EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0042

Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

OJ L 167, 4.7.2003, p. 23–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 007 P. 331 - 344
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 012 P. 7 - 20
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 012 P. 7 - 20
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 003 P. 101 - 114

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Imħassar b' 32014R0376

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/42/oj

32003L0042



Official Journal L 167 , 04/07/2003 P. 0023 - 0036


Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Ġunju 2003

dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikulari l-Artiklu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Skond il-proċedura stipulata fl-Artiklu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fid-9 ta' April 2003

Peress:

(1) Ir-rata ta' aċċidenti fl-avjazzjoni ċivili baqgħet pjuttost kostanti matul l-aħħar għaxar snin; madankollu hemm prejokkupazzjoni li ż-żieda fit-traffiku ta' l-ajru maħsuba tista' twassal għal żieda fin-numru ta' inċidenti fil-futur qrib.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta' Novembru1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jreġġu l-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili [4], għandha l-għan li tipprevjeni l-aċċidenti billi tiffaċilita l-għamla konvenjenti ta' l-investigazzjonijiet.

(3) L-esperjenza wriet li ħafna drabi qabel ma jseħħ aċċident, numru ta' inċidenti u ħafna nuqqasijiet oħra kienu wrew l-eżistenza ta' perikli tas-sigurtà.

(4) It-titjib fl-avjazzjoni ċivili jitlob għarfien aħjar ta' dawn l-okkorrenzi b'dak il-mod li tiġi faċilitata l-analiżi u jitħajjar il-kontroll sabiex tinbeda azzjoni korrettiva.

(5) Meta okkorrenza tinvolvi ajruplan reġistrat fi Stat Membru jew operat minn persuna responsabbli stabbilita fi Stat Membru, din l-okkorrenza għandha tkun irrapurtata anke meta tkun seħħet barra mit-territorju tal-Komunità.

(6) Kull Stat Membru għandu joħloq sistemi mandatorji ta' rappurtaġġ.

(7) Diversi kategoriji ta' ħaddiema li jaħdmu fl-avjazzjoni ċivili josservaw okkorrenzi ta' interess għall-prevenzjoni ta' aċċidenti u għalhekk għandhom jirrapurtawhom.

(8) L-effiċjenza tas-sejba ta' periklu potenzjali tista' tikber sew grazzi għall-iskambju ta' informazzjoni dwar dawn l-okkorrenzi.

(9) Jinħtieġ Software ta' appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni bejn is-sistemi differenti.

(10) Informazzjoni ta' sigurtà għandha tkun disponibbli lill-entitajiet li għandhom ir-responsabbilità li jagħmlu r-regolamenti rigward is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili jew li jinvestigaw aċċidenti jew inċidenti fil-Komunità u, kif xieraq, lill-persuni li jistgħu jitgħallmu minnhom u jieħdu azzjoni siewja sabiex itejbu s-sigurtà.

(11) In-natura sensittiva ta' l-informazzjoni dwar is-sigurtà hi dik li l-mod li jassigura li din tinġabar hu dak li tiġi garantita l-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tas-sors tagħha u l-kunfidenza tal-persuni li jaħdmu fl-avjazzjoni ċivili.

(12) Il-pubbliku għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni ġenerali fuq il-livell ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni.

(13) Għandhom jinħolqu miżuri xierqa sabiex jitħejjew skemi ta' rappurtaġġ kunfidenzali.

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(15) Għandha tkun assigurata konsistenza fil-kondizzjonijiet ta' rappurtaġġ tekniku żviluppati minn esperti nazzjonali fl-Organizzazzjoni ta' l-Awtoritajiet ta' l-avjazzjoni Konġunta u l-Ewrokontroll. Il-lista ta' okkorrenzi li għandhom jiġu rappurtati għandha tikkunsidra x-xogħol ta' dan iż-żewġ organizzazzjonijiet Ewropej. Għandu jitqies ukoll żvilupp fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

(16) Peress li l-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri t-titjib fis-sigurtà fl-ajru, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li sistemi ta' rappurtaġġ operati minn uħud mill-Istati Membri huma anqas effiċjenti minn network koordinat bl-iskambju ta' l-informazzjoni li jagħti lok għal identifikazzjoni aktar malajr ta' problemi ta' sigurtà possibli, u jista', għalhekk, jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ u sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu dak li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-sigurtà fl-ajru billi tassigura li l-informazzjoni rilevanti hi rappurtata, miġbura, maħżuna, protetta u mxerrda.

L-uniku għan ta' rappurtaġġ ta' l-okkorrenzi hu l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti u mhux li jingħata tort jew responsabbilità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva:

1. "okkorrenza" tfisser interruzzjoni operattiva, difett, nuqqas jew xi ċirkostanza rregolari oħra li tkun influwenzat jew tista' tinfluwenza s-sigurtà tat-titjira u li ma rriżultatx f'aċċident jew inċident serju, minn issa 'l quddiem imsejjaħ aċċident jew inċident serju', definit fl-Artikolu 3(a) u (k) tad-Direttiva 94/56/KE;

2. "disidentifikazzjoni" tfisser it-tneħħija mir-rapporti sottomessi d-dettalji personali kollha ta' min jagħmel ir-rapport u dettalji tekniċi li jistgħu jwasslu għall-identità tal-persuna li tagħmel ir-rapport, jew ta' partijiet terzi, li tkun dedotta mill-informazzjoni.

Artikolu 3

Għan

1. Din id-Direttiva għandha tiġi applikata għal okkerrenzi li jipperikolaw, jew li, jekk mhux korretti, jistgħu jipperikolaw ajruplan, il-persuni li jinsabu fuqu jew xi persuna oħra. Lista ta' eżempji ta' dawn l-okkorrenzi tidher fl-Annessi I u II.

2. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(2), tiddeċiedi li temenda l-Anness sabiex l-eżempji jinbidlu jew ikunu estiżi.

3. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ajruport ta' Ġibiltà tinftiehem bħala li ma taffettwax il-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit dwar it-tilwim dwar is-sovranità tat-territorju li fih jinsab l-ajruport.

4. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ajruport ta' Ġibiltà għandha tkun sospiża sakemm l-arranġamenti flimkien mad-Dikjarazzjoni magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jiddaħħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kunsill b'dik id-data ta' dħul fis-seħħ.

Artikolu 4

Rappurtaġġ mandatorju

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li okkorrenzi koperti mill-Artikolu 3 jkunu rappurtati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(1) minn kull persuna mniżżla f'din il-lista skond il-qadi ta' dmirijietu/ha:

(a) l-operatur jew kmandant ta' ajruplan mħaddem mit-turbini jew ta' trasport pubbliku wżat minn operatur li għalih Stat Membru jassigura kontroll ta' l-operazzjonijiet ta' sigurtà;

(b) persuna li għandha bħala attività dik li tiddisinja, timmanifattura, issewwwi jew timmodifika ajruplan imħaddem mit-turbini jew ta' trasport pubbliku, jew xi tagħmir jew parti minnu, taħt għajnejn Stat Membru;

(ċ) persuna li tiffirma ċertifikat ta' test ta' tiswija, jew ta' għoti ta' servizz fir-rispett ta' ajruplan imħaddem mit-turbini jew ta' trasport pubbliku, jew xi tagħmir jew parti minnu, taħt għajnejn Stat Membru;

(d) persuna li tagħmel funzjoni li titlob li hu jkun awtorizzat mill-Istat Membru bħala kontrullur tat-traffiku ta' l-ajru jew uffiċjal għall-informazzjoni dwar it-titjira;

(e) amministratur ta' ajruport kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 2992 dwar l-aċċess għal air carriers tal-Komunità f'rotot ta' l-ajru fil-Komunità [6];

(f) persuna li tagħmel funzjoni konnessa ma' l-installazzjoni, il-modifika, il-manutenzjoni, it-tiswija, ir-reviżjoni, kontroll tat-titjira jew spezzjoni tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni ta' l-ajru li għaliha l-Istat Membru jassigura r-responsabbilità.

(g) persuna li tagħmel funzjoni konnessa ma' l-immaniġjar ta' l-ajruplan waqt li ma jkunx qed jittajjar, inkluż għoti ta' karburant, għoti ta' services, preparazzjoni tal-loadsheet, tgħabija, tneħħija ta' silġ u ttowjar f'ajruport kopert mir-Regolament (KEE) Nru 2408/92.

2. Stati Membri jistgħu jħeġġu rappurtaġġ volontarju ta' l-okkorrenzi msemmija fl-Artikolu 3(1) minn kull persuna li tagħmel, f'ħidmiet oħra ta' l-avjazzjoni ċivili, funzjonijiet simili għal dawk imniżżla fil-paragrafu 1.

Artikolu 5

Ġbir u ħażna ta' informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu awtorità kompetenti jew aktar sabiex joħolqu mekkaniżmu biex jiġbru, jevalwaw, jipproċessaw u jaħżnu okkorrenzi rappurtati skond l-Artikolu 4.

Lill-awtoritajiet li ġejjin, li jaħdmu b'imparzjalità, tista' tingħata dik ir-responsabbilità:

(a) l-awtorità nazzjonali ta' l-avjazzjoni ċivili u/jew:

(b) il-korp jew entità investigattiva stabbilita skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/56/KE; u/jew:

(ċ) kull korp jew entità oħra indipendenti li għandha r-responsabbilità ta' din il-funzjoni.

Jekk Stat Membru jagħżel aktar minn korp jew entità waħda, hu għandu jagħżel waħda minnhom bħala punt ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1).

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħżnu r-rapporti miġbura fid-databases tagħhom.

3. Aċċidenti u inċidenti serji wkoll għandhom jinħażnu f'dawn id-databases.

Artikolu 6

Skambju ta' informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fi skambju ta' informazzjoni billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li hi relatata mas-sigurtà li tinsab maħżuna fid-databases imsemmija fl-Artikolu 5(2).

Id-databases għandhom ikunu kompatibbli mas-software deskritt fil-paragrafu 3.

2. L-awtorità kompetenti magħżula skond l-Artikolu 5(1) li tirċievi rapport ta' okkorrenza għandha tinkludieh fid-databases u tgħarraf, fejn meħtieġ, lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-okkorrenza tkun seħħet, fejn hu reġistrat l-ajuplan, fejn l-ajruplan hu manifatturat u/jew fejn l-operatur hu ċċertifikat.

3. Il-Kummissjoni għandha toħloq software speċifiku għall-għan ta' din id-Direttiva. Meta tagħmel dan, hi għandha tikkunsidra l-bżonn ta' kompatibbilità mas-softwares eżistenti fl-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw dan is-software biex imexxu d-databases tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 7

Tixrid ta' l-informazzjoni

1. Kull entità li għandha r-responsabbilità tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili jew li tinvestiga l-aċċidenti jew l-inċidenti ta' l-avjazzjoni ċivili fi ħdan il-Komunità għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-okkorrenzi miġbura jew skambjata skond l-Artikli 5 u 6 sabiex tkun tista' tieħu lezzjonijiet ta' sigurtà mill-okkorrenzi rapportati.

2. Mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7], il-Kummissjoni għandha taddotta fuq inizjattiva tagħha, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), miżuri għat-tixrid ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet assoċjati. Dawn il-miżuri, li jistgħu jkunu individwali jew ġenerali, għandhom ikunu bbażati fuq il-bżonn:

- li l-persuni u l-organizzazzjonijiet ikunu pprovduti bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex itejbu s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili

- li t-tixrid ta' l-informazzjoni isir biss fil-limiti ta' dak li hu mitlub għall-għan ta' min jagħmel użu minnha, sabiex tiġi assigurata kunfidenzalità xierqa ta' dik l-informazzjoni.

Id-deċiżjoni li tixxerred l-informazzjoni skond dan il-paragrafu għandha tkun limitata għal dak li hu mitlub għall-għan ta' min jagħmel użu minnha, mingħajr ma jiġu affettwati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

3. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw mill-anqas darba fis-sena riċensjoni li tkun tinkludi informazzjoni dwar it-tipi ta' okkorrenzi miġbura mis-sistema nazzjonali mandatorja dwar l-irrapurtaġġ ta' okkorrenzi sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-livell ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw ukoll rapporti mhux identifikati.

Artikolu 8

Protezzjoni ta' informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw kunfidenzalità meħtieġa ta' l-informazzjoni li tkun waslet lilhom skond l-Artikli 6(1) u 7(1). Huma għandhom jużaw din l-informazzjoni għall-għan ta' din id-Direttiva biss.

2. Ikun xi jkun it-tip ta' klassifikazzjoni ta' l-okkorrenza jew aċċidenti jew inċident serju, ismijiet jew indirizzi ta' persuni individwali m'għandhom qatt jitniżżlu fid-database imsemmi fl-Artikolu 5(2).

3. Mingħajr ma jiġu affettwati r-regoli applikabbli tal-liġi penali, l-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu proċessi fir-rispett ta' ksur tal-liġi mhux premeditat jew mhux previst li jindunaw bih biss peress li kienu rrapurtati taħt l-iskema nazzjonali mandatorja dwar l-irrapurtaġġ ta' okkorrenzi, minbarra f'każi ta' negliġenza kbira.

4. Skond il-proċeduri definiti fil-liġijiet u prattiċi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li ħaddiema li jirrapurtaw inċidenti li bihom jistgħu jkunu jafu mhumiex suġġetti għal xi preġudizzju minn naħa ta' min iħaddimhom.

5. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr ma jaffettwa r-regoli nazzjonali relatati ma' l-aċċess ta' l-informazzjoni mill-awtoritajet ġudizzjarji.

Artikolu 9

Rappurtaġġ volontarju

1. Minbarra s-sistema ta' rappurtaġġ mandatorju stabbilita taħt l-Artikli 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu korp/entità jew aktar minn wieħed/waħda sabiex joħloq/toħloq sistema ta' rappurtaġġ volontarju sabiex tinġabar u tiġi analizzata informazzjoni dwar in-nuqqasijiet osservati fl-avjazzjoni li mhumiex mitluba jkunu rappurtati taħt is-sistema ta' rappurtaġġ mandatorju, iżda li skond min jagħmel ir-rapport ikunu periklu attwali jew potenzali.

2. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li joħloq sistema ta' rappurtaġġ volontarju, hu għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għad-disidentifikazzjoni, minn korp/entità jew aktar minn wieħed/waħda li hu jkun għażel skond il-paragrafu 1 tar-rapporti volontarji ppreżentati taħt sistema bħal din.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li informazzjoni rilevanti disidentifikata dwar sigurtà li ġejja minn analiżi ta' rappurtaġġ kunfidenzali hi maħżuna u tkun disponibbli għall-partijiet kollha biex b'hekk tkun tista' tintuża għat-titjib tas-sigurtà fl-avjazzjoni.

Artikolu 10

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 392/291 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzar tal-kondizzjonijiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili [8].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 8 tagħha.

Il-perjodu pprovdut għall-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 11

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jaqblu ma' din id-Direttiva qabel l-4 ta' Lulju 2005. Huma għandhom imbagħad jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta Stati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew magħhom tinstab mehmuża dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzar

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta' Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU C 120 E, ta' l-24.4.2001, p. 148 u ĠU C 332 E, tas-27.11.2001, p. 320.

[2] ĠU C 311, tas-7.11.2001, p. 8.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Ġunju 2001 (ĠU C 53 E, tat-28.2.2002, p. 324), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2002 (ĠU C 197 E, ta' l-20.8.2002, p. 16) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 u Deċiżjoni tal-Kunsll tat-13 ta' Mejju 2003.

[4] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 14.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[7] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

[8] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2871/2000 (ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 47).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta' operazzjonijiet ta' l-ajruplan, manutenzjoni, tiswija u okkorrenzi relatati mal-manifattura li għandhom jiġu rappurtati.

Nota 1: Għalkemm dan l-Anness fih lista ta' l-okkorrenzi kbar li jistgħu jiġu rappurtati, ma jistax jinkludi kollox. Kull okkorrenzi oħra, li skond dawn li huma nvoluti jilħqu l-kondizzjonijiet, ukoll għandhom ikunu rappurtati.

Nota 2: Dan l-Anness ma jinkludix aċċidenti. Minbarra kondizzjonijiet oħra li jkopru n-notifika ta' aċċidenti, huma għandhom ikunu maħżuna wkoll fid-database imsemmija fl-Artikolu 5(2).

Nota 3: Dan l-Anness fih eżempji ta' kondizzjonijiet ta' rappurtaġġ li jkopru tħaddim ta' l-ajruplan, manutenzjoni, tiswija u manifattura.

Nota 4: L-okkorrenzi li għandhom ikunu rappurtati huma dawk fejn l-operat ta' sigurtà kien jew seta' kien f'periklu u li seta' wassal għal kondizzjoni ta' periklu. Jekk f'għajnejn min jagħmel ir-rapport l-okkorrenza ma tkunx ipperikolat is-sigurtà ta' l-operat iżda jekk ripetuta f'ċirkostanzi differenti iżda simili tista' toħloq periklu, għandu jsir rapport. Li hu meqjus bħala rapportabbli fuq klassi ta' prodott, parti jew strument jista' ma jkunx hekk fuq ieħor u l-assenza jew il-preżenza ta' fattur wieħed, uman jew tekniku, tista' tibdel okkorrenza f'aċċident jew inċident serju.

Nota 5: Approvazzjonijiet ta' operat speċifiku eż: RVSM, ETOPS, RNAV, jew programm ta' disinn jew manutenzjoni, jista' jkollhom kondizzjonijiet ta' rappurtaġġ speċifiċi għal difetti jew malfunzjonijiet assoċjati ta' dik l-approvazzjoni jew programm.

INDIĊI

A:

B:

Ċ:

D:

A. OPERAZZJONIJIET TAT-TITJIRA TA' L-AJRUPLAN

(i) Tħaddim ta' l-ajruplan

(a) manuvri ta' evitazzjoni:

- riskju ta' kolliżjoni ma' ajruplan ieħor, l-art jew xi oġġett ieħor jew sitwazzjoni mhix sigura fejn azzjoni ta' evitazzjoni kienet tkun xierqa:

- manuvra ta' evitazzjoni mitluba sabiex tiġi evitata kolliżjoni ma' ajruplan ieħor, l-art jew xi oġġett ieħor;

- manuvra ta' evitazzjoni sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet perikulużi oħra.

(b) Inċidenti ta' tluq jew inżul, inklużi nżul mingħajr prekawzjoni jew forzat. Inċidenti bħal nuqqas ta' possibbilità li l-ajruplan jasal fejn suppost, li jaqbeż il-post fejn suppost jasal jew li joħroġ mill-ġnub tar-runway. Tluq, tluq mhux aċċettat, inżul jew tentattivi ta' nżul f'runway magħluqa, okkupata jew inkorretta. Dħul fir-runway.

(ċ) inabbilità li jinkiseb ir-rendiment mistenni matul it-tluq jew it-tluq inizjali.

(d) Kwantità baxxa ħafna jew inabbilità li jiġi trasferit il-karburantjew li tintuża l-kwantità sħiħa ta' karburant li jista' jintuża.

(e) Nuqqas ta' kontroll (inkluż parzjali jew temporanju) tkun xi tkun il-kawża.

(f) Okkorrenzi qrib jew il-fuq minn V1, li jirriżultaw minn jew li joħolqu sitwazzjoni perikuluża jew potenzalment perikuluża (eż: tluq mhux aċċettat, brix tad-denb, telf fil-qawa tal-magna eċċ).

(g) Movimenti li joħolqu sitwazzjoni perikuluża jew potenzalment perikuluża.

(h) Devjazzjoni konsiderevoli mhux intenzjonata mill-veloċità fl-arja, fir-rotta jew fl-altitudni (aktar minn 300 pied) tkun xi tkun il-kawża.

(i) Inżul taħt l-għoli/altitudni deċiżi jew nżul minimu għoli/altitudni mingħajr ir-referenza viżwali mitluba.

(j) Telf ta' għarfien tal-pożizzjoni relattiva mal-pożizzjoni attwali jew ma' ajruplan ieħor.

(k) Ksur fil-komunikazzjoni bejn l-ekwipaġġ(CRM) jew bejn l-ekwipaġġ u partijiet terzi oħra (ekwipaġġ tal-kabina, ATC, inġiniera eċċ).

(l) Inżul f'daqqa- inżul li mifhmum bħala li jirrikjedi "test ta' nżul f'daqqa'."

(m) Qbiż tal-limiti ta' żbilanċi tal-karburant.

(n) Pożizzjonar mhux korrett ta' kodiċi SSR jew ta' subskala ta' l-altimeter.

(o) Programmar mhux korrett ta', jew kmand mhux korrett f'tagħmir użat għan-navigazzjoni jew kalkolazzjoni ta' rendiment, jew użu ta' informazzjoni żbaljata.

(p) Twassil jew interpretazzjoni żbaljata ta' messaġġi radju-telefoniċi.

(q) Difetti jew malfunzjoni fis-sistema tal-karburant, li kellhom effett fuq l-għoti u/jew id-distribuzzjoni tal-karburant.

(r) Ajruplan li jitlaq mingħajr ma kien intenzjonat minn wiċċ iċċangjat.

(s) Ħabta bejn ajruplan u ajruplan ieħor, vejiklu jew xi oġġett ta' l-art ieħor.

(t) Operat mhux avżat u/jew inkorrett ta' xi kontrolli.

(u) Inabbilità li tinkiseb il-konfigurazzjoni intenzjonata għal xi fażi ta' xi titjira (eż: gearta' nżul u bibien tal-gear, flaps, stabilisers, slats eċċ.)

(v) Periklu jew periklu potenzjali li jinħoloq bħala konsegwenza ta' simulazzjoni apposta ta' kondizzjonijiet ta' nuqqas għat-taħriġ, sistemi ta' kontroll jew għanijiet ta' taħriġ.

(w) Vibrazzjoni abnormali.

(x) Tħaddim ta' xi sistema primarja ta' twissija assoċjata ma' l-immaniġjar ta' l-ajruplan eż: twissija ta' konfigurazzjoni, twissija ta' tifi (stick shaker), twissija ta' veloċità żejda eċċ: għajr meta:

1. l-ekwipaġġ jistabbilixxi bħala konsegwenza li dik l-indikazzjoni kienet falza u dejjem jekk it-twissija falza ma tirriżultax f'diffikultà jew periklu li jinħolqu mir-risponż ta' l-ekwipaġġ għat-twissija: jew

2. meta t-tħaddim isir għal għanijiet ta' taħriġ jew ittestjar.

(y) "Twissija" GPWS/TAWS meta:

1. l-ajruplan joqrob aktar lejn l-art milli kien ippjanat jew antiċipat: jew

2. it-twissija tasal f'kondizzjonijiet metereoloġiċi strumentali jew matul il-lejl u hi stabbilita bħala li kienet ikkawżata minn rata għolja ta' nżul (mod 1): jew

3. it-twissija tirriżulta minn nuqqas ta' għażla tal-gear ta' nżul jew tal-flaps ta' nżul mill-punt ta' aċċess xieraq (mod 4): jew,

4. xi diffikultà jew periklu jinħolqu jew setgħu kienu maħluqa bħala riżultat tar-risponż ta' l-ekwipaġġ għat-"twissija" eż: separazzjoni possibbilment imnaqqsa minn traffiku ieħor. Dan jista' jinkludi twissija ta' xi mod jew tip ieħor jiġifieri ġenwina, għalxejn jew falza.

(z) "twiddiba" GPWS/TAWS meta xi diffikultà jew periklu jinħolqu jew setgħu kienu maħluqha bħala riżultat tar-risponż ta' l-ekwipaġġ għat-“”twiddiba'.

(aa) ACAS RAs.

(bb) Inċidenti ta' splużjoni ta' jet jew prop li jirriżultaw fi ħsara sinifikattiva jew feriti gravi.

(ii) Emerġenzi

(a) Nar, splużjoni, duħħan jew duħħan tossiku jew noċiv, avolja n-nar ikun intefa'.

(b) L-użu ta' proċedura mhix standard minn ekwipaġġ tat-titijira jew tal-kabina li jħabbtu wiċċhom ma' emerġenza meta:

1. il-proċedura teżisti iżda mhix użata;

2. il-proċedura ma teżistix;

3. il-proċedura teżisti iżda mhix kompluta jew mhix xierqa;

4. il-proċedura hi inkorretta;

5. il-proċedura inkorretta hi wżata.

(ċ) Inadegwanza ta' xi proċeduri maħluqa sabiex jintużaw f'emerġenza, inkluż meta jintużaw għal għanijiet ta' manutenzjoni, taħriġ jew ittestjar.

(d) Avveniment li jwassal għal evakwazzjoni ta' emerġenza.

(e) Depressurizzazzjoni.

(f) L-użu ta' tagħmir ta' emerġenza jew proċeduri ta' emerġenza preskritti sabiex wieħed jimmaniġġja sitwazzjoni.

(g) Avveniment li jwassal għad-dikjarazzjoni ta' emerġenza (Mayday' jew "panne").

(h) Nuqqas ta' xi sistema jew tagħmir ta' emerġenza, inklużi l-bibien kollha ta' ħruġ u dwal, li jaħdmu kif suppost, inkluż meta jintużaw għall-għanijiet ta' manutenzjoni, taħriġ u ttestjar.

(i) Avvenimenti li jeħtieġu xi użu ta' ossiġnu ta' emerġenza minn membru ta' l-ekwipaġġ.

(iii) Inkapaċità ta' l-ekwipaġġ

(a) Inkapaċità ta' xi membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż dik li tista' tinqala qabel it-tluq jekk hi kkunsidrata li setgħet tirriżulta f'inkapaċità wara t-tluq.

(b) Inkapaċità ta' xi membru ieħor ta' l-ekwipaġġ li tneħħilhom il-kapaċità li jaqdu d-dmirijiet essenzali ta' emerġenza.

(iv) Feriti

Okkorrenzi, li wasslu jew setgħu wasslu għal feriti konsiderevoli fuq il-passiġġieri jew l-ekwipaġġ iżda li mhumiex meqjusa bħala rapportabbli.

(v) Meteoroloġija

(a) Sajjetta li rriżultat fi ħsara lill-ajruplan jew telf jew malfunzjoni ta' xi servizz essenzali.

(b) Silġ li rriżulta fi ħsara lill-ajruplan jew telf jew malfunzjoni ta' xi servizz essenzali.

(ċ) Turbolenza qawwija, laqgħa li tirriżulta f'feriti fuq min qiegħed fuq l-ajruplan jew meqjusa bħala li tirrikjedi test ta' turbolenza ta' l-ajruplan.

(d) Laqgħa ta' buffura qawwija ta' riħ.

(e) Laqgħa ma' ffriżar li tirriżulta f'diffikultajiet ta' mmaniġjar, ħsara lill-ajruplan jew telf jew malfunzjoni ta' xi servizz essenzali.

(vi) Sigurtà

(a) Interferenza kontra l-liġi ma' l-ajruplan inkluż theddid ta' bomba jew hijack.

(b) Diffikultà f'li jiġu kkontrollati passiġġieri xurbana, vjolenti jew li ma jagħtux każ tar-regoli.

(ċ) Sejba ta' passiġġier klandestin.

(vii) Okkorrenzi oħra

(a) Partijiet ripetuti ta' xi tip speċifiku ta' okkorrenza li meta iżolati ma jkunux meqjusa bħala "rapportabbli" iżda li minħabba l-frekwenza li biha jqumu, jiffurmaw periklu potenzali.

(b) Laqta ma' għasfur li tirriżulta fi ħsara lill-ajruplan jew telf jew malfunzjoni ta' xi servizz essenzali.

(ċ) Laqgħat ma' turbolenzi ta' tqajjim.

(d) Xi okkorrenza ta' kull tip meqjusa li tkun ipperikolat jew li setgħet ipperikolat l-ajruplan jew min jinsab fih jew min ikun fuq l-art.

B. ASPETTI TEKNIĊI TA' L-AJRUPLAN

(i) Strutturali

Mhux it-telf strutturali kollu kien rappurtat. Opinjoni ta' inġiniera hi meħtieġa sabiex ikun deċiż jekk xi telfa hi serja biżżejjed sabiex tkun rappurtata. Jistgħu jitqiesu l-eżempji li ġejjin:

(a) ħsara lill-element strutturali prinċipali (PSE) li ma kienx imfisser bħala tolleranti għall-ħsara (element limitat mill-ħajja). Il-PSE's huma dawk li jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ġarr ta' tagħbija tat-titjira, ta' l-art u ppressati u li t-telf tagħhom jista' jirriżulta f'telf katastrofiku ta' l-ajruplan;

(b) difett jew ħsara li jaqbżu l-ħsarat konċessi għal PSE li kien imfisser bħala tolleranti għall-ħsara:

(ċ) ħsara lil jew difett li jaqbeż it-tolleranzi konċessi ta' element strutturali, it-telf ta' liema jista' jwassal għal għebbusija strutturali b'dak il-mod li l-aġitazzjoni, diverġenza jew marġini ta' rriversjar ta' kontroll mitluba ma jkunux miksuba aktar;

(d) ħsara jew difett ta' element strutturali, li tista' tirriżulta fil-liberazzjoni ta' biċċiet ta' massa li jistgħu jweġġgħu lil min ikun jinsab fuq l-ajruplan:

(e) ħsara jew difett ta' element strutturali, li jista' jipperikola t-tħaddim kif suppost tas-sistemi. Ara (ii) hawn taħt:

(f) telf ta' xi parti ta' l-istruttura ta' l-ajruplan fit-titjira.

(ii) Sistemi

Il-kriterji li ġejjin applikabbli għas-sistemi kollha huma proposti:

(a) telf, malfunzjoni konsiderevoli jew difett f'xi sistema, subsistema jew sett ta' tagħmir fejn proċeduri ta' tħaddim standard, drills eċċ. ma jkunux jistgħu jitwettqu b'manjiera sodisfaċenti;

(b) inabbilità ta' l-ekwipaġġ li jikkontrolla s-sistema, per eżempju:

1. azzjonijiet mhux komandati,

2. risponż mhux korrett u/jew mhux komplet, li jinkludi limitazzjoni ta' moviment jew għebbusija,

3. nuqqas ta' kontroll/telf,

4. diskonnessjoni mekkanika jew difett,

(ċ) difett jew malfunzjoni tal-funzjoni(jiet) esklussivi tas-sistema (sistema waħda għandha tintegra diversi funzjonijiet),

(d) interferenza bejn jew fis-sistemi;

(e) difett jew malfunzjoni ta' l-apparat ta' protezzjoni jew fis-sistema ta' emerġenza assoċjata mas-sistema:

(f) Nuqqas ta' serħan tas-sistema.

(g) Kull sitwazzjoni li tirriżulta minn komportament mhux mistenni tas-sistema.

(h) Għal tipi ta' ajruplan b'sistema prinċipali waħda, subsistemi jew settijiet ta' tagħmir:

nuqqas, malfunzjoni kbira jew difett f'xi sistema prinċipali, subsistemi jew sett ta' tagħmir.

(i) Għal tipi ta' ajruplan b'sistema prinċipali indipendenti multipla, subsistemi jew settijiet ta' tagħmir:

nuqqas, malfunzjoni kbira jew difett f'aktar minn sistema prinċipali waħda, subsistemi jew sett ta' tagħmir.

(j) Tħaddim ta' kull sistema ta' allarm primarja assoċjata mas-sistemi ta' l-ajruplanjew tagħmir sakemm l-ekwipaġġ ma jkunx ivverifika li l-indikazzjoni kienet falsa, dejjem jekk l-allarm falz ma rriżultax f'diffikultà jew periklu li nħoloq mill-komportament ta' l-ekwipaġġ vis-à-vis għall-allarm.

(k) Telf ta' fluidi idrawliċi, żejt jew fluidi oħra li rriżultaw minn periklu ta' ħruq jew periklu ta' kontaminazzjoni possibli ta'l-istruttura ta' l-ajruplan, sistemi jew tagħmir, jew riskju lil min qiegħed jużah.

(l) Malfunzjoni jew difett ta' xi sistema ta' indikazzjoni meta din tirriżulta fil-possibbilità ta' indikazzjonijiet li jfixklu lill-ekwipaġġ.

(m) Kull difett jew malfunzjoni jekk jidher matul fażi kritika tat-titjira hu rilevanti għat-tħaddim tas-sistema.

(n) Nuqqas sinjifikattiv tar-rendiment attwali meta mqabbla mar-rendiment approvat li rriżulta f'sitwazzjoni ta' periklu (billi wieħed jikkunsidra l-eżattezza tal-metodu ta' kalkolazzjoni tar-rendiment) inklużi l-azzjoni ta' brejk, konsum ta' żejt eċċ)

(o) Assimetrija ta' kontrolli tat-titjira, eż: kontrolli tat-titjira eż:. flaps, slats, spoilers eċċ.

L-Appendiċi ta' dan l-Anness jagħti lista ta' eżempji ta' affarijiet li kienu rrapurtati li ġraw wara l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji ġenerali għal sistemi speċifiċi.

(iii) Propulsjoni (inklużi magni, propellers u rotor systems) u auxiliary power units (APUs)

(a) Ħruġ ta' nar, magna li tintefa jew malfunzjoni ta' l-istess magna.

(b) Veloċità żejda jew inabbilità li tiġi kontrollata l-veloċità ta' xi komponent high-speed rotating (per eżempju: APU, airstarter, magna li ddawwar l-arja, mutur tat-turbini ta' l-arja, propeller jew rotor).

(ċ) Difett jew malfunzjoni ta' xi parti tal-magna jew il-mutur li jirriżulta f'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

1. nuqqas ta' żamma ta' komponenti/frak;

2. nar intern jew estern mhux kontrollat, jew ħruġ ta' gass jaħraq;

3. thrust f'direzzjoni diversa minn dik mitluba mill-pilota;

4. sistema ta' thrust-reversingli ma taħdimx jew taħdem inavvertatament;

5. inabbilità li tiġi kkontrollata l-potenza, thrust jew rpm;

6. difett fl-istruttura tal-bini tal-magna;

7. telf parzjali jew komplet tal-parti tas-sistema tal-mutur;

8. dħaħen densi visibbli jew konċentrazzjonijiet ta' prodotti tossiċi biżżejjed sabiex jitilfu minn sensihom lill-ħaddiema jew lill-passiġġieri;

9. inabbilità, permezz tal-proċeduri normali, li tintefa l-magna;

10. inabbilità li tinxtegħel mill-ġdid magna li taħdem normali.

(d) Telf ta' potenza/thrust li ma tistax tkun kontrollata, bidla jew oxxilazzjoni li hi klassifikata bħala telf ta' kontroll tal-potenza jew tat-thrust (LOTC):

1. għal ajruplan ta' magna waħda; jew

2. fejn hu meqjusa għall-applikazzjoni; jew

3. fejn dan jista' jaffettwa aktar minn magna waħda f'ajruplan ta' ħafna magni, b'mod partikulari fil-każ ta' ajruplan b'żewġ magni; jew

4. għal ajruplan ta' ħafna magni fejn l-istess tip ta' magna, jew simili, jintuża fl-applikazzjoni fejn dak li jiġri jista' jitqies bħala perikuluż jew kritiku.

(e) Kull difett f'kull parti kkontrollata minn tul ta' żmien li toħloq id-disfunzjoni tagħha qabel ma jgħaddi żmienha.

(f) Difetti ta' oriġini komuni li jistgħu joħolqu rata ta' waqfien matul it-titjira tant għolja li jkun hemm il-possibbilità li waħda jew aktar mill-magni jintfew matul l-istess titjira.

(g) Limitatur tal-magna jew apparat ta' kontroll li ma jaħdimx meta hemm bżonn jew jaħdem innavvertatament.

(h) Qbiż tal-parametri tal-magna.

(i) FOD li jirriżulta fi ħsara.

Propellers u trasmissjoni

(j) Difett jew malfunzjoni ta' xi parti ta' propeller jew magna li jirriżultaw f'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1. veloċità żejda tal-propeller:

2. l-iżvilupp ta' tkarkir żejjed:

3. thrust fid-direzzjoni opposta għal dik ordnata mill-pilota;

4. ħruġ tal-propeller jew xi parti akbar tal-propeller:

5. difett li jirrżulta f'nuqqas ta' bilanċ eċċessiv

6. il-moviment mhux maħsub tal-propeller blades taħt il-pożizzjoni in-flight low-pitchminima stabbilita

7. l-inabbilità li jiġi feathered il-propeller;

8. l-inabbilità li jinbidel il-propeller pitch;

9. bdil mhux ordnat fil-pitch;

10. tlugħ u nżul mhux kontrolla tat-torque jew tal-veloċità:

11. il-ħruġ ta' partijiet ta' enerġija baxxa.

Rotors u trasmissjoni

(k) Ħsara jew difett fir-rotor gearbox/attachment li tista' twassal għal separazzjoni matul it-titjira tar-rotorassembly u/jew malfunzjonijiet tal-kontroll tar-rotor.

(l) Ħsara lit-tail rotor, trasmissjoni jew sistemi ekwivalenti.

APU's

(m) Għeluq jew ħsara meta l-APU hemm bżonn ikun disponibbli mill-kondizzjonijiet operattivi, eż: ETOPS, MEL.

(n) Inabbilità li jintefa' l-APU.

(o) Veloċità żejda.

(p) Inabbilità li jinxtegħel l-APU meta bżonnjuż għar-raġunijiet operattivi.

(iv) Fatturi umani

Kull inċident fejn xi karatteristika jew inadegwenza tad-disinn ta' l-ajruplan setgħet wasslet għal żball ta' l-użu li jista' jwassal għal effett perikuluż jew katastrofiku.

(v) Okkorrenzi oħra

(a) Kull inċident fejn xi karatteristika jew inadegwenza tad-disinn ta' l-ajruplan setgħet wasslet għal żball ta' l-użu li jista' jwassal għal effett perikuluż jew katastrofiku.

(b) Okkorrenza li s-soltu mhix meqjusa bħala riportabbli (eż: tagħmir ta' l-għamara u tal-kabina, sistemi ta' l-ilma), fejn iċ-ċirkostanzi rriżultaw fi tqegħid fil-periklu ta' l-ajruplan u ta' dawk li kienu fuqu.

(ċ) Nar, splużjoni, duħħan jew dħaħen tossiċi jew noċivi.

(d) Kull ħaġa oħra li tista' tipperikula l-ajruplan, jew taffettwa s-sigurtà ta' min juża l-ajruplan jew in-nies jew proprjetà fil-qrib ta' l-ajruplan jew fuq l-art.

(e) Difett fis-sistema ta' l-indirizzar lill-passiġġieri li jirriżulta fin-nuqqas, jew fl-impossibilità ta' smiegħ, tas-sistema ta' indirizzar tal-passiġġier.

(f) Telf ta' kontroll tas-sit tal-pilota matul it-titjira.

C. MANUTENZJONI U TISWIJA TA' L-AJRUPLAN

(i) Twaħħil flimkien inkorrett tal-partijiet jew komponenti ta' l-ajruplan misjuba matul spezzjoni jew test ta' proċedura mhux maħsub għal għanijiet speċifiċi.

(ii) Telf ta' arja taħraq li jirriżulta fi ħsara strutturali.

(iii) Xi difett f'parti kontrollata miż-żmien li joħloq l-irtirar qabel ma jgħaddi ż-żmien kollu minn fuqha.

(iv) Kull difett jew malfunzjoni (eż fratturi, qsim, korrużżjoni, delamination, disbonding etc) li jirriżultaw min xi kawża (eż aġitazzjoni, nuqqas ta' għebbusija jew difett strutturali) lil:

(a) struttura primarja jew PSE (kif definita mill-Manwal ta' Tiswija tal-manifattur) jew ħsara jew dik id-deterjorazzjoni li taqbeż il-limiti aċċettabli speċifikati fil-Manwal ta' Tiswija u titlob tiswija jew bdil komplet jew parzjali;

(b) struttura sekondarja li bħala konsegwenza għamlet jew tista' tagħmel ħsara lill-ajruplan;

(ċ) il-magna, sistema ta' propeller jew rotorcraft rotor.

(v) Kull difett, malfunzjoni ta' xi sistema jew tagħmir, jew ħsara jew deterjorazzjoni tiegħu/tagħha misjuba bħala riżultat ta' konformità ma' direttiva ta' sigurtà fl-ajru jew xi struzzjoni mandatorja oħra maħruġa mill-awtorità regolatorja, meta:

(a) jinstab għall-ewwel darba mill-organizzazzjoni li tirraporta li timplimenta l-konformità:

(b) ma xi konformità oħra, taqbeż il-limiti permessi kwotati fl-istruzzjoni u/jew proċeduri ta' tiswija/retifika mhumiex disponibbli.

(vi) Difett f'xi sistema ta' emerġenza jew tagħmir, inklużi l-bibien kollha ta' ħruġ u dwal, li jaħdmu kif suppost, inkluż meta jintużaw għal tiswijiet u għanijiet ta' test.

(vii) Nuqqas ta' konformità u żbalji sinifikattivi f'konformità mal-proċeduri tat-tiswijiet mitluba.

(viii) Prodotti, partijiet, strumenti u materjali ta' oriġini u mhux magħrufa jew suspetta.

(ix) Informazzjoni jew proċeduri ta' tiswija li jgerfxu, mhux korretti jew mhux biżżejjed li jistgħu jwasslu għal żbalji ta' tiswija.

(x) Xi difett jew malfunzjoni ta' tagħmir ta' l-art użat għall-ittestjar u l-kontroll tas-sistemi ta' l-ajruplan u tagħmir meta r-rutina ta' spezzjoni mitluba u l-proċeduri tat-testijiet ma jkunux identifikati biċ-ċar il-problema, fejn jirriżulta f'sitwazzjoni perikuluża.

D. SERVIZZI TA' NAVIGAZZJONI TA' L-AJRU, FAĊILITAJIET U SERVIZZI TA' L-ART

(i) Servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru (SNA)

Ara l-Anness II, lista ta' okkorrenzi relatati mas-SNA.

(ii) Aerodrome u faċilitajiet ta' l-aerodrome

(a) Telf sinifikattiv matul it-teħid tal-karburant.

(b) Tagħbija ta' kwantitajiet inkorretti tal-karburant li jistgħu jkollhom effett sinifikattiv fuq ir-reżistenza, ir-rendiment, il-bilanċ jew is-saħħa strutturali.

(iii) Kontroll ta' passiġġieri, bagalji u u merkanzija

(a) Kontaminazzjoni sinifikattiva ta' l-istruttura ta' l-ajruplan, sistemi u tagħmir li tinħoloq mill-ġarr ta' bagalji jew merkanzija.

(b) Tgħabija nkorretta ta' passiġġieri, bagalji u u merkanzija, li jista' jkollha effett sinifikattiv fuq il-massa u/jew il-bilanċ ta' l-ajruplan.

(ċ) Stivar inkorrett ta' bagalji u merkanzija (inklużi l-bagalji ta' l-idejn) li jista' b'xi mod jipperikula l-ajruplan, it-tagħmir tiegħu jew min jinsab fuqu jew li ma jħallix li ssir evakwazzjoni ta' emerġenza.

(d) Stivar inadegwat ta' containers tal-merkanzija jew oġġetti ta' merkanzija sostanzjali.

(e) Ġarr jew attentat ta' ġarr ta' oġġetti perikuluż i li jmorru kontra r-regolamenti applikabbli, inklużi timbrar inkorrett u mballazzjoni ta' oġġetti perikuluż i.

(iv) Kontrolli u servizzi fuq l-art ta' l-ajruplan

(a) Difett jew malfunzjoni ta' jew malfunzjoni ta' tagħmir ta' l-art użat għall-ittestjar u l-kontroll tas-sistemi ta' l-ajruplan u tagħmir meta r-rutina ta' spezzjoni mitluba u l-proċeduri tat-testijiet ma tkunx identifikat biċ-ċar il-problema, fejn jirriżulta f'sitwazzjoni perikuluż a.

(b) Nuqqas ta' konformità u żbalji sinifikattivi f'konformità mal-proċeduri tat-tiswijiet mitluba.

(ċ) Tagħbija ta' karburant inkontaminat jew ta' tip inkorrett jew likwidi essenzali oħra (li jinkludu l-ossiġnu w ilma tax-xorb).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' okkorrenzi relatati mas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru li għandhom jiġu rrapurtati

Nota 1: Għalkemm dan l-Anness fih lista ta' l-okkorenzi l-aktar li jiġu rrapurtati, ma jistax jinkludi kollox. Kull okkorrenza oħra li fl-opinjoni ta' dawk li huma nvoluti hi meqjusa bħala li tilħaq il-kriterji wkoll għandha tkun irrapurtata.

Nota 2: Dan l-Anness ma jinkludix l-aċċidenti u l-inċidenti serji. Flimkien ma' kondizzjonijiet oħra li jkopru n-notifika ta' l-aċċidenti, huma għandhom jinżammmu wkoll fid-databases imsemmija fl-Artiklu 5(2).

Nota 3: Dan l-Anness jinkludi okkorrenzi ANS li li joħolqu periklu attwali jew potenzali għas-sigurtà tat-titjira, jew jistgħu jikkompromettu l-għoti tas-servizzi siguri ANS.

Nota 4: Il-kontenut ta' dan l-Anness m'għandux jeskludi r-rappurtar ta' xi okkorrenza, sitwazzjoni jew kondizzjoni li, jekk ripetuta f'ċirkostanzi differenti iżda simili jew mħollija tgħaddi mingħajr ma tissewwa, tista' toħloq periklu għas-sigurtà ta' l-ajruplan.

(i) Inċidenti ta' kważi kolliżjoni (li jinkludu sitwazzjonijiet speċifiċi fejn ajruplan wieħed u ajruplan ieħor/l-art/il-vettura/persuna jew oġġett huma maħsuba li jkunu wisq qrib xuxlin):

(a) ksur tas-separazzjoni minima;

(b) separazzjoni inadegwata;

(ċ) kontroll tat-titjira qrib l-art (qrib CFIT):

(d) dħul fir-runway meta kien meħtieġ li dan ikun evitat.

(ii) Potenzal għal kolliżjoni jew kważi kolliżjoni (li jinkludu sitwazzjonijiet speċifiċi għandhom il-potenzali li jkunu aċċident jew kważi kolliżjoni, jekk ajruplan ieħor jinsab fil-qrib):

(a) dħul fir-runway meta ma jkunx meħtieġ li dan ikun evitat

(b) ħruġ mir-runway;

(ċ) devjazzjoni ta' l-ajruplan minn tneħħija ta' l-ATC;

(d) devjazzjoni ta' l-ajruplan minn regolament applikabbli ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru (ATM):

1. devjazzjonijiet minn proċeduri applikabbli ppublikati mill-ATM;

2. penetrazzjoni mhix awtorizzata fl-ispazju ta' l-ajru;

3. devjazzjoni mill-ajruplan ta' ġarr u tħaddim ta' tagħmir relatat ma' l-ATM, kif mandat minn regolament(i) applikabbli.

(iii) Okkorrenzi speċifiċi ta' l-ATM (inkluż dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-abbilità li jiġu pprovduti s-servizzi siguri ta' l-ATM hi affettwata, inkluż sitwazzjonijiet fejn, forsi, l-operazzjoni sigura ta' l-ajruplan ma' tkunx tqiegħdet fil-periklu):

Din għandha tinkludi l-okkorrenzi li ġejjin:

(a) inabbilità li jiġu pprovduti servizzi ATM;

1. inabbilità li jiġu pprovduti servizzi tat-traffiku ta' l-ajru:

2. inabbilità li jiġu pprovduti servizzi ta' kontroll ta' l-ispazju ta' l-ajru

3. inabbilità li jiġu pprovduti servizzi ta' kontroll taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru:

(b) telf fil-funzjoni ta' Komunikazzjoni:

(ċ) telf fil-funzjoni tas-Sorveljanza;

(d) telf fil-funzjoni ta' l-Ipproċessar u d-Distribuzzjoni ta' l-Informazzjoni:

(e) telf fil-funzjoni tan-Navigazzjoni;

(f) telf fis-sistema ta' sigurtà ATM.

--------------------------------------------------

Top