tista' tikkonforma ma' l-obbligi tagħha għal perjodu ta' erba' snin li jibda minn dik id-data.

(7)

Id-Deċiżjoni 2005/436/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-Deċiżjoni 2005/436/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Sa mill-1 ta' Jannar 2005, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Fond imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat għall-massimu ta' EUR 8,000,000 għal perjodu ta' erba' snin.”

2.

Fl-Artikolu 2(1), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Kwalunkwe emenda lill-Ftehim ta' Implimentazzjoni meħtieġa biex jittieħed in konsiderazzjoni l-aġġustament ta' l-ammont stabbilit fl-Artikolu 1 (2) għandha tkun miftiehma bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 26.


Top