Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0230

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta’ data ta' l-API/PNR

OJ L 270M , 29.9.2006, p. 344–344 (MT)
OJ L 82, 21.3.2006, p. 14–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 021 P. 188 - 188

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/230/oj

32006D0230

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta’ data ta' l-API/PNR

Official Journal L 082 , 21/03/2006 P. 0014 - 0014
Official Journal L 270 , 29/09/2006 P. 0344 - 0344


Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 18 ta' Lulju 2005

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta’ data ta' l-API/PNR

(2006/230/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Fis- 7 ta’ Marzu 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja f’isem il-Komunità Ftehim mal-Kanada dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data ta' Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (API) u tar-Rekord ta’ l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mit-trasportaturi bl-ajru lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Fruntiera tal-Kanada (CBSA).

(2) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar tad-data ta’ l-API/PNR huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex dan jorbot lill-Komunità Ewropea [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar it- 18 ta' Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Straw

[1] Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top