EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0760

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 760/2004 ta' 22 ta' April 2004 jestendi d-dazju kontra r-rimi definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw, inter alia, fl-Ukraina fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Moldova jew le

OJ L 120, 24.4.2004, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 051 P. 142 - 146
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 035 P. 113 - 117
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 035 P. 113 - 117

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/760/oj

32004R0760



Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0001 - 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 760/2004

ta' 22 ta' April 2004

jestendi d-dazju kontra r-rimi definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw, inter alia, fl-Ukraina fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Moldova jew le

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkunsidra t-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni li hi l-oġġett ta' rimi minn pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1] (Ir-Regolament Bażiku), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li ikkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li ikkonsultat mal-Bord Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri Eżistenti

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 [2] (ir-Regolament Oriġinali), il-Kunsill impona dazju kontra r-rimi ta' 51,8 % fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw, inter alia, fl-Ukraine. Skond id-deċiżjoni Nru 1999/572/KE [3], il-Kummissjoni aċċettat impriża mill-produttur ta' esportazzjoni Joint Stock Company Silur, Ukraina. Skond ir-Regolament (KE) Nru 1678/2003, l-impriża li kienet ġiet aċċettata qabel minn Joint Stock Company Silur ġiet irtirata.

2. Talba

(2) Nhar is-16 ta' Ġunju 2003, il-Kummissjoni irċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Bażiku Regulation (it-talba) mill-Liaison Committee of the European Federation of Steel Wire Rope Industries (EWRIS) (l-applikant) sabiex tinvestiga l-allegat tidwir bil-kliem ta' miżuri kontra r-rimi imposti fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina. It-talba ingħatat għan-nom ta' proporzjon prinċipali tal-produzzjoni ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar tal-Komunità.

(3) L-applikant allega u ta prova suffiċjenti li turi li, wara l-imposizzjoni ta' miżuri fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li oriġinaw, inter alia, fl-Ukraina, kien hemm bidla sinifikattiva fis-sekwenza ta' negozju li tinvolvi esporti ta' ħbula ta' u kejbils ta' l-azzar mill-Ukraina u l-Moldova lejn il-Komunità. Din il-bidla fis-sekwenza ta' negozju ġie allegata li tnisslet minn trasbord vija Moldova ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukraina. Ġie allegat li kien hemm kawża insuffiċjenti dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika għall-bidliet imsemmija hawn fuq ħlief l-imposizzjoni ta' dazju fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar mill-Ukraina.

(4) Finalment, l-applikant allega u ta prova li l-effetti li jirrimedjaw dan id-dazju kienu qed jiddgħajfu kemm f'dak li huma kwantitajiet kif ukoll prezzijiet. It was pretensjoni that significant volumes of imports of steels ropes and cables from il-Moldova have replaced imports of steel ropes and cables originating in Ukraine. Barra dan, l-applikant ta prova li l-prezzijiet ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar importati mill-Moldova ġew mixtrija taħt il-prezz b'relazzjoni mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-ħbula u kejbils li joriġinaw fl-Ukraina.

3. Bidu

(5) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1347/2003 [4] (ir-Regolament tal-bidu), il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar l-allegat tidwir bil-kliem dwar ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw fl-Ukraina permezz ta' importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova, kemm jekk iddikkjarati li joriġinaw fil-Moldova jew le u, skond l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament Bażiku, iddirieġiet l-awtoritajiet tad-dwana li jirreġistraw importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova, kemm jekk iddikkjarati li joriġinaw mill-Moldova jew le, minn nhar il-31 ta' Lulju 2003. Il-Kuummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet ta' l-Ukraine u l-Moldova dwar il-bidu ta' l-investigazzjoni.

4. Investiġazzjoni

(6) Kwestjonarji intbagħtu lill-partijiet li jinsabu fl-Ukraina u l-Moldova li kienu jew imsemmija fit-talba jew konsegwentement saru magħrufa mill-Kummissjoni. Kwestjonarji intbagħtu lill-importaturi fil-Komunità li ġew imsemmija fit-talba jew li ikkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ġew informati li nuqqas ta' kooperazzjoni tista' twassal għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku u s-sejbiet isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(7) L-ebda tweġiba kompluta għall-kwestjonarju ma intbagħtet minn esportaturi/produtturi fl-Ukraina. Iż-żewġ produtturi magħrufa fl-Ukraina informaw lill-Kummissjoni li kienu esportaw biss kwantità insinifikanti tal-prodott konċernat lejn il-Moldova waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, u li dawn l-esporti kienu iddestinati esklusivament għall-konsum intern fil-Moldova. L-ebda tweġiba għall-kwestjonarji ma intbagħtu minn esportaturi/importaturi fil-Moldova.

(8) Matul l-investigazzjoni, data statistika li tikkonċerna importi u esporti tal-prodott ikkonċernat ġiet miksuba mill-awtoritajiet Ukraini u Moldovjani.

(9) Numru ta' importaturi tal-Komunità wieġbu billi iddikjaraw li ma importaw l-ebda ħbula u kejbils ta' l-azzar mill-Moldova waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Importatur irrapporta li kellu żewġ kunsinni tal-prodott ikkonċernat li jammontaw għal 196-il tunnellata metrika iddikjarata bħala ta' oriġini Moldovjana u waqt il-perjodu ta' investigazzjoni.

5. Il-Perjodu ta' Investigazzjoni

(10) Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2002 sat-30 ta'Ġunju 2003 (l-IP). Data inġabret mill-1999 sa l-aħħar ta' l-IP sabiex tinvestiga l-bidla allegata fis-sekwenza tal-kummerċ.

B. RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI

1. Livell ta' kooperazzjoni

(11) Kif imsemmi fil-premessa 7, l-ebda produtturi/esportaturi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar fil-Moldova ma għamlu lilhom infushom magħrufa, jew ikkooperaw fl-investigazzjoni. Għalhekk, sejbiet f'dak li jirrigwarda l-esporti ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova lejn il-Komunità kellhom isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fil-bidu ta' l-investigazzjoni, l-kumpanniji kollha magħrufa ġew informati li nuqqas ta' kooperazzjoni tista' twassal għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu, imsemmi kif spjegat fil-premessa 6.

2. Informazzjoni addizzjonali

(12) Mingħajr preġudizzju għall-investigazzjoni preżenti u bħala sfond huwa imsemmi hawn li investigazzjoni fuq allegat frodi li jinvolvu ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw fil-Moldova imma x'aktarx joriġinaw fl-Ukraina inbdiet mill-European Anti-Fraud Office (OLAF) fl-2002 u qagħda għaddejja. Investigazzjonijiet oħra OLAF għadhom għaddejjin, u jikkonċeraw allegazzjonijiet simili konnessi ma' l-istess prodott li x'aktarx origina fl-Ukraina imma iddikkjarat li joriġina f'pajjiż terz ieħor. Barradan, l-awtoritajiet tad-dwana ta' Stat Membru wieħed ikkunsidraw li kwantità ta'196-il tunnellata importata fil-Komunità waqt l-IP u iddikkjarata bħala ta' oriġini Moldovjana ma kinitx ta' dak l-oriġini imma ta' oriġini Ukraina.

3. Prodott ikkonċernat u prodott bħalu

(13) Il-prodott ikkunsidrat huwa, kif iddefinit fl-investigazzjoni oriġinali, ħbula u kejbils ta' l-azzar, li jinkludu locked kolja ħabel, minbarra ħbula u kejbils ta l-istainless steel, b'massimu ta' cross-sectional dimension, li teċċedi 3 mm, daż-żmien ta' min jikklassifikaha bejn kodiċi NM codes ex73121082, ex73121084, ex73121086, ex73121088, ex73121099.

(14) Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi kumpannija Moldovjana u meta wieħed jikkunsidra l-proposti ipprovduti fit-talba, huwa ikkunsidrat li ħbula u kejbils ta' l-azzar esportati lejn il-Komunità mill-Ukraina u dawk ikkunsinnjati mill-Moldova lejn il-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u l-istess użi. Għalhekk, huma ikkunsidrati l-istess bħall-prodotti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

4. Bidla fis-sekwenza ta' kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità

(15) Dovut għan-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' xi kumpannija Moldovjana, il-volum u valur ta' esporti Moldovjani tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu determinati abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, li f'dan il-każ kienet data Eurostat f'livell NM.

(16) Wara l-impożiżżjoni tad-dazju kontra r-rimi ta' 51,8 %, importi tal-prodott ikkonċernat li oriġina fl-Ukraina lejn il-Komunità naqas sostanzjalment minn 1234-il tunnellata fl-1999 għal 386-il tunnellata fl-2000, 320-il tunnellata għas-sena 2001 u 209-il tunnellata fl-2002. Waqt l-IP, l-importi irrappurtati ammontaw għal 437-il tunnella. Fl-istess ħin, importi lejn il-Komunità ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar mill-Moldova żdiedu minn sitwazzjoni ta' importi zero sa l-1999 għal 36-il tunnellata fl-2000, u f'daqqa waħda żdiedu sa 1054-il tunnellata fl-2001 u 1815-il tunnellata fl-2002. Waqt l-IP, l-importi irrapportati ammontaw għal 196-il tunnellata madankollu jikkonfermaw il-bidla fis-sekwenza tal-kummerċ li bdiet mis-sena 2000, billi minn qabel ma kien hemm l-ebda importi mill-Moldova lejn il-Komunità. Għalhekk, bidla ta' min jinnutaha fis-sekwenza ta' kummerċ ġiet stabbilita fil-każ kemm taż-żewġ pajjiżi ta' esportazzjoni li ikkoinċidiet mad-dħul fis-seħħ, f'Awissu 1999, tal-miżuri kontra r-rimi fuq ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw fl-Ukraina.

5. Kawża dovuta insuffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika

(17) Skond l-informazzjoni disponibbli, ma jidher li hemm l-ebda produzzjoni Moldovjana ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar. Ma kien hemm l-ebda importi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Moldova mill-Ukraina qabel l-2000 skond id-data nazzjonali ta' l-istatistika Ukraina. L-importi bdew fl-2000 wara l-imposizzjoni ta' miżuri f'Awissu 1999, li ikkoinċidiet mal-bidla fis-sekwenza tal-kummerċ kif jidher fil-premessa 16. Data ta' l-istatistika provduta mill-awtoritajiet Moldovjani turi li, ħlief għal xi kwantitajiet ta' importanza żgħira, l-ebda pajjiżi oħra ma esportaw il-prodott konċernat lejn il-Moldova.

(18) Hemm koinċidenza bejn l-imposizzjoni tal-miżuri kontra r-rimi fuq importi tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina u qawmien f'daqqa u li jixbħu ta' esporti mill-Moldova. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi kumpannija Moldovjana, ġie deċiż abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, li l-bidla fis-sekwenza tal-kummerċ twaqqfet mill-imposizzjoni tad-dazju kontra r-rimi iktar milli xi kawza dovuta suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika fi ħdan it-tifsira tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

6. Iddgħajjef l-effetti li jirrimedjaw tad-dazju f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezziiet u/jew il-kwantitajiet ta' prodotti bħalu

(19) Jidher biċ-ċar mill-figuri fil-premessa 16 li bidla kwantitattiva ċara fis-sekwenza ta' importi tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat seħħ mill-imposizzjoni tal-miżuri fl-1999. Wara l-imposizzjoni ta' dazju kontra r-rimi, importi Ukraini lejn il-Komunità naqqsu b'mod sinifikattiv u kien hemm qawmien f'daqqa u li jixbħu ta' esporti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità mill-Moldova. Skond id-data Eurostat, mill-1999 sa l-aħħar ta' l-IP, l-ammont totali ta' l-esporti Moldovjani lejn il-Komunità kien ta' 2870-il tunnellata metrika li ħa post kwantitajiet li jikkorrispondu li kieny esportati qabel mill-Ukraina. Jidher għalhekk biċ-ċar li l-bidla ta' min jinnutaha fil-kummerċ mexxej dgħajjef l-effetti li jirrimedjaw tal-miżuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet importati lejn is-suq tal-Komunità.

(20) F'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet tal-prodotti ikkonċernati ikkunsinnjati mill-Moldova, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, kien meħtieġ li issir referenza għad-data Eurostat, li kienet l-aħjar prova disponibbli. Għalhekk instab li l-prezz ta' esportazzjoni medja ta' l-esporti Moldovjani lejn il-Komunità kienu taħt il-livell ta' eliminazzjoni ta' inġurja tal-prezzijiet tal-Komunità hekk kif stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, l-effetti li jirrimedjaw tad-dazju impost f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet huma dgħajfa.

(21) Huwa għalhekk deċiż li l-importi tal-prodott ikkonċernat mill-Moldova dgħajfu l-effetti li jirrimedjaw id-dazju kemm f'dak li għandu x'jaqsam kwantitajiet kif ukoll prezzijiet.

7. Prova ta' rimi f'dak li għandu x'jaqsam ma' valuri normali stabbiliti għall-prodotti bħalhom jew simili

(22) Kif spjegat fil-premessa 20, mogħti n-nuqqas ta' kooperazzjoni, sabiex jiġi stabbilit jekk prova ta' rimi setgħet tinstab f'dak li għandu x'jaqsam ma' esporti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità mill-Moldova waqt l-IP, data Eurostat fil-livell NM kienet użata skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku bħala l-bażi li jistabbilixxi prezzijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità.

(23) Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valur normali li ser jiġi użat fl-investigazzjonijiet kontra t-tidwir bil-kliem huwa l-valur normali stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali. Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Polonja ġiet ikkunsidrata bħala l-pajjiż analogu bl-ekonomija tas-suq l-aktar xierqa għall-Ukraina u l-valur normali stabbilit fuq il-bażi ta' prezzijiet kif ukoll valur normali ikkostrutwiet f'dak il-pajjiż analogu.

(24) Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għall-iskop ta' paragun tal-prezz ta' esportazzjoni u l-valur normali, ġie ikkunsidrat xieraq li wieħed jassumi li t-taħlita ta' prodotti tal-merkanzija osservata waqt l-investigazzjoni kienet l-istess bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali.

(25) Għall-iskop ta' paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, konċessjoni dovuta fil-forma ta' aggustamenti saret għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezz u komparabilità fil-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport, assigurazzjoni u immaniġġjar. Sa fejn kienu ikkonċernati l-esporti ikkunsinnjati mill-Moldova mill-Komunità, fin-nuqqas ta' informazzjoni oħra relatata ma' dawn il-fatturi, l-informazzjoni li tinsab fit-talba ġiet użata.

(26) Skond l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali peżati medja kif stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali ġie imqabbel mal-prezz ta' esportazzjoni medja għall-IP stabbilit kif indikat fil-premessa 22. Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni għall-kuntrarju, wieħed assuma li t-taħlita ta' prodotti ma kinitx inbidlet bejn l-investigazzjoni oriġinali u l-IP. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta' rimi. Il-marġni ta' rimi li instab, rappreżentat bħala preċentaġġ ta' cif prezzijiet fil-fruntier tal-Komunità dazju mhux imħallas, kien bejn 10 % u 15 %.

C. MIŻURI

(27) Minħabba s-sejbiet ta' hawn fuq, instab li kien hemm tidwir bil-kliem fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 13(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 13(1) l-ewwel sentenza tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti kontra r-rimi fuq importi tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Ukraina għandu jkun estiż għall-importi ta' l-istess prodott ikkunsinnjat mill-Moldova, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Moldova jew le.

(28) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi li miżuri ser jiġu applikati kontra importi irreġistrati mid-data ta' reġistrazzjoni, d-dazju kontra r-rimi għandu jinġabar fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova li daħlu fil-Komunità taħt reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu.

(29) It-tidwir tal-kliem isir barra l-Komunità. L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandu l-iskop li jopponi l-prattiċi tat-tidwir tal-kliem mingħajr ma jaffettwa nies li iħaddmu li jistgħu jipprovaw li ma humiex involuti f'dawn it-tip ta' prattiċi, imma ma fihx disposizzjoniji li tipprovdi għat-trattament ta' proċeduri li jistgħu jistabbilixxu li ma humiex involuti fi prattiċi ta' tidwir ta' kliem. Għalhekk, jidher neċessarju li tiġi introdotta possibilità għall-produtturi li ma bigħux il-prodott ikkonċernat għall-esportazzjoni waqt l-IP u mhumiex relatati ma' xi esportaturi jew produtturi soġġetti għad-dazju kontra r-rimi estiż li jitolbu eżenzjoni mill-miżuri fuq dawn l-importi. Il-produtturi ikkonċernati li jikkunsidraw li jirrappurtaw talba għall-eżenzjoni minn dazju kontra r-rimi estiż ikunu meħtieġa li jimlew kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi digriet. Eżenzjoni ta' din ix-xorta tista' tingħata wara li issir stima tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodott ikkonċernat, kapaċità ta' produzzjoni u utilizzazzjoni ta' kappaċità, ksib u bejgħ u l-probabilità li ikun hemm kontinwazzjoni ta prattiċi li għalihom hemm kawża insuffiċjenti dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika u l-prova ta' rimi. Normalment il-Kummissjoni tagħmel ukoll spezzjoni ta' verifikazzjoni fuq il-post. It-talba tkun trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment xi modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ. Importaturi jistgħu igawdu xorta waħda minn eżenzjoni minn reġistrazzjoni jew miżuri sal-punt li l-importi tagħhom huma mingħand esportaturi, li jiġu mogħtija eżenzjoni ta' din ix-xorta, u skond l-Artikolu 13(4).

(30) Billi fejn eżenzjoni ħarġet bħala digriet, il-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-Bord Konsultattiv, għalhekk tipproponi l-emenda ta' dan ir-Regolament. Sussegwentement, xi ezenzjonijiet mogħtija ser jiġu immonitorjati sabiex tiġi assigurata konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-rigward.

D. PROĊEDURA

(31) Partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzali u konsiderazzjonijiet fuq il-bażi li tiegħu l-Kunsill kellu ħsieb li jestendi d-dazju definittiv kontra r-rimi eżistenti u ingħataw l-opportunità li jikkummentaw u jiġu mismugħa. L-ebda kummenti li kienu ta' natura li ibiddlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq ma ġew milqugħa,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Id-dazju definittiv kontra r-rimi impost mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 fuq importi ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw fl-Ukraina, li jaqgħu bejn kodiċi NM codes ex73121082, ex73121084, ex73121086, ex73121088 u ex73121099, hu hawnhekk estiż għall-importi ta' l-istess ħbula u kejbils ta' l-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova (kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Moldova jew le) (kodiċi TARIC 7312108211, 7312108411, 7312108611, 7312108811 u 7312109911).

2. Id-dazju estiż permezz ta' paragrafu 1 ser jinġabar fuq importi irreġistrati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2003 u l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

3. Id-dispożizzjonijiet eżistenti li jikkonċernaw dazji doganali għandhom jgħoddu.

Artikolu 2

1. Talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 ser isir bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u trid tiġi iffirmata minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat B

Uffiċċju: J-79 05/17

B - 1049 Brussel

Fax (32 2) 295 65 05

Telex COMEU B 21877

.

2. Il-Kummissjoni, wara li ikkonsultat il-Bord Konsultattiv, tista' tawtorizza permezz ta' deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importi li jidhru li ma jaħarbux mit-taxxa kontra r-rimi impost mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Awtoritajiet tad-dwana huma hawnhekk ordnati li jissoktaw ir-reġistrazzjoni ta' importi, stabbiliti skond l-Artikolu 2 tar-Regulation (KE) Nru 1347/2003.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta'wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjail ta'l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.03.04, p. 12).

[2] ĠU L 217, 17.08.99, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 (ĠU L 238, 25.09.03, pġ 1).

[3] ĠU L 217, tas-17.8.1999, p. 63. Deciżjoni kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1678/2003 (ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 13).

[4] ĠU L 190, 30.07.03, p. 3.

--------------------------------------------------

Top