Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0043

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/43/KE tat-13 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 98/53/KE u d-Direttiva 2002/26/KE dwar il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli aflatoksin u okratoksin A fl-ikel għat-trabi u t-tfal żgħarTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 113, 20.4.2004, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 008 P. 311 - 314

No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/43/oj

32004L0043



Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0014 - 0016


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/43/KE

tat-13 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva 98/53/KE u d-Direttiva 2002/26/KE dwar il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli aflatoksin u okratoksin A fl-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar

(Test b'relevanza għall-FEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għas-sorveljanza ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerta kontaminazzjoni fl-affarijiet ta' l-ikel [2] jistabbilixxi limiti massimi għal aflatoksin B1, aflatoksin M1u okratoksin A fl-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar

(2) It-teħid ta' kampjuni jilgħab part kruċjali fil-preċiżjoni ta' l-istabbiliment tal-livelli ta' aflatoksins u okratoksin A. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE tas-16 ta' Lulju 1998 li tniżżel il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċerti kontaminazzjonijiet fl-affarijiet ta' l-ikel [3] u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/26/KE tat-13 ta' Marzu 2002 li tniżżel il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' okratoksin A fl-affarijiet ta' l-ikel [4] għandhom ikunu emendati biex jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar.

(3) Tkun ta' importanza kbira li r-riżultati analitiċi jkunu rrapportati u interpretati b'mod uniformi sabiex ikun żgurat metodu armonizzat ta' rafforzar fuq l-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni huma ta' applikazzjoni għar-riżultat analitiku miksub mill-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta' l-analiżi għal skopijiet ta' difiża jew ta' arbitru, ir-regoli nazzjonali japplikaw.

(4) Id-Direttivi 98/53/KE u 2002/26/KE għandhom għalhekk ikunu emendati b'hekk.

(5) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Linja ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 98/53/KE huma emendati kif ippreżentat fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/26/KE huma emendati kif ippreżentat fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa l-aktar tard 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Għandhom imbagħad jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk il-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew jkunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif it-tali riferenza għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandh tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[2] ĠU L 77, tas-16.03.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 455/2004 (ĠU L 74, tat-12.3.2004, p. 11).

[3] ĠU L 201, tas-17.7.1998, p. 93. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/121/KE (ĠU L 332, tad-19.12.2003, p. 38).

[4] ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-Annessi I u II tad-Direttiva 98/53/KE huma emendati kif ġej:

1. Fl-Anness I tad-Direttiva 98/53/KE il-punt 5.7 li ġej jiddaħħal wara l-punt 5.6:

"5.7. Ikel maħsub għat-trab u għat-tfal żgħar

5.7.1. Proċedura għat-teħid ta' kampjuni

Il-proċedura għat-teħid ta' kampjuni kif imsemmija għall-ħalib u għall-prodotti li joħorġu minnu kif ukoll għall-ikel kompost fil-punti 5.4, 5.5 u 5.6 tapplika.

5.7.2. Aċċettazzjoni tal-lott

- Aċċettazzjoni jekk il-kampjun totali jkun konformi mal-limitu massimu, wara li jkunu kkunsidrati l-inċertezza fil-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru,

- Tiċħid jekk il-kampjun totali jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli, wara li jkunu kkunsidrati l-inċertezza fil-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru."

2. Fl-Anness II, il-punt 2 għandu jaqra kif ġej:

"2. Trattament tal-kampjun kif riċevut fil-laboratorju

Itħan fin u ħawwad sew kull kampjun tal-laboratorju bl-użu ta' proċess li ntwera li jikseb omoġenizzazzjoni kompluta.

Fil-każ li japplika l-livell massimu għall-materja niexfa, il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun stabbilit fuq parti mill-kampjun omoġenizzat, bl-użu ta' proċedura li ntweriet li tistabbilixxi b'mod preċiż il-kontenut tal-materja niexfa."

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/26/KE huma emendati kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 4.6 għandu jaqra kif ġej:

"4.6. Proċeduri għat-teħid tal-kampjuni ta' l-ikel maħsub għat-trab u għat-tfal żgħar

Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni kif imsemmija għaċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali fil-punt 4.5 ta' dan l-Anness tapplika. Dan ifisser li n-numru ta' kampjuni taż-żjieda li għandhom jittieħdu jiddependi fuq it-toqol tal-lott, b'minimu ta' 10 u massimu ta' 100, skond it-Tabella T fil-punt 4.5.

- It-toqol tal-kampjun taż-żjieda għandu jkun ta' madwar 100 gramma. Fil-każ ta' lottijiet fl-ippakkjar bl-imnut, it-toqol tal-kampjun taż-żjieda jiddependi fuq it-toqol ta' l-ippakkjar bl-imnut.

- Toqol tat-teħid totali tal-kampjuni = 1 sa 10 kg imħawwda biżżejjed."

(b) il-punt 4.7 li ġej huwa mdaħħal:

"4.7. Teħid ta' kampjuni fl-istadju ta' l-imnut

It-teħid tal-kampjuni ta' l-affarijiet ta' l-ikel fl-istadju ta' l-imnut għandu jsir fejn possibbli mad-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni ta' hawn fuq. Fejn dan mhux posibbli, proċeduri effettivi oħra għat-teħid ta' kampjuni fl-istadju ta' l-imnut jistgħu jintużaw, sakemm jiżguraw rappreżentanza biżżejjed għal-lott li ttieħdu l-kampjuni minnu."

(ċ) il-punt 5 għandu jaqra kif ġej:

"5. Aċċettazzjoni tal-lott jew ta' sublott

- Aċċettazzjoni jekk il-kampjun totali jkun konformi mal-limitu massimu, wara li jkunu kkunsidrati l-inċertezza fil-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru,

- Tiċħid jekk il-kampjun totali jaqbeż il-limitu massimu mingħajr dubju raġonevoli, wara li jkunu kkunsidrati l-inċertezza fil-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru."

2. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 2 għandu jaqra kif ġej:

"2. Trattament tal-kampjun kif riċevut fil-laboratorju

Itħan fin u ħawwad sew kull kampjun tal-laboratorju bl-użu ta' proċess li ntwera li jikseb omoġenizzazzjoni kompluta.

Fil-każ li japplika l-livell massimu għall-materja niexfa, il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun stabbilit fuq parti mill-kampjun omoġenizzat, bl-użu ta' proċedura li ntweriet li tistabbilixxi b'mod preċiż il-kontenut tal-materja niexfa."

(b) il-punt 4.4 għandu jaqra kif ġej:

"4.4. Kalkolu ta' l-irkupru u rrapportar tar-riżultati

Ir-riżultat analitiku għandu jkun irrapportat irranġat jew mhux irranġat bl-irkupru. Il-mod ta' rrapportar u l-livell ta' rkupru jridu jkunu rrapportati. Ir-riżultat analitiku irranġat għall-irkupru għandu jintuża biex jeżamina l-konformità (ara l-Anness I, punt 5)

Ir-riżultat analitiku għandu jkun irrapportat bħala x +/- U, fejn x huwa r-riżultat analitiku u U huwa l-inċertezza mkabbra tal-kejl.

U huwa l-inċertezza mkabbra, bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' madwar 95 %."

--------------------------------------------------

Top