EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0077

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward ta' l-ittikkettjar ta' ċertu ikel li jkun jinsab fih aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħuTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 162, 30.4.2004, p. 76–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 008 P. 501 - 503
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 012 P. 33 - 35
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 012 P. 33 - 35

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2008; Imħassar b' 32008L0005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/77/oj

32004L0077



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0076 - 0077


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE

tad-29 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward ta' l-ittikkettjar ta' ċertu ikel li jkun jinsab fih aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħu

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u l-pubbliċità ta' affarijiet ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 4(2) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta' Novembru 1994 fir-rigward ta' l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittekkettjar ta' ċerti affarijiet ta' l-ikel ta' partikolari barra minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE [2] tinsab fiha lista ta' affarijiet ta' l-ikel għal liema l-ittikkettjar għandu jinkludi waħda jew aktar partikolari addizzjonali.

(2) L-iskop ta' din id-Direttiva hu biex jissupplimenta dik il-lista fir-rigward ta' ċerti affarijiet ta' l-ikel li jkun jinsab fihom aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħu.

(3) L-aċidu glycyrrhizinic iseħħ b'mod naturali fil-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra filwaqt li l-melħ ta' l-ammonja tiegħu hu ffabbrikat minn estratti mill-ilma tal-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra. L-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħu huma inklużi fir-reġistru Komunitarju ta' sostanzi li jagħtu togħma stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE tat-23 ta' Frar 1999 li tadotta reġistru ta' sostanzi li jagħtu togħma użati fi jew fuq affarijiet ta' l-ikel magħmul in applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 [3]. Esposizzjoni għall-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħu jseħħ l-aktar permezz tal-konsum ta' ħelu ta' l-għud is-sus, inkluż chewing gum, tè tal-ħxejjex u xorb ieħor.

(4) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, fl-opinjoni tiegħu ta' l-4 ta' April 2003 dwar l-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonja tiegħu, ikkonkluda li limitu massimu għal inġestjoni regolari ta' 100 mg/ġurnata jipprovdi livell suffiċjenti ta' protezzjoni għall-maġġuranza tal-popolazzjoni, konsum 'il fuq minn dan il-livell jista' jikkawża ipertensjoni. Madankollu il-Kumitat innota li fil-popolazzjoni tal-bnedmin hemm sottogruppi għal liema dan il-limitu massimu jista' ma joffrix protezzjoni suffiċjenti. Dawn is-sottogruppi jinkludu nies b'kondizzjonijiet mediċi relatati ma' omostasi mfixxkla ta' l-ilma u ta' l-elettroliti.

(5) Dawn it-tisjibiet jagħmlu meħtieġ il-proviżjoni ta' tikkettjar li jagħti lill-konsumaturi informazzjoni ċara dwar il-preżenza ta' l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu fil-ħelu u x-xorb. Fil-każ ta' kontenuti għoljin ta' l-aċidu glycyrrhizinic jew tal-melħ ta' l-ammonja tiegħu f'dawn il-prodotti, il-konsumaturi, u partikolarment dawk li jsofru minn ipertensjoni, għandhom 'il fuq minn dan jiġu informati li konsum eċċessiv għandu jiġi evitat. Biex tkun assigurata fehma tajba ta' din l-informazzjoni mil-konsumaturi, it-terminu magħruf sew "estratti ta' l-għud is-sus" għandu preferibbilment jiġi wżat.

(6) Id-Direttiva 94/54/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 94/54/KE hu emendat skond it-test stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kummerċ fi prodotti li jħarsu din id-Direttiva mill-20 ta' Mejju 2005 mill-aktar tard.

2. L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-kummerċ fi prodotti li ma jħarsux din id-Direttiva mill-20 ta' Mejju 2006.

Madankollu, prodotti li ma jħarsux din id-Direttiva u li kienu ttikkettjati qabel l-20 ta' Mejju 2006 għandhom jiġu awtorizzati sakemm ikunu fadlu l-ħażniet.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tkun imħarsa din id-Direttiva sa l-20 ta' Mejju 2005 mill-aktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li addottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ghandha tidhol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 29 April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15).

[2] ĠU L 300, tat-23.11.1994, p. 14. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 96/21/KE (ĠU L 88, tal-5.4.1996, p. 5).

[3] ĠU L 84, tas-27.3.1999, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/113/KE (ĠU C 49, ta' l-20.2.2002, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Anness tad-Direttiva 94/54/KE, it-test li ġej hu miżjud:

It-tip jew il-kategorija tal-ħaġa ta' l-ikel | Il-partikolari |

Ħelu jew xorb li jkunu jinsabu fihom l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanti ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra, b'konċentrament ta' 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar. | It-termini "li jkun jinsab fih l-għud is-sus" għandhom jiġu miżjuda immedjatament wara l-lista, kemm-il darba t-terminu "għud is-sus" hu diġà inkluż fil-lista ta' ingredjenti jew fl-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha sseħħ viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. |

Ħelu li jkun jinsab fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra b'konċentrament ta' 4 g/kg jew aktar. | Il-messaġġ li ġej għandu jiġi miżjud wara l-lista ta' ingredjenti: "li jkun jinsab fih l-għud is-sus-nies li jsofru minn ipertensjoni għandhom jevitaw konsum eċċessiv". Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha sseħħ viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. |

Xorb li jkun jinsab fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra b'konċentramenti ta' 50 mg/l jew aktar, jew ta' 300 mg/l jew aktar fil-każ ta' xorb li jkun jinsab fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkol. | Il-messaġġ li ġej għandu jiġi miżjud wara l-lista ta' ingredjenti: "li jkun jinsab fih l-għud is-sus-nies li jsofru minn ipertensjoni għandhom jevitaw konsum eċċessiv.". Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha sseħħ viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ |

--------------------------------------------------

Top