Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0048

Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin ta' riferenza 2003 - 2009

OJ L 7, 13.1.2004, p. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 033 P. 3 - 8
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 043 P. 197 - 202
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 043 P. 197 - 202
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 060 P. 91 - 96

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/48/oj

32004R0048



Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0001 - 0006


Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-5 ta' Diċembru 2003

dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin ta' riferenza 2003 - 2009

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar kienet imsejsa fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) li ġiet fit-tmiem fit-23 ta' Lulju 2002.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1840/2002 [4] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Settembru 2002 kien adottat sabiex jiżgura il-prolongazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2002 tas-sistema ta' l-istatistika ta' l-azzar tal-KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat dwar il-KEFA.

(3) Huwa meħtieġ li jiġi ssoktat il-ġbir ta' l-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar sabiex tiġi implimentata l-politika Komunitarja tal-futur dwar l-industrija ta' l-azzar. L-ebda sistema oħra ta' statistika eżistenti fil-livell Ewropew ma tista' tissodisfa l-ħtieġa għal din l-istatistika. Huwa għalhekk meħtieġ Regolament ġdid imsejjes fuq it-Trattat dwar il-KE rigward il-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-industrija ta' l-azzar.

(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja [5] jipprovdi l-qafas ta' riferenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(5) Tinħtieġ fażi transitorja mis-sena 2003 sas-sena 2009 għalbiex tistabbilixxi jekk l-istatistika dwar l-azzar tistax tiġi integrata f'sistemi ta' statistika oħra.

(6) L-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar jeħtieġu tagħrif minn madwar id-dinja kollha dwar l-investiment u l-kapaċità sabiex jiġu stmati n-nuqqas tal-kapaċità jew il-kapaċità żejda futuri għal klassijiet partikolari ta' prodotti ta' l-azzar. L-istatistika Kommunitarja dwar l-investiment u l-kapaċità jikkontribwixxu għal network globali ta' tagħrif dwar il-kapaċità dinjija ta' l-azzar, organizzat taħt l-awspiċi ta' l-OECD.

(7) L-istatistika dwar il-konsum ta' l-enerġija fl-industrija ta' l-azzar tagħti tagħrif mhux biss dwar l-użu ta' l-enerġija u l-produzzjoni fl-industrija ta' l-azzar imma b'mod indirett dwar l-emissonijiet ta' sustanzi li jniġġsu wkoll.

(8) L-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-ħażniet tar-ruttam tal-ħadid u ta' l-azzar hija meħtieġa sabiex isir monitoraġġ ta' l-użu ta' din il-materja prima importanti għalbiex jintgħamel l-azzar.

(9) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(10) Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [7],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Objettiv

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin tar-riferenza 2003 - 2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament. it-termini "statistika Komunitarja" u "produzzjoni ta' l-istatistika" għandhom jieħdu t-tifsiriet mogħtija lilhom bir-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jkopri data dwar l-industrija ta' l-azzar, li hija definita bħala l-grupp 27.1 tal-klassifika ta' statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 1), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill 3037/90/ [8].

Meta l-valur miżjud fuq il-fattur ta' l-ispiza tal-produzzjoni ta' l-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar ta' Stat Membru jirrappreżenta anqas minn 1 % tat-total Komunitarju, id-data dwar il-karatteristiċi ma għandhiex għalfejn tiġi miġbura.

Artikolu 4

Karatteristiċi

Id-data fornita, li għandha tikkonforma mal-format iddikjarat fl-Anness, għandha jkollha x'taqsam mal-karatteristiċi ta' l-unità tat-tip ta'-attività kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-statistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistemi tal-produzzjoni fil-Komunità [9] u għall-intrapriżi li jkollhom 50 impjegat jew iktar.

Artikolu 5

Riferenza għaż-żmien u l-perjodiċità

L-Istati Membri għandhom jikkumpilaw fuq bażi annwali d-data speċifikata fl-Anness għall-ewwel darba għas-sena 2003 u kull sena wara din sas-sena 2009.

Artikolu 6

Trasmissjoni tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-data u l-metadata dwar l-industrija ta' l-azzar aggregati fuq l-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 4, It-trasmissjoni għandha tinkludi data kunfidenzali skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti dwar it-trasmissjoni ta' data bla ħsara għall-kunfidenzalità.

2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata f'għamla elettronika. It-trasmissjoni għandha tikkonforma ma' standard xieraq ta' inter-kambju approvat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2). L-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata fejn jidħlu l-istandards approvati u għandha tforni linji gwida dwar kif dawn l-istandards jiġu implimentati skond il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta' riferenza. Madankollu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu taż-żmien għal 12-il xahar għall-ewwel trasmissjoni lil dawk l-Istati Membri li jsibu diffikultajiet biex jimplimentaw dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Miżuri ta' implementazzjoni

Il-miżuri li ġejjin sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2):

(a) kull bidla għal-lista tal-karatteristiċi, basta li ma jiġi impost l-ebda piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri;

(b) il-formati tat-trasmissjoni u l-ewwel perjodu taż-żmien tat-trasmissjoni.

Artikolu 8

Proċedura

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 9

Rapporti

Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tiegħu.

B'mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a) jistma l-benefiċċi li jakkumulaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-provvedituri u l-utenti tat-tagħrif statistikali ta' l-istatistika prodotta f'relazzjoni ma' l-ispejjeż tagħhom;

(b) jistma l-kwalità ta' l-istatistika prodotta;

(ċ) jivverifika s-sinerġija ma' attivitajiet oħra Komunitarji;

(d) jipproponi kull bidla kunsidrata meħtieġa sabiex ittejjeb l-operat ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

P. Lunardi

[1] ĠU C 45 E, tal-25.2.2003, p. 154.

[2] ĠU C 133, tas-6.6.2003, p. 88.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003.

[4] ĠU L 279, tas-17.10.2002, p. 1.

[5] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[8] ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[9] ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1882/2003.

--------------------------------------------------

ANNESS

DATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4, 5 U 6 LI GĦANDHA TIĠI TRASMESSA LILL-EUROSTAT

1. L-istatistika ta' kull sena rigward il-karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u tal-ħadid fondut

Unità (tunnellati metriċi) |

Kodiċi | Titolu |

Karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u l-ħadid fondut

1010 | Il-ħażniet fl-ewwel jum tas-sena |

1020 | Li jinħolqu ġewwa l-post tax-xogħol |

1030 | Irċevuti (1031 + 1032 + 1033) |

1031 | —minn sorsi fid-djar |

1032 | —minn Stati Membri Komunitarji oħra |

1033 | —minn pajjiżi terzi |

1040 | Total disponibbli (1010 + 1020 + 1030) |

1050 | Konsum totali … |

1051 | … li minnu fran elettriċi |

1052 | … li minnu ruttam li ma jsaddadx |

1060 | Kunsinni |

1070 | Ħażniet fl-aħħar jum tas-sena (1040-1050-1060) |

2. Il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija u l-Karta tal-Bilanċ għall-Enerġija Elettrika fl-Industrija ta' l-Azzar

L-isatatistika ta' kull sena dwar il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija imqassma waħda waħda skond it-tip ta' l-impjant [1]

Unità tunnellati metriċi jew Giga Joules (GJ) |

Kodiċi | Titolu | Kummenti |

Konsum tal-karburant u ta' l-enerġija

2010 | Karburanti solidi (2011 + 2012) | tunnellati metriċi |

2011 | Kokk | tunnellati metriċi |

2012 | Karburanti solidi oħra | tunnellati metriċi |

2020 | Karburanti likwidi | tunnellati metriċi |

2030 | Gass (2031 + 2032 + 2033 + 2034) | GJ |

2031 | Il-gass tal-kalkari tal-funderiji | GJ |

2032 | Il-gass ta' l-ifran tal-kokk | GJ |

2033 | Il-gass tal-konvertituri | GJ |

2034 | Gassijiet oħra | GJ |

2040 | Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-kalkari tal-funderiji | GJ |

2050 | Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-konvertituri | GJ |

Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar

(Unità MWh) |

Kodiċi | Titolu |

Karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar

3100 | Riżorsi (3101 + 3102) |

3101 | Produzzjoni grossa |

3102 | Irċevuti minn barra |

3200 | Użati (3210 + 3220 + 3230) |

3210 | Konsum skond l-impjant (3211 + 3212 + 3213 + 3214 + 3215 + 3216 + 3217) |

3211 | Impjant tas-sinter u l-impjant tat-tħejjija tat-tagħbija |

3212 | Il-kalkari tal-funderiji u l-ifran li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku |

3213 | Ħwienet li jdewbu bl-elettriku u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta |

3214 | Ħwienet oħra tat-tidwib u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta |

3215 | Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar |

3216 | L-istazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku |

3217 | Impjanti oħra |

3220 | Kunsinni ghal barra |

3230 | Telf |

3. L-investigazzjoni dwar l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar

(Nefqa u l-Kapaċita)

Parti A: Statistika ta' kull sena dwar in-nefqa

Unità (miljuni ta' EUR). |

Kodiċi | Titolu |

In-Nefqa fuq l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar

4010 | Impjanti li jagħmlu l-kokk |

4020 | Impjanti li jħejju t-tagħbijiet |

4030 | L-impjanti li jagħmlu l-ħadid u l-illigi tal-ħadid (inklużi l-kalkari tal-funderiji) |

4040 | Ħwienet li jdewbu l-azzar |

4041 | … li minnhom huma bl-elettriku |

4050 | Il-għoti tal-forma b'mod li jissokta |

4060 | Il-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar (4061 + 4062 + 4063 + 4064) |

4061 | Prodotti ċatti |

4062 | Prodotti twal |

4063 | Fabbriki li jagħmlu l-istrixxi wesgħin kiesħa |

4064 | L-isatallazzjonijiet tal-kisi |

4070 | Impjanti oħra |

4100 | Total ġenerali (4010 + 4020 + 4030 + 4040 + 4050 + 4060 + 4070) |

4200 | … li minnu sabiex jikkumbatti l-inkwinament |

Il-Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-kapaċità

Unità 1000 tunnellata metrika kull sena. |

Kodiċi | Titolu |

Il-Produzzjoni massima possibbli fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar (il-kapaċità)

5010 | Il-kokk |

5020 | It-tħejjija tat-tagħbija |

5030 | Ħadid mhux maħdun ħiereġ mill-kalkara u illigi tal-ħadid |

5040 | Azzar mhux maħdum |

5041 | —li minnu ta' l-elettriku |

5042 | —li minnu tal-għoti tal-forma b'mod issoktat |

5050 | Prodotti miksuba direttament bir-rumblar bis-sħana (5051 + 5052) |

5051 | Prodotti ċatti |

5052 | Prodotti twal |

5060 | Prodotti miksuba mill-prodotti tar-rumblar bis-sħana (minbarra l-prodotti miksija) |

5061 | … li minnhom hemm prodotti miksuba bir-rumblar kiesaħ |

5070 | Prodotti miksija |

[1] Impjanti li jħejju tagħbijiet: Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblarIl-kalkari tal-funderiji u l-ifram li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku. L-Istazzjonijiet li jiġġeneraw l- elettrikuĦwienet tat-tidwib: Impjanti oħra

--------------------------------------------------

Top