EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1888
Regulation (EC) No 1888/2005 of the European Parliament and of the Council of 26 October 2005 amending Regulation (EC) No 1059/2003 on the establishment of a common classification of territorial units for statistics (NUTS) by reason of the accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia to the European Union
Ir-Regolament (KE) Nru 1888/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea
Ir-Regolament (KE) Nru 1888/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea
OJ L 309, 25.11.2005, p. 1–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 14 Volume 001 P. 218 - 226
Special edition in Romanian: Chapter 14 Volume 001 P. 218 - 226
Special edition in Croatian: Chapter 14 Volume 003 P. 5 - 12
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R1059 | Sostituzzjoni | anness 3 | 26/11/2005 | |
Modifies | 32003R1059 | Sostituzzjoni | anness 2 | 26/11/2005 | |
Modifies | 32003R1059 | Żieda | anness 1 | 26/11/2005 |
25.11.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1888/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ottubru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 (3) jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex jippermetti l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta' statistiċi reġjonali armonizzati fil-Komunità. |
(2) |
L-istatistiċi ta' l-Istati Membri kollha trasmessi lill-Kummissjoni, li jkunu maqsuma skond unitajiet territorjali, għandhom jużaw il-klassifikazzjoni NUTS, fejn applikabbli. |
(3) |
Jeħtieġ li l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 ikunu adattati biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:
1) |
L-Anness I huwa emendat skond it-test muri fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
2) |
L-Annessi II u III huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness II u fl-Anness III għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, nhar is-26 ta' Ottubru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
D. ALEXANDER
(1) ĠU C 157, tat-28.6.2005, p. 149.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Settembru 2005.
(3) ĠU L 154, tal-21.6.2003, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:
1) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn BE — BELGIQUE/BELGIË u DK — DANMARK:
|
2) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn DE — DEUTSCHLAND u GR — ΕΛΛΑΔΑ (Ellada):
|
3) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn IT — ITALIA u LU — LUXEMBOURG (GRAND-DUCHÉ):
|
4) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn LU — LUXEMBOURG (GRAND-DUCHÉ) u NL - NEDERLAND:
|
5) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn AT — ÖSTERREICH u PT — PORTUGAL:
|
6) |
It-tabella li ġejja tiddaħħal bejn PT — PORTUGAL u FI — SUOMI/FINLAND:
|
ANNESS II
“ANNESS II
Unitajiet amministrattivi eżistenti
Fil-livell 1 NUTS għall-Belġju ‘Gewesten/Régions’, għall-Ġermanja ‘Länder’, għall-Portugall ‘Continente’, ‘Região dos Açores’ u ‘Região da Madeira’, u għar-Renju Unit: l-Iskozja, Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Government Office Regions of England.
Fil-livell 2 NUTS għall-Belġju ‘Provincies/Provinces’, għall-Ġermanja ‘Regierungsbezirke’, għall-Greċja ‘periferies’, għal Spanja ‘comunidades y ciudades autónomas’, għal Franza ‘régions’, għall-Irlanda ‘regions’, għall-Italja ‘regioni’, għall-Olanda ‘provincies’, għall-Awstrija ‘Länder’ u għall-Polonja ‘województwa’.
Fil-livell 3 NUTS għall-Belġju ‘arrondissementen/arrondissements’, għar-Repubblika Ċeka ‘Kraje’, għad-Danimarka ‘Amtskommuner’, għall-Ġermanja ‘Kreise/kreisfreie Städte’, għall-Greċja ‘nomoi’, għal Spanja ‘provincias’, għal Franza ‘départements’, għall-Irlanda ‘regional authority regions’, għall-Italja ‘provincie’, għal-Litwanja ‘Apskritis’, għall-Ungerija ‘megyék’, għar-Repubblika Slovakka ‘Kraje’, għall-Iżvezja ‘län’ u għall-Finlandja ‘maakunnat/landskap’.”
ANNESS III
“ANNESS III
Unitajiet amministrattivi iżgħar
Għall-Belġju ‘Gemeenten/Communes’, għar-Repubblika Ċeka ‘Obce’, għad-Danimarka ‘Kommuner’, għall-Ġermanja ‘Gemeinden’, għall-Estonja ‘Vald, Linn’, għall-Greċja ‘Dimoi/Koinotites’, għal Spanja ‘Municipios’, għal Franza ‘Communes’, għall-Irlanda ‘counties or county boroughs’, għall-Italja ‘Comuni’, għal Ċipru ‘Δήμοι/κοινότητες (Dimoi/koinotites)’, għall-Latvja ‘Pilsētas, novadi, pagasti’, għall-Litwanja ‘Seniūnija’, għall-Lussemburgu ‘Communes’, għall-Ungerija ‘Települések’, għal Malta ‘Lokalitajiet’, għall-Olanda ‘Gemeenten’, għall-Awstrija ‘Gemeinden’, għall-Polonja ‘Gminy, miasta’, għall-Portugall ‘Freguesias’, għas-Slovenja ‘Občina’, għar-Repubblika Slovakka ‘Obce’, għall-Finlandja ‘Kunnat/Kommuner’, għall-Iżvezja ‘Kommuner’ u għar-Renju Unit ‘Wards’.”