EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0878

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri transizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifkati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċiTest b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 162, 30.4.2004, p. 62–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 045 P. 190 - 192
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 058 P. 177 - 179
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 058 P. 177 - 179

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Imħassar b' 32011R0142

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/878/oj

32004R0878



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0062 - 0064


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004

tad-29 ta' April 2004

li jippreskrivi miżuri transizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifkati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji mhux maħsuba għal konsum uman(1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(4), 5(4), 16 [1] u 32 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi li jittieħdu, materjal ta' riskju speċifikat maħsub għall-ikel, għalf jew fertilizzatur jistgħu ma jkunux importati fil-Komunità.

(2) Madankollu, materjali ta' Kategorija 1, li jista' jkun fihom materjal ta' riskju speċifikat, jistgħu jkunu importat fi jew esportati mill-Komunità skond ir-regoli preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew li għandhom ikunu stabbiliti taħt il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 33(2) tiegħu.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar il-miżuri transizzjonali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-importazzjoni u transitu ta' ċerti prodotti minn pajjiżi terzi [3] jipprovdi għal deroga temporanja sat-30 ta' April 2004 mill-projbizzjoni ta' importazzjoni fuq ċerti prodotti sekondarji ta' annimali minn pajjiżi terzi kif miġjub fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(4) Ċerti operaturi u sħab fil-kummerċ esprimew tħassib dwar il-projbizzjoni fuq prodotti sekondarji ta' annimali maħsuba għal użijiet tekniċi, barra mill-katina (sensiela, proċess) ta' għalf u ikel.

(5) Il-Kummissjoni talbet parir xjentifiku dwar stima kwantitattiva tar-riskju residwu ta' l-enċifalopatija sponġiformi f'bhejjem ta' l-ifrat (bovina) (BSE) f'numru ta' prodotti dderivati minn bhejjem ta' l-ifrat bħal ġelatina u xaħam (xaħam ta' dam), li huwa mistenni fil-futur qarib. Huwa maħsub li jintalab parir speċifiku iktar 'il quddiem.

(6) Sakemm parir tali jkun pendenti, huwa xieraq li jkunu pprovduti miżuri transizzjonali li jippermettu t-tqegħid fis-suq, esportazzjoni, importazzjoni u transitu ta' ċerti prodotti klassifikati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, maħsuba esklussivament għal użijiet tekniċi.

(7) Kif mistħoqq, miżuri transizzjonali għandhom ikunu adottati biex jippermettu l-użu tekniku ta' ċerti, strettament definiti, materjali ta' Kategorija 1 u 2. L-użu speċifiku ta' materjali tali maħsuba għal għanijiet tekniċi għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri stretti ta' direzzjoni u kontroll, biex iktar jitnaqqas ir-riskju ta' devjazzjoni lejn il-katina ta' l-ikel u għalf u l-użu mhux intiż fi prodotti tekniċi oħra bħal fetilizzaturi u mezzi ta' titjib tal-ħamrija, kosmetiċi, prodotti mediċinali u strumenti mediċi.

(8) Fejn l-użu ta' prodotti sekondarji ta' annimali tal-Kategorija 1 u 2 ma jistax ikun evitat għall-produzzjoni ta' prodotti mediċinali, l-awtorità kompetenti tista', fuq il-bażi ta' stima xierqa ta' riskju każ b'każ skond il-leġislazzjoni relevanti Komunitarja, tidderoga mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament

(9) Rigward it-tqegħid fis-suq u esportazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' annimali maħsuba għal użu tekniku prodotti fil-Komunità, ir-regoli preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom ikunu ġeneralment suffiċjenti, suġġetti għall-ikkomplementar tar-regoli għall-ġbir u trasport biex ikun żgurat li l-għanijiet ta' direzzjoni stretta, identifikazzjoni, u kontroll ikunu segwiti; rigward il-kunsinni għall-importazzjoni jew fi transitu, rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni u direzzjoni addizzjonali għandhom ikunu implimentati.

(10) Stati Membri għandhom jimplimentaw arranġamenti addizzjonali ta' verifika kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari biex ikun evitat ir-riskju ta' devjazzjoni, u għandhom jikkoperaw għal dak il-għan; għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra skond il-każ, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fil-kuntest tal-leġislazzjoni Komunitarja relevanti fil-każ ta' nuqqas ta' osservanza.

(11) Biex tkun evitata diżordni tal-kummerċ huwa xieraq li jkun ipprovdut perjodu ta' żmien raġonevoli għall-issoktar ta' aċċettazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' annimali importati li jaslu fil-postijiet ta' spezzjoni fil-konfini wara l-1 ta' Mejju 2004, u li jistgħu jkunu għadhom ikunu akkompanjati minn mudelli qodma ta' ċertifikati ta' saħħa.

(12) Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti sekondarji ta' annimali li ġejjin, klassifikati bħala materjal tal-Kategorija 1 jew 2 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u maħsuba esklussivament għal użu tekniku:

(a) ġlud ħoxnin u ġlud idderivati minn annimali li kienu ttrattati b'ċerti sustanzi li huma pprojbiti skond id-Direttiva 96/22/KE(4);

(b) xaħmijiet rendered idderivati minn materjali tal-Kategorija 1 prodotti billi intuża l-Metodu 1 kif jirreferi għalih l-Anness V, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u fil-każ li xaħmijiet rendered minn annimali li jixtarru kienu ppurifikati biex il-massimu livell tat-total ta' impuritajiet insolubbli (li ma jinħallux) li jibqa' ma jeċċedix iż-0,15 % f'piż, u derivattivi ta' xaħam idderivat li jissodisfaw għall-inqas l-istandards li jirreferi għalihom l-Anness VI, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(ċ) intestini ta' ruminanti (annimali li jixtarru) (bi jew bla kontenut); u

(d) għadam u prodotti ta' l-għadam li jkun fihom kolonna vertebrali u kranji, u qrun bovini (ta' annimali ta' l-ifrat) li kienu tneħħew mill-kranju billi ntuża metodu li ħalla l-kavità tal-kranju intatta (mhix minsusa).

Madankollu, dawk il-prodotti sekondarji ta' annimali m'għandhom ikunu dderivati minn annimali li jirreferi għalihom l-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Artikolu 2

Deroga dwar it-tqegħid fis-suq u esportazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' annimali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni tal-prodotti sekondarji ta' annimali li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament ("il-prodotti sekondarji ta' annimali").

Madankollu, id-deroga li jipprovdi għaliha l-ewwel sub-paragrafu m'għandhiex tapplika għall-esportazzjoni tal-prodotti sekondarji ta' annimali li jirreferu għalihom il-punti (c) u (d) ta' l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Deroga dwar l-importazzjoni u transitu ta' prodotti sekondarji ta' annimali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni u t-transitu tal-prodotti sekondarji ta' annimali.

Tikketta simili bħal dik li jirreferi għaliha il-punt (a) ta' l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament għandha wkoll tkun rekwiżita għall-prodotti sekondarji ta' annimali importati.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, esportazzjoni u importazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' annimali

1. It-tqegħid fis-suq jew esportazzjoni tal-prodotti sekondarji ta' annimali għandha titwettaq f'manjiera li ma tippreżentax riskju għas-saħħa ta' l-annimali u pubblika u l-Ambjent.

2. Importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji ta' annimali għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni sanitarja skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

Kunsinni importati u kunsinni fi transitu għandhom ikunu diretti skond il-proċedura ta' mmonitorjar li jipprovdi għaliha l-Artikolu 8 [4] tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE.

Artikolu 5

Ġbir u trasport tal-prodotti sekondarji ta' annimali

Il-ġbir u trasport tal-prodotti sekondarji ta' annimali għandhom jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a) barra mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni li jipprovdi għalihom il-Kapitolu I tal l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-pakketti kollha għandu jkollhom tikketta li tindika "IPPROJBIT F'IKEL, GĦALF, FERTILIZZATURI, KOSMETIĊI, PRODOTTI MEDIĊINALI U STRUMENTI MEDIĊI";

Madankollu, tikketta differenti tista' tintuża fil-każ li l-prodotti sekondarji ta' annimali jkunu maħsuba għal prodotti mediċinali skond il-leġislazzjoni Komunitarja. Kull tikketta tali għandha tagħmilha ċara li l-prodotti sekondarji ta' annimali huma "IDDESTINATI GĦAL PRODOTTI MEDIĊINALI BISS";

(b) il-prodotti sekondarji għandhom ikunu kkunsinnati lil impjant tekniku ddedikat approvat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u għandhom ikunu ssuġġettati għal trattament li jissodisfa lill-awtorità kompetenti b'manjiera tali li l-prodott tekniku li jirriżulta ma jkunx ta' riskju għas-saħħa ta' l-annimali u pubblika;

(ċ) l-impjant tekniku li jirreferi għalih il-punt (b) għandu jżomm reġistri skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u għandu juża l-prodotti sekondarji ta' annimali esklussivament għal għanijiet tekniċi awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 6

Kontrolli

1. Rigward il-kunsinni importati u fi transitu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli dokumentarji f'intervalli regolari, u għall-inqas darbtejn fis-sena, dwar il-katina ta' direzzjoni mill-postijiet ta' spezzjoni tal-konfini ta' l-ewwel dħul sa l-impjant tekniku approvat fil-każ ta' importazzjoni, u sal-post ta' spezzjoni ta' ħruġ fil-konfini fil-każ ta' transitu, għall-għanijiet ta' rikonċiljazzjoni tal-kwantitajet ta' prodotti sekondarji ta' annimali importati, użati u mormija, filwaqt li tkun żgurata l-osservanza ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Għal kunsinni fi transitu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-post ta' spezzjoni ta' l-ewwel dħul u tal-ħruġ fil-konfini rispettivi għandhom jikkoperaw kif meħtieġ biex ikunu żgurati t-traċċabbiltà u l-kontrolli effettivi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ukoll fis-sorveljanza tagħhom biex jiżguraw ir-rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet importati fi Stat Membru wieħed u użati f'ieħor, ta' kwantitajiet esportati minn Stat Membru wieħed imma prodotti f'ieħor, u ta' kwantitajiet fi transitu 'l ġewwa u 'l barra.

2. Rigward il-kunsinni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jew għall-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqwu l-kontrolli li jipprovdi għalihom r-Regolament (KE) Nru 1774/2002, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu, bl-istess għanijiet ta' kkontrollar tar-rikonċiljazzjoni ta' kwantitajiet u osservanza.

Artikolu 7

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

Stati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali:

(a) bl-użu li sar tad-deroga li jipprovdu għaliha l-Artikoli 2 u 3; u

(b) bl-arranġamenti tal-verifika li jipprovdi għalihom l-Artikolu 6 biex ikun żgurat li l-prodotti sekondarji ta' annimali konċernati jkunu użati biss għall-għanijiet awtorizzati skond l-Artikolu 5(c).

Artikolu 8

Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas ta' osservazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni xierqa immedjatament fil-każ ta' nuqqas ta' osservanza.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

3. Madankollu, iċ-ċertifikati miktuba fil-format taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2003 għandhom jintużaw sal-15 ta' Ġunju 2004.

4. Stati Membri għandhom jawtorizzaw sal-15 ta' Awissu 2004 l-importazzjonijiet ta' kunsinni li jkunu ħallew il-pajjiżi terzi qabel il-15 ta' Ġunju 2004, u li jkunu għandhom ikunu akkompanjati biċ-ċertifikati li jirreferi għalihom il-punt 3 ta' hawn iktar 'il fuq.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta' l- 10.10.02, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 (ĠU L 117, tat-13.05.03, pġ. 1).

[2] ĠU L 147, tal-31.5.2001, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament 2245/2003 (ĠU L 333, ta’ l- 20.12.2003, pġ. 28).

[3] ĠU L 117, tat-13.05.03, pġ. 19. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2268/2003 (ĠU L 336, tat-23.12.03, pġ 24).

[4] ĠU L 125, tat-23.05.96, pġ. 3. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, ta 'l-14.10.03, pġ. 17).

--------------------------------------------------

Top