EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1217

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 ta' l-4 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonaliTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 169, 8.7.2003, p. 44–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 007 P. 345 - 349
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 012 P. 21 - 25
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 012 P. 21 - 25

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2010; Imħassar b' 32010R0185

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1217/oj

32003R1217



Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0044 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003

ta' l-4 ta' Lulju 2003

li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) No 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fis-settur tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' program ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali minn kull Stat Membru huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-effettivita tal-programm ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili ta' kull Stat bi qbil ma' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament No 2320/2002.

(2) Speċifikazzjonijiet għall-programm ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili implimentati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw metodu li jaqbel f'din il-kwistjoni. Għalhekk Regolament huwa l-aktar strument adattat għal dan l-iskop.

(3) Il-kontroll ta' programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali f'livell Komunitarju jirrikjedi metodu li jaqbel għall-assessjar ta' qbilf'livell nazzjonali.

(4) Sabiex ikun effettiv, għandhom isiru eżamijiet uffiċjaliregolari taħt ir-responsabbilta ta' l-awtorità xierqa. M'għandhomx jiġu ristretti għas-suġġett, stadju jew mument li fih ikunu twettqu. Għandhom jieħdu l-iktar forom adattati sabiex jiżguraw l-effettivita tagħhom.

(5) Għandha tingħata prijorita lill-iżvilupp ta' metodoloġija komuni u dettaljata għall-eżamijiet uffiċjali.

(6) Huwa neċessarju li jiġi żviluppat mod li jaqbel ta' kif jittieħed rapport fuq il-miżuri meħuda li jissodisfaw l-obligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament u fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni fl-ajruporti fit-territorji ta' Stati Membri.

(7) Programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l- avjazzjoni ċivili nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa taħriġ. L-aqwa taħriġ bħal dan għandu jitqassam bejn l-Istati Membri.

(8) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament qegħdin fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ċivili,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITLU I

OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Objettiv

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-program ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali li għandu jkun implimentat minn kull Stat Membru. Dan jinkludi wkoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti komuni għall-programmi ta' kontroll ta' kwalità, metodoloġija komuni għall-eżamijiet uffiċjalisabiex jitwettqu u rekwiżiti komuni għall-awdituri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "awtorità xierqa" għandha tfisser li l-awtorità nazzjonali stabbilita minn Stat Membru sussegwenti għall-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) No 232/2002 għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-kontroll ta' l-implimentazzjoni tal- program ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali tagħha;

2. "eżami uffiċjali" għandha tfisser kull proċedura jew proċess użat għall-kontroll f'livell nazzjonali. Għandha tkopri eżamijiet uffiċjalita' sigurtà, spezzjonijiet, servers, testijiet u investigazzjonijiet;

3. "awditur" għandha tfisser kull persuna li tmexxi l-eżamijiet uffiċjalif'livell nazzjonali;

4. "Nuqqas" għandha tfisser falliment fil-qbil mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni;

5. "spezzjoni" għandha tfisser eżaminazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' wieħed jew aktar aspetti ta' miżuri u proċeduri ta' sigurtà sabiex jiġi determinat kemm qed jiġu mwettqa b'mod effettiv;

6. "investigazzjoni" għandha tfisser eżaminazzjoni ta' inċident ta' sigurtà u spjegazzjoni tal-kawża tiegħu sabiex jiġu evitati inċidenti oħrajn u tiġi kkunsidrata azzjoni legali;

7. "programm ta' kontroll ta' kwalità" għandha tfisser programm ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali;

8. "eżami uffiċjali ta' sigurtà" għandha tfisser eżaminazzjoni bir-reqqa ta' l-aspetti kollha ta' miżuri u proċeduri ta' sigurtà sabiex jiġi determinat jekk humiex qed jiġu implimentati fuq bażi kontinwa u b'livell kostanti;

9. "inċident ta' sigurtà" għandha tfisser eventwalità b'implikazzjonijiet negattivi għas-sigurtà u protezzjoni ta' persuni u propjeta;

10. "servej" għandha tfisser evalwazzjoni ta' l-operazzjonijiet sabiex jiġu determinati bżonnijiet ta' sigurtà. Dan jinkludi l-inklużjoni tal-punti dgħajfin li jistgħu jiġu mistħarrġa biex titwettaq interferenza li mhix rikonoxxuta, minkejja l-implimentazzjoni ta' miżuri u proċeduri ta' sigurtà, u r-rakkmandazzjoni ta' miżuri kompensatorji protettivi fl-istess livell mat-theddida li jiġi indirizzat kull riskju identifikat;

11. "test" għandha tfisser prova ta' miżuri ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni, fejn l-awtorità xierqa tintroduċi l-intenzjoni li ssir xi azzjoni kontra l-liġi bl-iskop li tiġi eżaminata l-effiċjenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà li jeżistu.

Il-KAPITLU II

REKWIŻITI KOMUNI GĦAL PROGRAMMI TA' KONTROLL TA' KWALITÀ

Artikolu 3

Il-poteri ta' l-awtorità xierqa

sabiex jiżguraw l-effettivita tal-program għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali, l-Istati Membri kollha għandhom jipprovdu l-awtorità xierqa bil-poteri neċessarji ta' rinfurzar.

Artikolu 4

Kontenut tal-programm ta' kontroll ta' kwalità

1. Il-programm ta' kontroll ta' kwalità għandu jkun fih il-miżuri kollha neċessarji li jkunu ttieħdu għall-kontroll ta' kwalità sabiex jassessjaw regolarment l-implimentazzjoni tal-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali, inklużi l-policies li fuqhom hu bbażat.

2. Il-programm ta' kontroll ta' kwalità għandu jinkludi u jindirizza l-elementi li ġejjin:

(a) struttura ta' organizzazzjoni, responsabbiltajiet u riżorsi;

(b) deskrizzjonijiet ta' xogħol u kwalifiki ta' l-awdituri kollha responsabbli għat-twettiq ta' programm ta' kontroll ta' kwalità;

(ċ) attivitajiet ta' kontroll, li jinkludu tipi, għan, kontenut, frekwenza u ffukar ta' eżamijiet uffiċjali ta' sigurtà, spezzjonijiet, servejs u testijiet kif ukoll il-klassifikazzjoni ta' qbil u l-iskop u r-responsabbiltajiet ta' l-investigazzjonijiet kull meta huma applikabbli;

(d) attivitajiet ta' riforma fin-nuqqasijiet li jipprovdu dettalji li jikkonċernaw rapport fuq in-nuqqasijiet, follow-up, u riforma sabiex jiġu żgurati b'mod effettiv ir-rekwiżiti għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni;

(e) miżuri ta' rinfurzar; u

(f) komunikazzjonijiet u rapport fuq attivitajiet li twettqu u l-livell ta' rekwiżiti għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni.

Artikolu 5

Kontroll ta' qbil

1. L-implimentazzjoni tal-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali għandha tiġi kontrollata.

2. Il-kontroll għandu jitwettaq bi qbil mal-programm ta' kontroll ta' kwalità, u għandu jiġi kkunsidrat il-livell ta' theddid, it-tip u n-natura ta' l-operazzjonijiet, l-istandard ta' l-implimentazzjoni, u fatturi oħra li jitolbu iktar kontroll frekwenti.

3. Id-direzzjoni, l-issettjar tal-prijoritajiet u l-organizzazzjoni tal-programm ta' kontroll ta' kwalità għandhom jitwettqu indipendentament mill-miżuri li ttieħdu taħt il-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali.

Artikolu 6

Ir-Rapportaġġ

1. Stati Membri għandhom jippreżentaw rapport fis-sena lill-Kummissjoni fuq il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu sodisfatti l-obligazzjonijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament u rigward is-sitwazzjoni tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni fl-ajruporti allokati fit-territorju tagħhom. Punti ta' gwida sabiex isir rapport huma stabbiliti f'L-Anness 1.

2. Il-perjodu ta' referenza għar-rapport għandu jkun l-1 ta' Jannar-31 ta' Diċembru. Ir-rapport jrid jingħata xahrejn wara li jkun lest il-perjodu ta' referenza. F'eċċezzjoni rapport jista jiġi preżentat sa l-aħħar ta' Frar 2004 għall-perjodu 19 ta' Lulju 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003.

Il-KAPITLU III

METODOLOĠIJA KOMUNI GĦALL-VERIFIKI

Artikolu 7

Twettiq tal-verifiki

Attivitajiet ta' kontroll għandhom jinkludu kemm attivitajiet imħabbra u kemm dawk li mhumiex.

Artikolu 8

Klassifikazzjoni tal-qbil

Awdituri ta' sigurtà, spezzjonijiet u testijiet għandhom jassessjaw l-implimentazzjoni tal-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali billi jużaw sistema ta' klassifikazzjoni ta' qbil stabbiliti f'L-Anness II.

Il-KAPITLU IV

REKWIŻITI KOMUNI GĦALL-AWDITURI

Artikolu 9

Disponibbiltà ta' l-awdituri

Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi xierqa sabiex jiżgura li numru biżżejjed ta' awdituri huwa disponibbli sabiex iwettaq l-attivitajiet ta' kontroll ta' qbil kollha.

Artikolu 10

Kriterju ta' kwalifika għall-awdituri

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri li jwettqu funzjonijiet min-naħa ta' awtorità xierqa għandu jkollhom il-kwalifiki xierqa, li għandhom jinkludu biżżejjed esperjenza teoretika u prattika fis-settur relevanti.

2. L-awdituri jrid ikollhom:

(a) fehma tajba tal-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali u kif inhu applikat fuq l-operazzjonijiet li jiġu eżaminati;

(b) fejn hu xieraq, fehma ta' l-iktar miżuri stretti kif inhu applikabbli fl-Istat Membru konċernat u l-post li għandu jiġi eżaminat;

(ċ) fehma tajba ta' ħidma rigward teknoloġija u teknika tas-sigurtà;

(d) fehma ta' prinċipji ta' eżami uffiċjali, proċeduri u tekniċi;

(e) fehma ta' ħidma ta' l-operazzjonijiet li jiġu eżaminati.

Il-KAPITLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 11

Tqassim ta' l-aħjar prattiċi

Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-aqwa taħriġ fejn għandu x'jaqsam il-programmi ta' kontroll ta' kwalità, metodoloġija ta' eżami uffiċjali u awdituri. Il-Kummissjoni għandha taqsam din l-informazzjoni ma' Membri Stati oħra.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata minn wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 2003.

Lill-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi President

[1] OJ L 355, tat-30.12.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LINJI GWIDA DWAR RAPPORTAĠĠ LILL-KUMMISSJONI

Struttura organizzata, responsabbiltajiet u riżorsi

- Modalitajiet ta' l-organizzazzjoni ta' kontroll ta' kwalità, responsabbiltajiet u riżorsi, inlużi ammendi pjanati għall-futur (ara l-Artikolu 4(2)(a))

- Numru ta' awdituri - preżenti u pjanati (ara l-Artikolu 9)

- Kwalifikazzjoni ta' l-awdituri - faċilitajiet ta' taħriġ li għandu jintuża u riżorsi (ara l-Artikolu 4(2)(b) u 10)

- Spjegazzjoni jekk il-programm ta' kontroll ta' kwalità għal din il-parti mhux se jiġi applikat kollu.

Attivitajiet ta' kontroll operazzjonali

- L-istatus ta' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet operazzjonali: tipi, għan, kontenut, frekwenza u focus ta' l-attivitajiet ta' kontroll kollha (ara l-Artikolu 4(2)(c), inkluż in-numru ta' eżamijiet uffiċjali għal kull ajruport u għal kull parti ta' rekwiżiti ta' miżura ta' sigurtà (eż. Kontroll ta' aċċess, protezzjoni għall-ajruplan, hold baggage screening) fejn hu xieraq u possibbli

- Proporzjonalita ta' l-attivitajiet operazzjonali ta' kontroll f'relazzjoni mal-field activities (ara l-Artikolu 5(2))

- Livell ta' qbil għal kull parti ta' rekwiżiti ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni (eż. Kontroll ta' aċċess, protezzjoni ta' l-ajruplan, hold baggage screening) (ara l-Artikolu 8)

- Spjegazzjoni jekk l-attivitajiet operazzjonali ma jiġux applikati bis-sħiħ.

Attivitajiet ta' riforma fin-nuqqasijiet

- Status ta' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riforma fin-nuqqasijiet (ara l-Artikolu 4(2)(d))

- Attenzjoni prinċiparjament fejn għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni (eż. Kontroll ta' aċċess, protezzjoni ta' l-ajruplan, hold baggage screening)

- Attivitajiet prinċipali mwettqa jew immirati għal riforma (eż. Taħriġ biex ikun hemm iktar għarfien tas-sigurtà, workshops, programmi ta' inċentiv)

- Miżuri ta' infurzar li għandu jintużaw (ara l-Artikolu 4(2)(e).

Sitwazzjoni tas-sigurtà ta' l-Avjazzjoni fl-ajruporti

- Kuntest ġenerali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni fl-ajruporti fl-Istat Membru.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Sistema ta' klassifikazzjoni armonizzata ta' qbil.

Il-klassifikazzjoni ta' qbil li ġejja għandha tapplika sabiex tassessja l-implimentazzjoni tal-programm għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali.

Test ta' spezzjoni ta' eżami uffiċjali ta' sigurtà

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top