EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0673

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 673/2003 ta' l-14 ta' April 2003 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1143/98, (KE) Nru 1279/98, (KE) Nru 1128/1999, (KE) Nru 1247/1999 u (KE) Nru 140/2003 f'dak li jirrigwardja ċerti kwoti ta' tariffi għall-prodotti taċ-ċanga u l-vitella fil-Polonja

OJ L 97, 15.4.2003, p. 18–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 013 P. 293 - 296
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 015 P. 146 - 149
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 015 P. 146 - 149
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 021 P. 113 - 116

No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/673/oj

32003R0673



Official Journal L 097 , 15/04/2003 P. 0018 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 673/2003

ta' l-14 ta' April 2003

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1143/98, (KE) Nru 1279/98, (KE) Nru 1128/1999, (KE) Nru 1247/1999 u (KE) Nru 140/2003 f'dak li jirrigwardja ċerti kwoti ta' tariffi għall-prodotti taċ-ċanga u l-vitella fil-Polonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2345/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/263/KE tas-27 ta' Marzu 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ fil-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Polonja, minn naħa l-oħra, sabiex jittieħed akkont ta' l-eżitu tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki [3] jipprovdi għal konċessjonijiet ġodda fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella li jidħlu fil-kwoti ta' tariffa miftuħa minn dak il-Ftehim. Dawn japplikaw mill-1 ta' April 2003.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/98 tat-2 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal kwota tat-tariffa fuq il-baqar u l-għoġiela ta' razez speċjali tal-muntanji li joriġinaw f'pajjiżi terzi varji, apparti minn dawk għall-qatla, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1012/98 [4],kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1096/2001 [5], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2851/2000 u (KE) Nru 1408/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE għall-Bulgarija, r-Repubblika Ċeka, r-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika u ta' l-Ungerija [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 529/2003 [7], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1128/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall-għoġiela li jiżnu mhux iktar minn 80 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 529/2003, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999 tas-16 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall-annimali bovini ħajjin li jiżnu bejn 80 sa 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [9], kif l-aħħar emendat fir-Regolament (KE) Nru 529/2003, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 140/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 li jiddetermina l-persentaġġ ta' kwantitajiet li jkunu mħollija fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzja ta' l-importazzjoni ippreżentata f'Jannar 2003 permezz tal-kwota ta' tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KE) Nru 1279/98 għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika ta' l-Ungerija, għar-Repubblika Ċeka, għall-Islovakkja, għal-Bulgarija u għar-Rumanija [10], kif emendat bir-Reġolament (KE) Nru 529/2003, għandu għalhekk ikun emendat b'effett mill-1 ta' April 2003.

(3) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1143/98 it-tabella hija mibdula bit-tabella li ġejja:

| "Numru SerjaliKodiċi NM | Deskrizzjoni | Volum tal-kwota (rjus) | Dazju doganali |

09.4563 | ex01029005ex01029029ex01029049ex01029059ex01029069 | Baqar u għoġġiela apparti milli għall-qatla tar-razzez tal-muntanji: griżi, kannella, sofor, imtebba, Simmental u Pinzgau | 7000 | 6 % ad valorem' |

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1279/98 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, u (KE) Nru 1408/2002 u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/18/KE u 2003/263/KE għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Rumanija, u l-Polonja.";

2. L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ppreżentati għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I t'hawnhekk permezz tal-kwoti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 [13]. (KE) Nru 2433/2000 [14], (KE) Nru 2434/2000 [15], u (KE) Nru 1408/2002 [16] u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/18/KE [17] u 2003/263/KE [18].";

3. Fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Grupp ta' prodotti fit-tifsira tal-punt (c) għandu jfisser:

- jew li l-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 0201 jew 0202 li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi 02061095, 02062991, 02102010, 02102090, 02109951, 02109959 jew 02109990 li joriġinaw fl-Ungerija,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 02061095, 02062991, 021020 jew 02109951 li joriġinaw fir-Rumanija,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 16025010 li joriġinaw fil-Polonja,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 160250 li joriġinaw fir-Rumanija.";

4. L-Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness ma' hawn.

Artikolu 3

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) No 1128/1999 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità referuta fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % għall-annimali li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Bulgarija, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja,

- imnaqqsa bi 90 % għall-annimali li joriġinaw fl-Ungerija u fir-Rumanija,

- abolit għall-annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 4

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) No 1247/1999 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità referuta fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % għall-annimali li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Bulgarija, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja,

- imnaqqsa bi 90 % għall-annimali li joriġinaw fl-Ungerija u fir-Rumanija,

- abolit għall-annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 5

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 140/2003, il-punt (c) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(c) 4800 tunnellata għal ċanga u vitella li jidħlu fil-kodiċi NM 0201, 0202 u 16025010 li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mill-1 ta' April 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 315, ta' l-1.12.2001, p. 29.

[3] Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 159, tat-3.6.1998, p. 14.

[5] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 33.

[6] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, p. 12.

[7] ĠU L 78, tal-25.3.2003, p. 5.

[8] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 50.

[9] ĠU L 150, tas-17.6.1999, p. 18.

[10] ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 6.

[13] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

[14] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1.

[15] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 9.

[16] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9.

[17] ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 18.

[18] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 53.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

Konċesjonijiet applikabbli għal-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'ċerti pajjiżi

(PIF = dazji għal pajjiż l-iktar favorit)

Pajjiż ta' l-oriġini | Numru serjali | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata tad-dazju applikabbli (% ta' l-MFN) | Kwantità annwali mill- 1.7.2002 sal- 30.6.2003 (tunnellati) | Kwantità annwali mill- 1.7.2003 sal- 30.6.2004 (tunnellati) | Żieda annwali mill- 1.7.2004 (tunnellati) |

L-Ungerija | 09.4707 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | B'xejn | 13655 | 15020 | 1365 |

09.4774 | 02061095 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ, apparti milli l-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa | B'xejn | 1000 | 1100 | 100 |

02062991 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali bovini, iffriżat, apparti milli l-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa |

0210201002102090 | Laħam ta' l-annimali bovini, mmellaħ jew fis-salmura, mqadded jew iffumigat. |

02109951 | Il-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa ta' l-annimali bovini |

02109959 | Raċanċ ieħor ta' l-annimali bovini |

02109990 | Tqiq jew smida tajbin għall-ikel tal-laħam jew tar-raċanċ |

Il-Polonja | 09.4824 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | B'xejn | 19200 | 20800 | 1600 |

160250 | Laħam, raċanċ jew demm ieħor, ippreprata jew ippreservat ta' l-annimali bovinimhux imsajjar: taħlitiet ta' laħam jew raċanċ imsajjar u laħam jew raċanċ mhux imsajjar |

Ir-Repubblika Ċeka | 09.4623 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 3500 | 0 |

Is-Slovakkja | 09.4624 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 3500 | 0 |

R-Rumanija | 09.4753 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | B'xejn | 3500 | 4000 | 0 |

09.4765 | 02061095 | Il-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa ta' l-annimali bovini, tajba għall-ikel, friska jew imkessħa | B'xejn | 50 | 100 | 0 |

02062991 | Il-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa ta' l-annimali bovini, tajba għall-ikel, iffriżata |

021020 | Laħam ta' l-annimali bovini, mmellaħ jew fis-salmura, mqadded jew iffumigat |

02109951 | Il-frixa l-ħoxna u l-frixa l-irqieqa ta' l-annimali bovini |

09.4768 | 160250 | Laħam jew raċanċ ta' l-annimali bovini, ippreparat jew ippreservat | B'xejn | 250 | 500 | 0 |

Il-Bulgarija | 09.4651 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 250 | 250 | 0 |

"

--------------------------------------------------

Top