EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D1600

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali

OJ L 242, 10.9.2002, p. 1–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 007 P. 152 - 166
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 008 P. 247 - 261
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 008 P. 247 - 261

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/07/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/1600/oj

32002D1600



Official Journal L 242 , 10/09/2002 P. 0001 - 0015


Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta’ Lulju 2002

li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Taġixxi skond dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1 ta’ Mejju 2002,

Billi:

(1) Ambjent nadif u b’saħħtu huwa essenzali għall-ġid u għall-prosperità tas-soċjetà, madanakollu il-progress kontinwu fuq il-livell golbali iġib miegħu pressjoni fuq l-ambjent.

(2) Il-ħames programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent "Lejn it-Tisħiħ" li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2000 wassal għal numru ta’ żviluppi importanti.

(3) Rieda kontienwa hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u il-miri li diġà ġew stabbiliti mill-Komunità u hemm il-ħtieġa għas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (il-"Programm") maħruġ f’din id-Deċiżjoni.

(4) Għadhom jeżistu numru ta’ problemi serji ambjentali u oħrajn ġodda qegħdin jitfaċċaw li jitolbu aktar azzjoni.

(5) Hemm bżonn aktar konċentrazzjoni fuq il-prevenzjoni u l-implementazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni sabiex jiżviluppa approċċ li jipproteġi s-saħħa umana u ta’ l-ambjent.

(6) Użu prudenti tar-riżorsi naturali u l-protezzjoni ta’ l-eko-sistema globali flimkien mal-ġid ekonomiku u żvilupp soċjali bilanċjat huma kondizzjoni għal żvilupp sostenibbli.

(7) Il-Programm jaħseb bis-serjetà kif jista’ jitħarsu l-ambjent u is-saħħa umana u kif iseħħ titjib ġenerali fl-ambjent u fil-kwalità ta’ ħajja, jindika prijoritajiet f’dak li għandu x’jaqsam mad-dimensjoni ambjentali ta’ l-Istrtateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli u li għandha tkun ikkunsidrata meta jseħħu l-azzjonijiet f’din l-Istrateġija.

(8) Il-Programm jaħseb biex iġib firda bejn il-pressjonijiet ambjentali u l-iżvilupp ekonomiku filwaqt li jibqa’ konsistenti mal-prinċipju sussidjarju u jirrispetta id-diversità tal-kondizzjonijiet tal-għadd ta’ reġjuni fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(9) Il-Programm jistabbilixxi prijoritajiet ambjentali ta’ Komunità li qed tfittex tweġibiet għat-tibdil tal-klima, tan-natura u tal-biodiversità, ta’ l-Ambjent u tas-saħħa u tal-kwalità ta’ ħajja, u tar-riżorsi naturali u ta’ l-iskart.

(10) Għal kull qasam minn dawn għanijiet prinċipali u ċerti miri huma indikati u numru ta’ azzjonijiet ġew identifikati sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Dawn l-għanijiet u l-miri jikkostitwixxu livelli ta’ prestazzjoni u kisbiet li wieħed għandu jimmira għalihom.

(11) L-għanijiet, prijoritajiet u l-azzjonijiet għal dan il-programm għandhom jikkontribixxu għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi kandidati u jagħmlu tentattiv sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-assi naturali ta’ dawn il-pajjiżi.

(12) Il-Liġi hija l-qalba ta’ kif l-isfidi ambjentali jistgħu jintlaħqu u l-implementazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi eżistenti hija prijorità. Alternattivi oħra ta’ kif dawn l-għanijiet ambjentali jistgħu jintlaħqu għandhom jitqiesu ukoll.

(13) Il-Programm għandu jinkoraġġixxi l-proċess ta’ integrazzjoni tal-oqsma ambjentali ta’ l-interess fil-politika u fl-attivitajiet tal-Komunità fil-qbil ma’ l-Artikolu 6 tat-Trattat bl-iskop li jnaqqas il-pressjonijiet fuq l-ambjent mid-diversi egħjun.

(14) Approċċ strateġiku integrat, li jħaddan fih forom ġodda ta’ kif wieħed jaħdem fis-suq, li jinvolvi iċ-ċittadini, l-impriżi u l-partijiet interessati huwa neċessarju sabiex jiddaħħlu it-tibdiliet neċessarji kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-istil tal-konsum pubbliku u privat li jinfluwenza ħażin l-istat u ix-xejriet ta’ l-ambjent. Dan l-approċċ għandu jinkoraġixxi l-użu sostenibbli u l-amministrazzjoni ta’ l-art u tal-baħar.

(15) Id-disposizzjonijiet għall-adeżjoni ta’ l-informazzjoni ambjentali u tal-ġustizzja u għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tiswir tal-politika huma importanti għas-suċċess tal-Programm.

(16) Strateġiji tematiċi għandhom iqisu l-wisa’ tal-alternattivi u l-għodod neċċessarji sabiex jinħadmu għadd ta’ kwistjonijiet kumplessi li jitolbu approċċ wiesa’ u multi-dimensjonali u li jissuġerixxu l-azzjonijiet neċessarji, li jinvolvu meta xieraq, il-Parlament Ewropew u il-Kunsill.

(17) Hemm konsensus xjentifiku li l-attività umana qegħda tikkaġuna żieda fil-konċentrazzjoni tal-gassijiet tas-serra, li qegħdin iwasslu għal temperaturi globali ogħla u li qegħdin iħarbtu il-klima.

(18) L-implikazzjonijiet fit-tibdil tat-temperatura għas-soċjeta’ umana u għan-natura huma iebsin u jitlobu mitigazzjoni. Miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijet tal-gassijiet tas-serra jistgħu ikunu implementati mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ żvilupp u ta’ prosperita’.

(19) Mingħajr ma jitqies is-suċess tal-mitigazzjoni, is-soċjetà għandha bżonn tadatta u tħejji għall-effetti tal-bdil fil-klima.

(20) Sistemi naturali b’saħħithom u ibbilanċjati huma essenzali sabiex isostnu l-ħajja fuq il-pjaneta tagħna.

(21) Hemm pressjoni konsiderevoli mill-attività umana fuq in-natura u il-biodiversità. Huwa neċessarju li titneda attività sabiex teħodha kontra il-pressjonijiet ikkawżati mit-tniġġis, l-introduzzjoni tal-ispeċi mhux nattiva, riskju potenzali mill-ħruġ ta’ organiżmi ġenetiċi immodifikati u il-mod kif l-art u il-baħar huma utilizzati.

(22) Il-ħamrija hija riżors li jispiċċa u li tinsab fi pressjoni ambjentali.

(23) Minkejja titjib fl-i standards ambjentali, hemm żieda li tixxiebaħ bejn it-tħassir ambjentali u ċertu mard. Għaldaqstant ir-riskju potenzali li ġej, ngħidu aħna, mill-emmissjonijiet u mill-kimiċi perikolużi, mill-bexx, u mill-istorbju għandhom ikunu indirizzati.

(24) Jinħtieġ aktar għarfien dwar l-impatt potenzali negattiv li ġej mill-użu tal-kimiċi u ir-responsabilità biex l-għarfien jiżdied għandha titqiegħed fuq il-produtturi, l-importaturi u l-utenti kollha.

(25) Il-kimiċi li huma perikolużi għandhom jitbiddlu bil-kimiċi ta’ anqas ħsara jew ta’ teknoloġija li toffri aktar protezzjoni mingħajr l-użu ta’ kimiċi, bl-għan li jitnaqqas ir-riskju lill-bniedem u lill-ambjent.

(26) Il-Pestiċidi għandhom ikunu użati b’mod sostenibbli sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent.

(27) L-ambjent tal-belt jappartjeni għal madwar 70 % tal-popolazzjoni u għalhekk hemm bżonn sforz magħqud għal ambjent u kwalità tal-ħajja aħjar fl-irħula u l-ibliet.

(28) Hemm limitu għall-pjaneta tagħna ta’ kemm din għandha kapaċità tlaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied għar-riżorsi u ta’ kemm tiflaħ emmissjonijiet u skart li ikkawżat mill-użu tagħhom u hemm prova li din id-domanda eżistenti taqbeż il-kapaċità fi ħdan l-ambjent f’ħafna każi.

(29) Il-volumi ta’ l-iskart fil-Komunità għadhom jiżdiedu, b’għadd sinifikanti minnhom li huwa perikoluż, u li qed iwassal għal telfa ta’ riżorsi u għal żieda fir-riskju tat-tniġġis.

(30) Globalizzazzjoni ekonomika tfisser li azzjonijiet ambjentali huma meħtieġa dejjem aktar f’livelli internazzjonali, inkluża il-politika dwar it-trasport, li titlob tweġibiet ġodda mill-Komunità flimkien mal-politika dwar is-sengħa, l-iżvilupp u l-affarijiet esterni li jagħmlu possibbli li l-iżvilupp sostenibbli ikun jista’ jintlaħaq f’pajjiżi oħra. Tmexxija tajba għandha tgħin għal dan il-għan.

(31) Il-kummerċ, l-investimenti internazzjonali u l-krediti mill-esportazzjoni għandu ikollhom kontribuzzjoni pożittiva għall-ġirja lejn il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-iżvilupp sostennibbli.

(32) It-tifsil tal-politika ambjentali, meta wieħed iqis il-kumplessità tal-kwistjonijiet, għandha titqiegħed fuq disposizzjoni xjentifika u ekonomika, u fuq l-għarfien ta’ l-istat u it-tendenzi tal-ambjent, fi qbil ma’ l-Artikolu 174 tat-Trattat.

(33) L-informazzjoni lil dawk li jieħdu d-deċisjonijiet, lil dawk li għandhom sehem fil-kwistjoni u lill-pubbliku in ġenerali għandha tkun relevanti, trasparenti, aġġornata u li tinftiehem malajr

(34) Il-Progress sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet ambjentali għandu jitkejjel u ikun evaluwat.

(35) Fuq il-bażi tal-kalkolu ta’ l-istat ta’ l-ambjent, filwaqt li jinagħta rendikont ta’ l-informazzjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent, reviżjoni tal-progress li sar u stima tal-bżonn ta’ bidla meħtieġa għandhom isiru f’nofs il-Programm,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Iskop tal-Programm

1. Din id-Deċisjoni tistabbilixxi programm ta’ azzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-"Programm"). Hija tindirizza l-għanijiet prinċipali u l-prioritajiet ta’ l-ambjent fuq il-bażi ta’ stima dwar l-istat ta’ l-ambjent u it-tendenza li teżisti inklużi l-kwistjonijiet li qed jitfaċċaw u li jinħtieġu tmexxija mill-Komunità. Il-Programm għandu jippromwovi l-integrazzjoni ta’ kulma jikkonċerna l-ambjent fil-politika tal-Komunità u jikkontribbwixxi għall-kisba ta’ l-iżvilupp sostennibbli fit-tkabbir kurrenti u dak tal-futur tal-Komunità. Il-Programm aktar minn hekk jaħseb għal sforz kontinwu sabiex jinkisbu l-għanijiet ambjentali u il-miri li huma diġà stabbiliti mill-Komunità.

2. Il-Programm ipoġġi l-għanijiet Ambjentali li jridu jintlaħqu. Jistabbilixxi, meta approprjat, miri u skedi skond kalendarju. L-għanijiet u il-miri għandhom jitwettqu qabel ma jispiċċa il-Programm, kemm-il darba ma ikunx speċifikat mod ieħor.

3. Il-Programm għandu ikopri perjodu ta’ għaxar snin li jibda fit-22 ta’ Lulju 2002. Inizjattivi xierqa fid-diversi ambiti politiċi bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet ikunu jikkonsistu minn għadd ta’ miżuri inklużi dawk leġistalttivi u l-approċċ strateġiku spjegat fl-Artikolu 3. Dawn l-inizjattivi għandhom ikunu ippreżentati progressivament sa erba’ snin mit-twettiq ta’ din id-Deċisjoni.

4. L-għanijiet iwieġbu għall-prijoritajiet ambjentali prinċipali li għandhom jintlaħqu mill-Komunità fl-oqsma li ġejjin:

- bidliet klimatiċi,

- in-natura u l-biodiversità,

- ambjent u saħħa u kwalità ta’ ħajja,

- riżorsi naturali u skart.

Artikolu 2

Prinċipji u għanijiet

1. Il-Programm jikkonstitwixxi struttura għall-politika ambjentali tal-Komunità matul il-perjodu tal-Programm bl-għan li jassigura livell għoli ta’ protezzjoni, billi iqis il-prinċipju tas-sussidjarità u d-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni varji tal-Komunità, u sabiex tintlaħaq firda bejn il-pressjoni fuq l-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku. Dan ikun ibbażat prinċipalment fuq il-prinċipju magħruf bħala "polluter-pays", il-prinċipju ta’ mezzi ta’ prevenzjoni, u il-prinċipju ta’ ratifikazzjoni tal-egħjun tat-tniġġis mis-sors.

Il-Programm għandu jifforma bażi għad-dimensjoni ambjentali ta’ l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli Ewropew u jikkontribbuixxi għall-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-politika kollha tal-Komunità, inter alia billi tisstabbilixxi prijoritajiet ambjentali għal din l-Istrateġija.

2. Il-Programm għandu l-għan li:

- jenfasizza bidliet klimatiċi bħala sfida mistennija fl-10 snin li ġejjin u ‘l quddiem u jagħti sehem fl-għanijiet mhux immedjati ta’ kif għandha tkun stabbilità il-konċentrazzjoni ta’ gass tas-serra fl-atmosfera b’tali mod li ma jkunx tħalla effett antropoġeniku perikoluż fis-sistema klimatika. Għaldaqstant l-għanijiet mhux immedjati ta’ massimu ta’ żieda ta’ 2 gradi °Celsius fit-temperatura globali aktar mill-livelli industrijali u konċentrazzjoni ta’ CO2 inqas minn 550 ppm għandhom jiggwidaw il-Programm. Fil-futur aktarx li ikun hemm bżonn ta’ tnaqqis globali fl-emmissjonijiet tal-gassijiet tas-serra ta’ 70 % kif imqabbl ma’ l-1990 kif identifikat mill-Panel Intergovernattiv dwar Bidliet Klimatiċi (IPCC);

- nipproteġu, nikkonservaw, nirrestawraw u niżviluppaw il-funzjoni tas-sistemi naturali, l-ambjenti naturali, flora u fawna slavaġ bl-iskop li jitwaqqaf il-proċess li bih medda ta’ art issir deżert u t-telf tal-biodiversità, inkluża id-diversità ta’ riżorsi ġenetiċi, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq skala globali;

- nikkontribwixxu għal-livell għoli ta’ kwalità ta’ ħajja u titjib soċjali liċ-ċittadini billi nipprovdu ambjent fejn il-livell ta’ tniġġis ma jagħtix lok għal effetti ħżiena fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent u billi ninkoraġġixxu żvilupp urbanistiku sostenibbli;

- titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi u tar-riżorsi fihom nfushom u ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart sabiex ikun hawn produzzjoni u forom ta’ konsum aktar sostenibbli, biex b’hekk jinfirdu l-użu tar-riżorsi u il-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku u naslu biex niżguraw li l-konsum tar-riżorsi imġedda u dawk mhux imġedda ma jaqbiżx il-kapaċità li jiflaħ ambjent.

3. Il-Programm għandu jassigura li l-għanijiet ambjentali, li għandhom jiffukaw fuq ir-riżultati ambjentali li iridu jitlaħqu, ikunu milħuqa bl-aktar mod effettiv u xieraq possibbli, fid-dawl tal-prinċipji li nsibu fil-paragrafu 1 u l-approċċi strateġiċi fl-Artikolu 3. Il-konsiderazzjoni sħiħa tingħata sabiex ikun żgurat li id-deċiżjoni politika ambjentali tal-Komunità tkun impriża sħiħa u tkun imqegħda għad-disposizzjoni tal-possibilitajiet u l-mekkaniżmi kollha, filwaqt li jittieħdu in konsiderazzjoni id-differenzi lokali u reġjonali, kif ukoll kwistjonijiet ekoloġiċi sensittivi, b’enfasi fuq:

- l-iżvilupp ta’ inizjattivi Ewropej sabiex jiżdied it-tagħrif taċ-ċittadini u ta’ l-awtoritajiet lokali;

- djalogu estensiv mal-partijiet in kwistjoni, li jżid l-għarfien ambjentali u l-partiċipazzjoni tal-pubbliku;

- analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi, billi nikkonsidraw il-bżonn ta’ materji interni ambjentali;

- l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, u titjib ieħor fil-għerf xjentifiku mit-tiftix u żviluppi teknoloġiċi;

- data u informazzjoni dwar l-istat u it-tendenza tal-ambjent.

4. Il-Programm għandu jippromwovi l-inkluzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-politika kollha u fl-azzjonijiet tal-Komunità billi jistabbilixxi għanijiet ambjentali u, meta approprjat, miri u skedi tal-kalendarju li jittieħdu in konsiderazzjoni f’ambiti politiċi relatati.

Barra minn hekk, miżuri proposti jew addotati favur l-ambjent għandhom jaqblu ma’ l-għanijiet tad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli u viċi versa.

5. Il-Programm għandu jippromwovi l-użu tal-politika u l-approċċi li jgħinu fil-kisba ta’ żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni ("Pajjiżi Kandidati") li jibni fuq it-transitorji u l-implementazzjoni ta’ l-acquis. Il-proċess tat-tkabbir għandu iħares u jindokra l-assi ambjentali tal-Pajjiżi Kandidati bħal ma hu l-ġid tal-biodiversità, u għandu iżomm u isaħħaħ il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli u l-użu ta’ l-art u l-istrutturi tat-trasport ambjentali kullimkien:

- l-integrazzjoni tal-ħtiġijiet fil-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-Programmi tal-Komunità inklużi dawk relatati mal-iżvilupp tal-infrastruttura;

- il-promozzjoni tat-trasferiment ta’ teknoloġiji nodfa fil-Pajjiżi Kandidati;

- djalogu estensiv u bdil ta’ esperjenzi ma’ l-amministrazzjoni nazzjonali u lokali fil-Pajjiżi Kandidati dwar żvilupp sostenibbli u l-preservazzjoni tal-assi ambjentali;

- koperazzjoni mas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet ambjentali non-governattivi (NGOs) u il-kummerċ fil-Pajjiżi Kandidati sabiex tinħoloq kuxjenza u parteċipazzjoni fost il-pubbliku;

- inkoraġġiment lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lis-settur privat sabiex jappoġġa l-implementazzjoni u l-kompattibbilità ma’ l-acquis ambjentali fil-Pajjiżi Kandidati u sabiex tinagħta l-attenzzjoni dovuta lill-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali fl-attivitajiet tas-settur ekonomiku.

6. Il-Programm għandu jistimula:

- l-irwol pożittiv u kostruttiv ta’ l-Unjoni Ewropea bħala sieħeb ewlieni fil-proġettazzjoni ta’ l-ambjent globali u fl-insegwiment ta’ żvilupp sostenibbli;

- l-iżvilupp ta’ msieħba globali għall-ambjent u żvilupp sostenibbli;

- l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet u ta’ l-għanijiet ambjentali fl-aspetti kollha tar-relazzjonijiet esterni tal-Komunità.

Artikolu 3

Approċċi strateġiċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali

L-għanijiet u l-iskopijiet imfassla fil-Programm għandhom jintlaħqu, inter alia, bil-mezzi li ġejjin:

1. Żvilupp ta’ leġislattivi ġodda tal-Komunità jew emenda ta’ dawk il-leġislazzjonijiet eżistenti, meta approprjat;

2. Inkoraġġiment ta’ implementazzjoni aktar effettiva, u infurzar tal-leġislazzjonijiet tal-Komunità dwar l-ambjent mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni sabiex tnedi proċeduri kontra il-ksur tal-liġijiet. Dan jirrekjedi:

- miżuri mkabbra sabiex jippromwovu rispett tar-regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent u li jindirizzaw il-ksur tal-leġislazzjonijiet dwar l-ambjent;

- promozzjoni ta’ standards imtejba ta’ permess, ta’ spezzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar mill-Istati Membri;

- reviżjoni aktar sistematika ta’ l-applikazzjoni tal-legislazzjoni dwar l-ambjent fl-Istati Membri;

- titjib fit-tpartit ta’ l-informazzjoni dwar l-aħjar prattika dwar l-implementazzjoni li tinkludi Network Ewropea għall-Implementazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi ta’ l-Ambjent (IMPEL networks) fil-qafas tal-kompetenzi tagħha;

3. Aktar sforzi għall-integrazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent fil-preparament, fid-definizzjoni u fl-implementazzjoni tal-politiki tal-Komunità u ta’ l-attivitajiet fil-ambiti politiċi differenti huma meħtieġa. Aktar sforzi huma neċessarji fis-setturi differenti li jinkludu kunsiderazzjoni ta’ l-għanijiet ambjentali speċifiċi tagħhom, għanijiet, skedi ta’ kalendarju, u indikaturi. Dan jirrekjedi:

- aċċertament li l-istrateġiji għall-integrazzjoni stabbiliti mill-Kunsill fil-ambiti politiċi differenti huma mibdula f’azzjoni effettiva u li jikkontribwixxu għall-implementazzjoni ta’ l-għanijiet u ta’ l-iskopi ambjentali tal-Programm;

- kunsiderazzjoni, qabel ta’ l-addozzjoni tagħhom, ta’ jekk azzjoni fil-ambiti ekonomiċi u soċjali tikkontribwixxix ghal, jew jekk taqblix mal-għanjijiet, mal-iskopijiet u mal-kwadru ta’ żmien tal-Programm;

- stabbiliment xieraq ta’ mekkaniżmi interni regolari fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, waqt li jittieħed kont tal-bżonn ta’ promozzjoni ta’ trasparenza u ta’ aċċess ta’ l-informazzjoni, sabiex jiżgura li kunsiderazzjonijiet ambjentali huma riflessi b’mod totali fl-inizjattivi tal-politika tal-Komunità, u li jinkludu deċiżjonijiet relevanti u proposti leġislattivi;

- monitoraġġ regolari, permezz ta’ indikaturi relevanti, fid-dettall fejn possibbli fuq il-bażi ta’ metodoloġija komuni għal kull settur, u rapporti dwar il-proċess ta’ integrazzjoni settorali;

- aktar integrazzjoni tal-kriterji dwar l-ambjent fil-programmi ta’ ġbir tal-flus tal-Komunità mingħajr ma jsir preġudizzju lil dawk il-programmi eżistenti;

- użu totali u effettiv ta’ l-Istima dwar l-Impatt fuq l-Ambjent u Stima Strateġika dwar l-Ambjent;

- li l-għanijiet tal-Programm għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni fir-reviżjonijiet tal-perspettiva finanzjarja tal-futur ta’ l-istrumenti finanzjarji tal-Komunità;

4. Promozzjoni ta’ prodduzzjoni sostenibbli u modi ta’ konsum permezz ta’ implementazzjoni effettiva tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2, sabiex jinternalizza l-impatti negattivi kif ukoll dawk pożittivi fuq l-ambjent permezz ta’ l-użu ta’ taħlita ta’ strumenti, li jinkludu dawk ibbażati fuq is-suq, kif ukoll dawk ibbażati fuq l-ekonomija. Dan jirrekjedi, inter alia:

- inkoraġġiment ta’ riformi ta’ sussidji li għandhom effett konsiderevolment negattiv fuq l-ambjent u li ma jaqblux ma żvilupp sostenibbli, inter alia billi jistbbilixxi, fir-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien, lista ta’ kriterji fejn kull sussidju negattiv huwa irreġistrat, kif ukoll bil-mod ta’ kif dan jista’ jitneħħa;

- analiżi ta’ l-effiċjenza fuq l-ambjent ta’ permessi kummerċabbli bħala strument ġeneriku u ta’ kummerċ ta’ emissjoni bl-għan li tippromwovi u timplementa l-użu tagħhom fejn possibbli;

- promozzjoni u inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ miżuri fiskali bħal taxxi relatati ma’ l-ambjent u inċentivi, fil-livell xieraq nazzjonali jew tal-Komunità;

- promozzjoni ta’ l-integrazzjoni ta’ ħtiġijiet tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fl-attivitajiet ta’ standardizazzjoni;

5. Titjib fil-kollaborazzjoni u fis-sħubija ma’ l-impriżi u r-rappreżentanti tagħhom, u li jinvolvu sħab soċjali, konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom, kif xieraq, bl-għan li jippromwovu l-eżekuzzjoni ambjentali ta’ l-impriżi u l-modi sostenibbli ta’ produzzjoni. Dan jirrekjedi:

- promozzjoni ta’ l-approċċ tal-politika ta’ l-integrazzjoni tal-prodott matul il-Programm li tinkoraġġixxi t-teħid fil-konsiderazzjoni ta’ ħtiġijiet ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, u applikazzjoni aktar wiesgħa ta’ proċessi u ta’ prodotti favur l-ambjent;

- inkoraġġiment tat-teħid aktar wiesgħa ta’ l-Iskema ta’ l-Eko-amministrazzjoni u ta’ Verifika tal-Komunità (EMAS) [5] u l-inizjattivi ta’ żvilupp sabiex jinkoraġġixxu lill-kumpaniji jippublikaw rapporti ivverifikati b’mod rigoruż jew b’mod independenti dwar l-iżvilupp ambjentali jew sostenibbli;

- jistabbilixxi programm ta’ assistenza għall-qbil, b’għajnuna speċifika għal impriżi żgħar jew medji;

- jistimola l-introduzzjoni ta’ skema ta’ onorifiċenza fuq l-eżekuzzjoni ambjentali tal-kumpanija;

- jistimula innovazzjoni tal-prodott bl-għan li jħaddru lis-suq, li jinkludi disseminazzjoni imtejba tar-riżultati tal-Programm LIFE [6];

- jinkoraġġixxi rabta voluntarja jew qbil sabiex jintlaħqu għanijiet ambjentali ċari, li jinkludi l-istabbiliment ta’ proċeduri fil-każ ta’ disgwid;

6. Sabiex jiżgura li l-konsumatur individwali, l-impriżi u gruppi pubbliċi fir-rwol tagħhom bħala xerrejja, ikunu aktar infurmati dwar il-proċessi u l-prodotti rigward l-impatt ambjentali tagħhom bil-għan li jilħqu modi sostenibbli ta’ konsum. Dan jirrekjedi:

- l-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ eko-tiketti u forom oħra ta’ informazzjoni ambjentali u ta’ tikettjar li jħallu lill-konsumatur iqabbel l-eżekuzzjoni ambjentali bejn prodotti ta’ l-istess tip;

- l-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ pretensjonijiet ambjentali u sabiex jipprevenu pretensjonijiet qarrieqa;

- il-promozzjoni ta’ politika pubblika ta’ prokura ħadra, li tħalli karatteristiċi ambjentali ikunu ikkunsidrati u l-integrazzjoni fejn possibbli taċ-ċiklu tal-ħajja ambjentali, li tinkludi il-fażi ta’ produzzjoni, konċerni fil-proċedura ta’ prokura filwaqt li tirrispetta ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità u lis-suq intern, bi gwida għall-aħjar prattika u bil-bidu ta’ reviżjoni ta’ prokura ħadra fl-Istituzzjonijiet tal-Komunità;

7. Sabiex isostni l-integrazzjoni ambjentali fis-settur finanzjarju. Dan jirrekjedi:

- konsiderazzjoni ta’ l-inizjattiva voluntarja mas-settur finanzjarju, li tinkludi linji gwida għall-inkorporazzjoni tad-data fuq spejjeż ambjentali fir-rapporti finanzjarji annwali tal-kumpaniji, u t-tibdil ta’ l-aqwa prattiċi politiċi bejn l-Istati Membri;

- enfasi fuq il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment sabiex isaħħaħ l-integrazzjoni ta’ għanijiet u kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-attivitajiet ta’ self tiegħu b’mod partikolari bil-għan li isostni l-iżvilupp sostanzjali tal-Pajjiżi Kandidati;

- promozzjoni ta’ integrazzjoni ta’ għanijiet u kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u għall-Iżvilupp;

8. Sabiex jinħoloq reġim ta’ obbligu fil-Komunità jirrekjedi inter alia:

- leġiżlazzjoni dwar obbligu ambjentali;

9. Sabiex titjieb il-kollaborazzjoni u s-sħubija ma’ gruppi ta’ konsumaturi u Gruppi Non-Governattivi (NGOs) u sabiex tippromwovi ftehim aħjar tal u parteċipazzjoni fil-materji ambjentali bejn ċittadini Ewropej jirrekjedi:

- aċċertament ta’ l-aċċess għall-informazzjoni, għall-parteċipazzjoni u għall-ġustizzja permezz ta’ ratifika minn kmieni tal-Konvenzjoni Aarhus [7] mill-Komunità u mill-Istati Membri;

- appoġġ għad-disposizzjoni ta’ informazzjoni aċċessibbli għaċ-ċittadini fuq l-istat u fuq il-modi ta’ l-ambjent b’relazzjoni mal-modi soċjali, ekonomiki, u tas-saħħa;

- titqajjem kuxjenza ambjentali ġenerali;

- tiżviluppa regoli ġenerali u prinċipji għal governanza ambjentali tajba fil-proċessi ta’ djalogu;

10. Sabiex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-użu effettiv u sostenibbli u l-amministrazzjoni ta’ l-art u tal-baħar waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-konċerni ambjentali. Dan jirrekjedi, waqt li jirrispetta il-prinċipju ta’ sussidjarità, dawn li ġejjin:

- l-aqwa prattika tkun promossa b’rispett għall-iżvilupp sostanzjali ta’ l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art, li jieħu kont ta’ ċirkostanzi speċifiċi reġjonali b’enfasi partikolari fuq il-programm ta’ Amministrazzjoni Integrata taż-Żona Kostali;

- jippromwovi l-aħjar prattika u jsostni s-sistemi li jwasslu għall-bidla ta’ l-esperjenzi dwar l-iżvilupp sostenibbli li jinkludi żoni urbani, il-baħar, żona kostali, żoni fil-muntanji, żoni mistagħdra u żoni oħra ta’ natura sensittiva;

- jenfasizza l-użu, jkabbar ir-riżorsi u jagħti skop aktar wiesgħa għal miżuri agri-ambjentali taħt il-Politika Agrikola Komuni;

- jinkoraġġixxi l-Istati Membri sabiex jikkonsidraw l-użu ta’ ippjanar reġjonali bħala strument għat-titjib ta’ protezzjoni ambjentali għaċ-ċittadini u għal promozzjoni tal-bidla ta’ l-esperjenza dwar l-iżvilupp sostanzjali tar-reġjuni, partikolarment fiż-żoni urbani u densament popolati.

Artikolu 4

Strateġiji tematiċi

1. L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5 sa 8 għandhom jinkludu l-iżvilupp ta’ strateġiji tematiċi u l-evalwazzjoni ta’ l-istrateġiji eżistenti għal preblemi ambjentali ta’ prijorità li jeħtieġu approċċ wiesgħa. Dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu identifikazzjoni ta’ proposti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmijja fil-Programm u għandhom jinkuludu ukoll l-proċeduri li huma previsti għall-adozzjoni tagħhom. Dawn l-istrateġiji għandhom jingħataw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom, fejn xieraq jieħdu l-forma ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. Minħabba l-bażi legali tal-proposta, il-proposti leġislattivi li joħorġu minn dawn l-istrateġiji għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

2. L-istrateġiji tematiċi jistgħu jinkludu approċċi ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 9 u għanijiet ambjentai kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi u skedi ta’ kalendarju ma’ liema il-miżuri previsti għandhom jitqabblu u ikunu evalwati.

3. L-istrateġiji tematiċi għandhom ikunu żviluppati u implimentati permezz ta’ konsultazzjoni mill-qrib tal-partijiet relevanti, bħall-Għaqdiet Non-Governattivi, l-industrija, xi sħab soċjali oħra u awtoritajiet pubbliċi, waqt li tiżgura, kif xieraq, il-konsultazzjoni tal-Pajjiżi Kandidati fil-proċess.

4. Dawn l-istrateġiji tematiċi għandhom ikunu ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar minn 3 snin ta’ l-adozzjoni tal-Programm. Ir-rapport ta’ nofs is-sena, fejn il-Kummissjoni tevalwa il-progress miksub fl-implementazzjoni tal-Programm, għandu jinkludi reviżjoni ta’ l-istrateġiji tematiċi.

5. Ta’ kull sena il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-iżvilupp u fl-implementazzjoni ta’ l-istrateġiji u dwar l-effettività tagħhom.

Artikolu 5

Għanijiet u ambiti ta’ prijorità għal azzjoni sabiex isseħħ bidla fil-klima

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu insegwiti bil-għanijiet li ġejjin:

- ratifika u dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Kyoto Protokoll għal-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar bidla fil-klima sa l-2002 u s-seħħ tal-rabta tagħha dwar tnaqqis ta’ 8 % ta’ l-emissjonijiet sa l-2008-12 imqabbla mal-livelli tal-Komunità Ewropea sħiħa, skond ir-rabta ta’ kull Stat Membru stabbilit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 u tas-17 ta’ Ġunju 1998;

- is-seħħ sa l-2005 ta’ progress demostrabbli sabiex tintlaħaq ir-rabta stabbilita fil-Protokoll ta’ Kyoto;

- il-Komunità titpoġġa fil-posizzjoni kredibbli sabiex tmexxi qbil internazzjonali dwar għanijiet li inaqqsu aktar b’mod strinġenti għall-perjodu tat-tieni rabta stabbilit fil-Protokoll ta’ Kyoto. Dan il-qbil jimmira li jnaqqas l-emissjonijiet b’mod sinifikanti, waqt li jieħu l-kont dovut, inter alia, tar-riżultati tar-Rapport tat-3 Stima ta’ l-IPCC, u jieħu kont dovut ukoll tan-neċessità li nimxu lejn distribuzzjoni ekwitabbli dinjija ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

2. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu insegwiti permezz, inter alia, ta’ l-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin:

(i) L-implementazzjoni b’mod internazzjonali ta’ rabtiet dwar il-klima li jinkludu il-Protokoll ta’ Kyoto permezz ta’:

(a) l-eżaminazzjoni tar-riżultati tal-Programm Ewropew dwar Bidla fil-Klima u l-adozzjoni ta’ politika u ta’ miżuri effettivi komuni u kordinati bħala l-bażi, kif xieraq, għad-diversi setturi kumplimentarji għal azzjonijiet domestiċi fl-Istati Membri;

(b) ħidma sabiex tistabbilixxi kwadru tal-Komunità għall-iżvilupp ta’ emissjonijiet effettivi ta’ CO2 li jaħdmu ma’ l-estensjonipossibbli ta’ gassijiet serra oħra;

(ċ) t-titjib ta’ monitoraġġ ta’ gassijiet serra u tal-progress sabiex jintlaħqu rabtiet ta’ l-Istati Membri stabbiliti taħt il-Ftehim Burden Sharing;

(ii) Tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur ta’ l-enerġija:

(a) għandha sseħħ impriża malajr kemm jista’ jkun sabiex jinħoloq inventorju u reviżjoni ta’ sussidji li jaħdmu għal użu effiċjenti u sostenibbli ta’ l-enerġija bil-għan li gradwalment, dawn jitneħħew;

(b) inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ fjuwils iffossiliżżatti li jiġġeddu jew li fihom ammont żgħir ta’ karbonju għall-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija;

(ċ) inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ egħjun ta’ enerġija li tiġġedded, li tinkludi l-użu ta’ inċentivi, li tinkludi dawk fil-livell lokali, bil-għan li jintlaħaq l-għan indikattiv tat-12 % ta’ l-użu totali ta’ l-enerġija sa l-2010;

(d) l-introduzzjoni ta’ inċentivi sabiex tiżdied is-Saħħa u is-Sħana Ikkumbinati u jimplimentaw miżuri li l-għan tagħhom huwa li jirduppjaw is-sehem totali tas-Saħħa u tas-Sħana Ikkumbinati fil-Komunità kollha għal 18 % tat-total gross tal-ġenerazzjoni elettrika;

(e) sabiex ma jitħallewx u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu għall-produzzjoni u għad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija;

(f) promozzjoni ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija;

(iii) Tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi-settur tat-trasport:

(a) identifikazzjoni u l-impriża ta’ azzjonijiet speċifiċi sabiex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni sakemm azzjoni bħal din ma hijiex mifthiema fl-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili sa l-2002;

(b) identifikazzjoni u l-impriża ta’ azzjonijiet speċifiċi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn trasport tal-baħar sakemm azzjoni bħal din ma hijiex mifthiema fl-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima sa l-2003;

(ċ) inkoraġġiment għal bidla għal forom ta’ trasport aktar effiċjenti u nodfa li jinkludu organizzazzjoni u loġistika aħjar;

(d) fil-kuntest ta’ l-għan ta’ l-UE għal tnaqqis ta’ 8 % ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jistiednu lill-Kummissjoni sabiex sa l-aħħar ta’ l-2002 tagħti Komunikazzjoni dwar għanijiet ambjentali kwantifikati għal sistema sostanzjali ta’ trasport;

(e) identifikazzjoni u l-impriża ta’ aktar azzjoni speċifika, li tinkludi kwalunkwe leġislazzjoni xierqa, sabiex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn karozzi li jinkludu N2O;

(f) promozzjoni ta’ l-iżvilupp u ta’ l-użu ta’ karburanti alternattivi u ta’ karozzi li jikkonsmaw ammonti anqas ta’ karburanti bil-għan li b’mod sostanzjali u kontinwu jiżdied is-sehem tagħhom;

(g) promozzjoni ta’ miżuri li jirriflettu l-ispejjeż ambjentali totali fil-prezzijiet tat-trasport;

(h) jikkumbinaw it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għat-trasport ma’ l-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali;

(iv) Tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni industrijali:

(a) promozzjoni ta’ prattiċi eko-effiċjenti u ta’ metodi ta’ teknika fl-industrija;

(b) żvilupp ta’ metodi sabiex jassistu lill-SMEs sabiex jadattaw, jinnovaw u itejbu l-prestazzjoni;

(ċ) inkoraġġiment ta’ l-iżvilupp ta’ alternattivi aktar ambjentali u teknikament possibbli, li jinkludu l-istabbiliment ta’ miżuri tal-Komunità, li jimmiraw li inaqqsu l-emissjonijiet, jirranġaw il-produzzjoni fejn xieraq u possibbli u li inaqqsu l-użu ta’ gassijiet fluworidi ta’ l-industrija HFCs (hydrofluorocarbons), PFCs (Perfluorocarbons) and SF6 (sulphur hexafluoride);

(v) Tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi l-oħra:

(a) il-promozzjoni ta’ effiċjenza fl-enerġija l-aktar għat-tisħin, għat-tkessieħ u għal ilma sħun tal-viti fl-iddisinjar tal-bini;

(b) jingħata kont dovut għall-bżonn li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, flimkien ma’ konisderazzjonijiet ambjentali, fil-politika agrikola Komuni u fl-istrateġija ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart tal-Komunità;

(vi) Jintużaw strumenti xierqa oħra bħal:

(a) il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ miżuri fiskali, li jinkludu kwadru tal-Komunità għal tassazzjoni ta’ l-enerġija xieraq u fil-ħin, l-inkoraġġiment għal bidla għal użu aktar effiċjenti ta’ l-enerġija, enerġija u trasport aktar nodfa u għall-inkoraġġiment għal innovazzjoni teknoloġika;

(b) l-inkoraġġiment ta’ ftehim ambjentali ma’ setturi ta’ l-industrija dwar it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(ċ) aċċertament li bidla fil-klima hija tema maġġuri fil-politika tal-Komunità għal riċerka u għal żvilupp teknoloġiku u għal programmi nazzjonai ta’ riċerka.

3. B’żieda mal-mitigazzjoni għal bidla fil-klima, il-Komunità għandha tipprepara miżuri li jimmiraw li jadattaw għall-konsegwenzi ta’ bidla fil-klima, billi:

- isseħħ reviżjoni tal-politika tal-Komunità, b’mod partikolari dawk relevanti mal-bidla fil-klima, sabiex l-adattament ikun indirizzat b’mod xieraq fid-deċiżjonijiet ta’ l-investimenti;

- l-inkoraġġiment ta’ mudellar tal-klima reġjonali u stimi kemm sabiex jippreparaw miżuri ta’ adattament reġjonali bħal riżorsi ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-ilma, konservazzjoni tal-bio-diversità, desertifikazzjoni u prevenzjoni ta’ għargħar u sabiex jappoġġa kuxjenza bejn iċ-ċittadini u l-kummerċ.

4. Għandu jkun aċċertat li l-isfida tal-klima għandha tingħata l-kontijiet dovuti fit-tkabbir tal-Komunità. Għal dan ikunu meħtieġa, inter alia, l-azzjonijiet li ġejjin mal-Pajjiżi Kandidati:

- li jappoġġaw bini ta’ kapaċità, għall-applikazzjoni ta’ miżuri domestiċi għall-użu tal-mekkaniżmi ta’ Kyoto u li jittieħdu rapporti aħjar u għal monitoraġġ aħjar ta’ l-emissjonijiet;

- li jappoġġaw settur tat-trasport u ta’ l-enerġija aktar sostenibbli;

- li jaċċerta li l-koperazzjoni ma’ pajjizi kandidati oħra tissaħħaħ aktar dwar materji dwar il-bidla fil-klima.

5. Il-ġlieda għall-bidla fil-klima għandha tifforma parti integrali mill-politika tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea u għandha tikkonstitwixxi waħda mill-prijoritajiet tal-politika tagħha dwar l-iżvilupp sostenibbli. Dan jirrekjedi sforzi mifthiema u kordinati minn naħa tal-Komunità u tal-Istati Membri b’ħarsa lejn:

- bini ta’ kapaċità sabiex jassisti lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u lil dawk li l-ekonomiji tagħhom tinsab fi transizzjoni bħal ngħidu aħna permezz ta’ l-inkoraġġiment ta’ proġetti in konnessjoni ma’ Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif (CDM) fil-Protokoll ta’ Kyoto u implementazzjoni konġunta;

- ir-risposta għal bżonnijiet identifikati ta’ trasferiment tat-teknoloġija;

- l-għajnuna ma’ l-isfida ta’ adattament mal-bidla fil-klima fil-pajjiżi ikkonċernati.

Artikolu 6

Għanijiet u ambiti ta’ prijorità għal azzjoni dwar in-natura u l-biodiversità

1. l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu segwiti bil-għanijiet li ġejjin:

- it-twaqqif tat-tnaqqis fil-biodiversità bil-għan li dan l-objettiv jintlaħaq sa l-2010, u li jinkludi l-prevenzjoni u il-mitigazzjoni ta’ l-impatti ta’ speċi invażivi u aljeni u ta’ ġenotipi;

- protezzjoni u restawr xieraq tan-natura u tal-biodiversità mit-tniġġis li jagħmel ħsara;

- konservazzjoni, restawr xieraq u użu sostanzjali tal-ambjent tal-baħar, tax-xtut u taż-żoni mistagħdra;

- konservazzjoni u restawr xieraq ta’ żoni ta’ li l-ambjent tagħhom huwa ta’ valur sinifikanti li jinkludu żoni ikkultivati kif ukoll żoni sensittivi;

- konservazzjoni ta’ l-ispeċi u ta’ l-ambjent naturali, b’attenzjoni speċjali sabiex l-ambjent naturali ma jitkissirx;

- promozzjoni ta’ l-użu sostenibbli tal-ħamrija, bil-attenzjoni partikolari sabiex ma’ jseħħx ġarr tal-ħamrija, deterjorazzjoni, ikkontaminazzjoni jew deżertifikazzjoni.

2. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu segwiti permezz tal-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin, waqt li jingħata kont dovut lill-prinċipju ta’ sussidjarità, ibbażat fuq il-konvenzjonijiet eżistenti globali u reġjonali u fuq strateġiji u fuq l-implementazzjoni totali ta’ atti relevanti tal-Komunità. L-approċċ eko-sistema, kif adottat fil-Konvenzjoni dwar Diversità Bioloġika [8], għandu jkun applikat fejn xieraq:

(a) dwar il-biodiversità:

- jiżgura li l-implementazzjoni u l-promozzjoni tal-monitoraġġ u ta’ l-istimi ta’ l-istrateġija dwar il-biodiversità tal-Komunità u pjanijiet ta’ azzjoni relevanti, li jinkludu dawk permezz ta’ programm sabiex jiġbor data informazzjoni, l-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa, u l-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-aqwa tekniċi u ta’ l-aqwa prattiċi ambjentali disponibbli;

- jippromwovi riċerka dwar il-biodiversità, dwar riżorsi ġenetiċi, dwar eko-sistemi u dwar interazzjonijiet ma’ l-attivitajiet umani;

- l-iżvilupp ta’ miżuri sabiex iżidu l-użu sostenibbli, il-produzzjoni sostenibbli u l-investimenti sostenibbli in konnessjoni mal-biodiversità;

- l-inkoraġġiment ta’ stima koerenti, riċerka fit-tul u koperazzjoni dwar l-ispeċi mhedda;

- il-promozzjoni, fil-livell globali ta’ tqassim ta’ benefiċċji parzjali u ġust li jirriżultaw minn riżorsi ġenetiċi sabiex jimplimentaw l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni dwar Diversità Bioloġika dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi li joriġinaw mill-pajjiżi terzi;

- l-iżvilupp ta’ miżuri li l-għan ewlieni tagħhom hu li ma jħallux jew li jkun hemm aktar kontroll fuq speċi aljeni invażivi li jinkludu ġenotipi aljeni;

- l-istabbiliment tan-network Natura 2000 u jimplementa l-istrumenti u l-miżuri tekniċi u finanzjarji neċessarji meħtieġa għall-implementazzjoni totali tiegħu u għall-protezzjoni, barra miż-żoni Natura 2000, ta’ l-ispeċi protetti taħt id-Direttivi dwar l-Ambjent Naturali u dwar l-Għasafar;

- il-promozzjoni ta’ l-estensjoni tan-network Natura 2000 għall-Pajjiżi Kandidati;

(b) dwar aċċidenti u diżastri:

- il-promozzjoni ta’ kordinazzjoni Komunitarja għal azzjonijiet mill-Istati Membri relatati ma’ l-aċċidenti u diżastri naturali minn, ngħidu aħna, l-istabbiliment ta’ network għat-tibdil ta’ prattiċi u għodda ta’ prevenzjoni;

- l-iżvilupp ta’ miżuri aktar fit-tul sabiex jgħin jippreveni perikli ta’ aċċidenti maġġuri b’attenzjoni speċjali għal dawk li jemanaw minn linji ta’ pajpijiet, mill-minjieri, mit-trasport bil-baħar ta’ sustanzi perikolużi u jiżviluppa miżuri dwar l-iskart tal-minjieri;

(ċ) strateġija tematika dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, li tindirizza il-prevenzjoni ta’, inter alia, it-tniġġiż, il-ġarr, id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta’ l-art, it-tehid ta’ l-art u r-riskji hidro-ġeoloġiċi, waqt li jingħata kont dovut lid-diversità reġjonali, li tinkludi speċifitajiet ta’ żoni tal-muntanja u aridi;

(d) il-promozzjoni ta’ l-amministrazzjoni sostenibbli ta’ industriji ta’ estrazzjoni sabiex inaqqas l-impatt ambjentali tagħhom;

(e) il-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-konservazzjoni u r-restorazzjoni tal-valuri ta’ l-art fil-politiki l-oħra li jinkludu t-turiżmu, waqt li jingħata kont dovut lill-istrumenti relevanti internazzjonali;

(f) il-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-biodiversità fil-politiki agrikolturali u jenkoraġġixxi l-iżvilupp rurali sostenibbli, kif ukoll agrikoltura multi-funzjonali u sustenibbli, billi:

- l-inkoraġġiment ta’ l-użu totali ta’ l-opportunitajiet kurrenti tal-Politika Agrikola Komuni u ta’ miżuri oħra;

- il-promozzjoni ta’ biedja aktar ambjentalment responsabbli, li tinkludi, fejn xieraq, metodi ta’ produzzjoni estensivi, prattiċi ta’ biedja integrati, biedja organika u agri-biodiversità, fir-reviżjonijiet tal-futur tal-Politika Agrikola Komuni, waqt li jingħata kont dovut tal-bżonn ta’ approċċ ibbilanċjat għar-rwol multi-funzjonali tal-komunitajiet rurali;

(g) il-promozzjoni ta’ l-użu sostenibbli ta’ l-ibħra u il-konservazzjoni ta’ eko-sistemi tal-baħar, li jinkludu l-qigħan ta’ l-ibħra, iż-żoni ta’ l-estwarju u kostali, waqt li tingħata attenzjoni speċjali għal siti li għandhom valur għoli ta’ biodiversità, billi:

- il-promozzjoni ta’ integrazzjoni akbar ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-Politika tas-Sajd Komuni, waqt li jieħdu l-opportunità tar-reviżjoni tagħha fl-2002;

- strateġija tematika għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni ta’ l-ambjent tal-baħar waqt li jingħata kont dovut, inter alia, tat-termini u ta’ l-obbligi ta’ l-implementazzjoni ta’ Konvenzjonijiet dwar il-baħar, u tal-bżonn li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatti tat-trasport bil-baħar u xi attivitajiet ibbażati fuq l-art u fuq il-baħar;

- il-promozzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata taż-żoni kostali;

- il-promozzjoni aktar fit-tul il-protezzjoni ta’ żoni tal-baħar, b’mod partikolari man-network Natura 2000 kif ukoll b’modi oħra tal-Komunità possibbli;

(h) l-implementazzjoni u l-iżvilupp aktar fit-tul strateġiji u miżuri dwar foresti li jimxu ma’ l-istrateġija dwar il-foresti ta’ l-Unjoni Ewropea, waqt li jingħata l-kont dovut lill-prinċipju tas-sussidjarità u kunsiderazzjonijiet dwar il-biodiversità, waqt li jikorporaw l-elementi li ġejjin:

- it-titjib tal-miżuri eżistenti tal-Komunità li jipproteġu il-foresti u l-implementazzjoni sostenibbli ta’ l-amministrazzjoni tal-foresti, permezz ta’ programmi nazzjonali tal-foresti, in konnessjoni mal-pjanijiet ta’ l-iżvilupp rurali, b’enfasi imkabbra dwar il-monitoraġġ tar-rwoli doppji tal-foresti, li jimxu mar-rekomandazzjonijiet adottati mill-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa u mill-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti u mill-Konvenzjoni dwar il-Biodiversità u fora oħra;

- l-inkoraġġiment ta’ kordinazzjoni effettiva bejn is-setturi tal-politika kollha involuti fix-xjenza tal-foresti, li jinkludu is-settur privat, kif ukoll il-kordinazzjoni ta’ dawk li huma involuti f’materji forestali;

- l-istimulazzjoni tat-tkabbir tas-sehem tas-suq għal injam prodott bil-mod sostenibbli, inter alia, permezz ta’ l-inkoraġġiment ta’ ċertifikazzjoni għal amministrazzjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll ta’ l-inkoraġġiment ta’ tikettjar ta’ prodotti relatati;

- il-kontinwazzjoni ta’ parteċipazzjoni attiva tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fl-implementazzjoni ta’ reżoluzzjonijiet globali u reġjonali u fid-diskussjonijiet u fin-negozjati dwar materji relatati mal-foresti;

- l-eżaminazzjoni ta’ possibilitajiet sabiex jittieħdu miżuri attivi sabiex jipprevenu u jiġġieldu konta s-sengħa ta’ injam maqtugħ illegalment;

- l-inkoraġġiment tal-kunsiderazzjoni dwar l-effetti tal-bidla fil-klima fix-xjenza tal-foresti;

(i) dwar organiżmi modifikati bil-mod ġenetiku(GMOs):

- l-iżvilupp ta’ disposizzjonijiet u ta’ metodi għal stima ta’ riskju, ta’ identifikazzjoni, ta’ tikettjar u ta’ traċċabilità ta’ organiżmi modifikati bil-mod ġenetiku (GMOs) sabiex iseħħ monitoraġġ u kontroll effettiv ta’ effetti ambjentali u tas-saħħa;

- l-għan għal ratifika malajr u għall-implementazzjoni tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar is-Saħħa Bioloġika u li jappoġġa it-tkabbir ta’ kwadri regolatorji fil-pajjiżi terzi fejn hemm bżonn permezz ta’ assistenza finanzjarja u teknika.

Artikolu 7

Għanijiet u ambiti ta’ prijorità għal azzjoni dwar l-ambjent u is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu insegwiti permezz ta’ l-għanijiet li ġejjin, waqt li jingħata kont dovut lill-i standards, lill-linji gwida u lill-programmi relevanti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO):

- li jintlaħaq ftehim aħjar tat-theddidiet għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem sabiex tittieħed azzjoni li tippreveni jew tnaqqas dawn it-theddidiet;

- il-kontribuzzjoni għal kwalità aħjar tal-ħajja permezz ta’ aproċċ integrat li jikkonċentra fuq żoni urbani;

- l-għan li għandu jintlaħaq sa ġenerazzjoni waħda (2020) li il-kimiċi huma biss prodotti u użati bil-modi li ma jwasslux għal impatt sinifikanti relevanti fuq il-ħajja u fuq l-ambjent, waqt li jirrikonoxxi li in-nuqqas ta’ tagħrif dwar il-proprjetajiet, l-użu, ir-rimi u l-esposizzjoni tal-kimiċi għandu jintgħeleb;

- kimiċi perikolużi għandhom ikunu sostitwiti minn kimiċi anqas perikolużi jew teknologiji anqas perikoluzi li ma jinvolvux l-użu ta’ kimiċi, bil-għan li jnaqqsu r-riskji għall-bniedem u għall-ambjent;

- it-tnaqqis ta’ l-impatti tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u aktar ġenerali sabiex jintlaħaq użu aktar sostenibbli ta’ pestiċidi kif ukoll tnaqqis sinifikanti fir-riskji u fl-użu tal-pestiċidi konsistenti mal-protezzjoni neċessarja ta’ l-uċuh tar-raba’. Pestiċidi fil-użu li huma persistenti jew bio-akkumulattivi jew tossiċi jew li għandhom xi proprjetajiet oħra ta’ interess għandhom ikunu sostitwiti bil-pestiċidi li huma ta’ anqas ħsara fejn possibbli;

- li jintlaħqu livelli ta’ kwalità ta’ l-ilma ta’ l-art u tal-wiċċ li ma jħallux impatti sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem jikbru, kif ukoll sabiex jaċċerta li r-rati ta’ l-estrazzjoni minn riżorsi ta’ l-ilma huma sostenibbli għal żmien twil;

- li jintlaħqu livelli ta’ kwalità li ma jħallux impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent;

- it-tnaqqis b’mod sostanzjali tan-numru ta’ nies regolarment affettwati minn livelli medji ta’ l-istorbju fuq perjodu ta’ żmien, b’mod partikolari mit-traffiku li, skond studji xjentifiċi, jikkawżaw effetti detrimentali fuq is-saħħa tal-bniedem u il-preparament għall-pass li jmiss fix-xogħol mad-direttiva dwar l-istorbju.

2. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu insegwiti permezz ta’ l-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin:

(a) tisħiħ tal-programmi ta’ riċerka tal-Komunità u ta’ abbiltà xjentifika, u l-inkoraġġiment għall-kordinazzjoni internazzjonali ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali, sabiex jappoġġaw il-gwadann ta’ l-għanijiet dwar is-saħħa u dwar l-ambjent, u b’mod partikolari:

- l-identifikazzjoni u r-rekommandazzjonijiet dwar l-ambiti ta’ prijorità għar-riċerka u għal azzjoni li jinkludu fost oħrajn l-impatti potenzali fuq is-saħħa ta’ sorsi ta’ tniġġiż elettromanjetiki u li jinkludu attenzjoni partikolari għall-iżvilupp u għall-validazzjoni t’ metodi alternattivi għal testijiet fuq l-annimali b’mod partikolari fl-ambitu tas-sigurtà kimika;

- definizzjoni u l-iżvilupp ta’ indikaturi tas-saħħa u ta’ l-ambjent;

- ri-eżaminazzjoni, l-iżvilupp u l-aġġornar ta’ standards kurrenti tas-saħħa u valuri tal-limiti, li jinkludu fejn xieraq, l-effetti fuq gruppi potenzalment vulnerabbli, bħal ngħidu aħna, it-tfal jew l-anzjani u s-sinerġija u l-impatt reċiproku ta’ pollutanti varji;

- reviżjoni tat-tendenzi u id-disposizzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ twissija minn kmieni għal problemi ġodda jew emerġenti;

(b) dwar il-kimiċi:

- l-għoti tar-responsabbiltà fuq il-manufatturi, l-importaturi l-utenti f’dan l-ambitu għall-ġenerazzjoni ta’ l-għarfien dwar il-kimiċi kollha (responsabbiltà tal-ħsieb) u fl-istima tar-riskji ta’ l-użu tagħhom, li jinkludi fil-prodotti, kif ukoll fl-irkupru jew fir-rimi tagħhom;

- l-iżvilupp ta’ sistema koerenti ibbażata fuq approċċ imqassam, li jeskludi sustanzi kimiċi użati fi kwantitajiet baxxi ħafna, għat-testijiet, għall-istima tar-riskji u għall-amministrazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi ġodda u eżistenti bi proċeduri ta’ prova li jnaqqsu il-bżonn għal testijiet fuq l-annimali u li jiżviluppaw metodi ta’ testijiet alternattivi;

- ikun żgurat li is-sustanzi kimiċi ta’ ħsieb huma soġġetti għal riskju mgħaġġel ta’ proċeduri amministrattivi u li s-sustanzi ta’ ħsieb għoli ħafna, li jinkudu karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għal sustanzi tar-riproduzzjoni u dawk li għandhom karatteristiċi ta’ POPs (pollutanti persistenti organiċi), huma użati biss f’każi ġustifikati u spjegati b’mod ċar u għandhom ikunu awtorizzati qabel l-użu tagħhom;

- ikun żgurat li ir-riżultati ta’ l-istimi tar-riskju tal-kimiċi huma mgħotija il-kont dovut fl-ambiti kollha tal-leġislazzjoni tal-Komunità fejn il-kimiċi huma regolati u sabiex ma jseħħx xogħol doppju;

- il-provediment ta’ kriterji għal inklużjoni ma’ dawk is-sustanzi ta’ ħsieb għoli dawk li huma persistenti u bio-akkumulattivi u tossiċi u sustanzi li huma persistenti ħafna u bio-akkumulattivi ħafna u il-previżjoni taż-żieda ta’ telliefa ta’ endokrini meta il-metodi tat-testijiet u il-kriterji huma stabbiliti;

- ikun żgurat li il-miżuri ċentrali li huma neċessarji fir-rigward ta’ l-għanijiet identifikati huma żviluppati malajr sabiex huma jidħlu fis-seħħ qabel ir-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien;

- ikun żgurat li il-pubbliku għandu aċċess għal informazzjoni mhux kunfidenzali fir-Reġistru tal-Komunità dwar il-Kimiċi (REACH Register);

(ċ) dwar il-pestiċidi:

- l-implementazzjoni totali u ir-reviżjoni ta’ l-effettività tal-kwadru legali applikabbli [9] sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni, meta amendat. Din ir-reviżjoni tista’ tinkludi, fejn xieraq, stima kumparattiva u l-iżvilupp ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ proċeduri tal-Komunità għat-tpoġġijja fis-suq;

- strateġija tematika dwar l-użu sostenibbli ta’ pestiċidi li tindirizza:

(i) it-tnaqqis tal-perikli u tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidi;

(ii) kontrolli imtejba dwar l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi;

(iii) it-tnaqqis tal-livelli ta’ sustanzi perikolużi attivi li jinkludi is-sostituzzjoni ta’ dawk l-aktar perikolużi ma’ oħrajn mhux perikolużi, li jinkludu alternattivi mhux kimiċi;

(iv) l-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ ta’ kultivazzjoni ta’ ftit jew ta’ l-ebda użu ta’ pestiċidi fost oħrajn billi titqajjem il-kuxjenza ta’ l-utenti, permezz tal-promozzjoni ta’ l-użu ta’ kodiċi għal prattiċi xierqa, u l-promozzjoni tal-kunsiderazzjoni ta’ l-applikazzjoni possibbli ta’ strumenti finanzjarji;

(v) sistema trasparenti għal rapporti u għal monitoraġġ tal-progress magħmula sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-istrateġija li jinkludi l-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa;

(d) dwar il-kimiċi u il-pestiċidi:

- il-mira għal ratifika malajr tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam fuq il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel dwar ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali u tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Persistenti Organiċi (POPs);

- l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2455/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 li jirrigwarda l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti kimiċi perikolużi [10] bil-għan li jagħmlu konformi mal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam, li jtejjeb il-mekkaniżmi proċedurali tiegħu u jtejjeb l-informazzjoni għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;

- l-appoġġ għal titjib ta’ l-amministrazzjoni tal-kimiċi u tal-pestiċidi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u fil-pajjiżi kandidati, li jinkludi l-eliminazzjoni ta’ ħażniet ta’ pestiċidi li ma għadhomx jintużaw,inter alia, permezz ta’ proġetti li jappoġġaw tneħħija bħal din;

- il-kontribuzzjoni għal sforzi internazzjonali dwar l-elaborazzjoni ta’ approċċ strateġiku dwar l-amministrazzjoni internazzjonali tal-kimiċi;

(e) dwar l-użu sostenibbli u kwalità għolja ta’ l-ilma:

- ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, il-prevenzjoni ta’ tniġġiż u il-promozzjoni ta’ użu sostenibbli ta’ l-ilma;

- il-ħidma lejn l-aċċertament ta’ l-implementazzjoni totali tad-Direttiva Kwadru dwar l-Ilma [11], li timmira għal stat ta’ l-ilma ekoloġiku, kimiku u kwantitattiv aktar u għal amministrazzjoni koerenti u sostenibbli ta’ l-ilma;

- l-iżvilupp ta’ miżuri li jimmiraw għal tnaqqis ta’ ħruġ, emissjonijiet u telf ta’ Sustanzi Perikolużi ta’ Prijorità, konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Kwadru dwar l-ilma;

- ikun żgurat livell għoli ta’ ilma għall-ħasil, li jinkludi reviżjoni tad-Direttiva ta’ l-Ilma għall-Ħasil [12];

- ikun żgurat li isseħħ integrazzjoni tal-kunċetti u ta’ l-approċċi tad-Direttiva Kwadru dwar l-ilma u ta’ direttivi oħra dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma fil-politiki oħra tal-Komunità;

(f) dwar il-kwalità ta’ l-arja, l-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-miżuri fl-Artikolu 5 fis-setturi tat-trasport, ta’ l-industrija u ta’ l-enerġija għandhom jaqblu ma’ u jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja. Aktar miżuri previsti huma:

- it-titjib tal-monitoraġġ u ta’ l-istimi tal-kwalità ta’ l-arja, li jinkludu d-deposizzjoni tal-pollutanti, u id-disposizzjoni ta’ l-informazzjoni għall-pubbliku, li tinkludi l-iżvilupp u l-użu ta’ l-indikaturi;

- strateġija tematika sabiex issaħħaħ politika koerenti u integrata dwar it-tniġġiż ta’ l-arja sabiex tinkludi prijoritajiet għal aktar azzjonijiet, ir-reviżjoni u l-aġġornar fejn xieraq l-i standards tal-kwalità ta’ l-arja u il-limiti nazzjonali ta’ l-emissjonijiet b’ħarsa dwar kif għandhom jintlaħqu l-għan fit-tul li ma jkunx hemm qbiż tagħbijiet u livelli kritikali u l-iżvilupp ta’ sistemi aħjar għall-ġbir ta’ l-informazzjoni, għall-mudellar u għall-previżjoni;

- l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa li jikkonċernaw l-ożonu tal-livell ta’ l-art u partikoli;

- il-kunsiderazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ta’ ġewwa u l-impatti fuq is-saħħa, bir-rekomandazzjonijiet għall-miżuri fil-futur fejn xieraq;

- l-adozzjoni ta’ rwol importanti fin-negozjati u fl-implimentazzjni tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu;

- l-adozzjoni ta’ rwol importanti fin-negozjati dwar u t-tisħiħ tar-rabtiet u l-interazzjoni mal-proċessi internazzjonali li jikkontribwixxu għal arja nadifa fl-Ewropa;

- aktar żvilupp ta’ strumenti speċifiċi tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn kategoriji relevanti ta’ egħjujn;

(g) dwar l-istorbju:

- il-miżuri supplimentari kifu ukoll it-titjib tagħhom, li jinkludu proċeduri ta’ approvazzjoni tat-tip xierqa, dwar emissjonijiet ta’ l-istorbju minn servizzi u prodotti, b’mod partikolari minn vetturi tal-mutur li jinkludu miżuri sabiex jitnaqqas l-istorbju mill-interazzjoni bejn it-tajers u il-wiċċ tat-triq li ma jwigħedx sigurtà fit-triq, mill-vetturi tal-ferrovija, ta’ l-ajru u makkinarju li jitmexxa;

- l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ strumenti li jimmitigaw l-istorbju tat-traffiku fejn xieraq, bħal ngħidu aħna, tnaqqis fid-domanda għat-trasport, bidliet għal mezzi anqas storbjużi ta’ trasport, il-promozzjoni ta’ miżuri tekniċi u ta’ ippjanar sostenibbli ta’ trasport;

(h) dwar l-ambjent urban:

- strateġija tematika li tippromwovi approċċ integrat oriżżontali matul il-politiki tal-Komunità u li ittejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent urban, waqt li tagħti kont dovut lill-progress magħmul permezz ta’ l-implementazzjoni tal-kwadru ta’ koperazzjoni eżistenti [13] issir reviżjoni tiegħu fejn xieraq, u jindirizza:

- il-promozzjoni ta’ l-Aġenda Lokali 21;

- it-tnaqqis fir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u id-domanda għal trasport tal-passiġġieri;

- il-bżonn għal sehem akbar fit-trasport pubbliku, ferroviji, passaġġi ta’ l-ilma fil-pajjiżi, mixi u l-użu tar-roti;

- il-bżonn li tingħata attenzjoni lill-volumi dejjem jikbru tat-traffiku u sabiex issir firda sinifikanti bejn iż-żieda fit-trasport u iż-żieda fil-prodott gross domestiku;

- il-bżonn ta’ promozzjoni għall-vetturi bi ftit emissjonijiet fit-trasport pubbliku;

- il-kunsiderazzjoni ta’ indikaturi ta’ l-ambjent urban.

Artikolu 8

Għanijiet u ambiti ta’ prijorità għal azzjoni dwar l-użu u l-amministrazzjoni sostenibbli ta’ riżorsi naturali u superfluwi

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu insegwiti permezz ta’ l-għanijiet li ġejjin:

- ikun żgurat li il-konsum tar-riżorsi u l-impatti assoċjati tagħhom ma jaqbżux il-kapaċità li jiflaħ l-ambjent u li ma jkissrux ir-rabtiet bejn it-tkabbir ekonomiku u l-użu tar-riżorsi. F’dan il-kuntest il-mira indikativa li jintlaħaq perċentaġġ ta’ 22 % fuq il-produzzjoni ta’ l-elettriku minn enerġiji li jiġġeddu sa l-2010 fil-Komunità hija msemmija bil-ħarsa dwar kif titkabbar l-effiċjenza tar-riżorsi u ta’ l-enerġija;

- li jintlaħaq tnaqqis sinifikanti fil-volumi ta’ superfluwi ikkawżat minn inizjattivi ta’ prevenzjoni ta’ skart, effiċjenza aħjar tar-riżorsi u bidla għal produzzjoni kif ukoll modi ta’ konsum aktar sostenibbli;

- tnaqqis sinifikanti fil-kwantità ta’ skart li jintrema u fil-volumi ta’ skart perikoluż prodott waqt li ma jiżdiedux l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija;

- inkoraġġiment ta’ l-użu doppju ta’ ċerti prodotti u ta’ skart li huwa iġġenerat: il-livell ta’ kemm huma perikolużi għandu jitnaqqas u għandu jkollhom riskju mill-anqas possibbli; preferenza għandha tingħata lill-użu doppju u b’mod speċjali lir-reċiklaġġ; il-kwantità ta’ skart għar-rimi għandha titnaqqas kif ukoll għandha tintrema b’mod mhux perikoluż; superfluwi intenzjonati għar-rimi għandhom jinħadmu qrib kemm jista’ jkun il-post minn fejn oriġinaw, sakemm dan ma jwassalx għal tnaqqis fl-effiċjenza ta’ operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart.

2. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu insegwiti waqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-approċċ tal-Politika tal-Prodott Integrat u l-istrateġija tal-Komunità għall-amministrazzjoni ta’ l-iskart [14] permezz tal-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin:

(i) l-iżvilupp ta’ strateġija tematika dwar l-użu u l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi, li tinkludi inter alia:

(a) stima tal-linji tal-materjali u ta’ l-iskart tal-Komunità, li jinkludu l-importi u l-esporti bħal ngħidu aħna permezz ta’ l-użu ta’ l-istrument tal-material flow analysis;

(b) reviżjoni ta’ l-effiċjenza tal-miżuri tal-politika u l-impatt tas-sussidji relatati mar-riżorsi naturali u ma’ l-iskart;

(ċ) l-istabbiliment ta’ għanijiet u miri għal effiċjenza tar-riżorsi u l-użu imnaqqas tar-riżorsi, it-tnaqqis fir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti negattivi ambjentali;

(d) il-promozzjoni ta’ metodi ta’ estrazzjoni u ta’ produzzjoni u ta’ tekniki li jinkoraġġixxu eko-effiċjenza u l-użu sostenibbli ta’ materjali mhux maħduma, ta’ enerġija, ta’ l-ilma u ta’ riżorsi oħrajn;

(e) l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ għażla wiesgħa ta’ strumenti li jikludu riċerka, trasferiment tat-teknoloġija, strumenti ibbażati fuq is-suq u oħrajn fuq l-ekonomija, programmi ta’ l-aħjar prattiċi u indikaturi ta’ effiċjenza tar-riżorsi;

(ii) L-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ miżuri dwar prevenzjoni ta’ skart u ta’ amministrazzjoni permezz ta’, inter alia:

(a) l-iżvilupp ta’ sett ta’ miri kwantitattivi u kwalitattivi li jnaqqsu li jinkludu l-iskart kollu relevanti, li għandhom jintlaħqu fil-livell tal-Komunità sa l-2010. Il-Kummissjoni hija mistiedna sabiex tipprepar proposta għal miri bħal dawn sa l-2002;

(b) l-inkoraġġiment ta’ disinn tal-prodotti li huwa kemm ekoloġiku kif ukoll sostenibbli;

(ċ) li titqajjem l-attenzjoni tal-pubbliku dwar il-kontribuzzjoni potenzali tagħhom dwar it-tnaqqis ta’ l-iskart;

(d) formulazzjoni ta’ miżuri operazzjonali sabiex jinkoraġġixxu il-prevenzjoni ta’ l-iskart, bħal ngħidu aħna, tistimola l-użu doppju u li terġa’ tuża, tnaqqis ta’ ċerti sustanzi u materjali permezz ta’ miżuri relatati mal-prodott;

(e) l-iżvilupp ta’ aktar indikaturi fil-qasam ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart;

(iii) L-iżvilupp ta’ strateġija tematika dwar ir-reċiklaġġ ta’ l-iskart, li tinkludi inter alia:

(a) miżuri immirati sabiex jiżguraw separazzjoni ta’ l-egħjun, il-ġbir u ir-riċiklaġġ ta’ linji ta’ skart ta’ prijorità;

(b) żvilupp aktar fit-tul tar-responsabbilità tal-produttur;

(ċ) l-iżvilupp u it-trasferiment ta’ teknoloġija ta’ riċiklaġġ u ta’ trattamet sana għall-ambjent;

(iv) L-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar l-iskart, li tinkludi, inter alia, skart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, drenaġġ [15], skart biodegradabbli, pakketti [16], batteriji [17] u shipment skart [18], klarifikazzjoni tad-distinzjoni bejn l-iskart u dak li mhux skart u l-iżvilupp ta’ kriterji adekwati għal spjegazzjoni aktar fit-tul ta’ l-Anness IIA u IIB tad-direttiva kwadru dwar l-iskart [19].

Artikolu 9

Għanijiet u ambiti ta’ prijorità għal azzjonijiet dwar materji internazzjonali

1. L-għan stabbilit fl-Artikolu 2 dwar materji internazzjonali u dwar id-dimensjonijiet internazzjonali ta’ l-erba’ ambiti ambjentali ta’ prijorità jinvolvi l-għanijiet li ġejjin:

- l-insegwiment ta’ politiki ambjentali ambizzjużi fuq livell internazzjonali waqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-kapaċità li jiflaħ l-ambjent globali;

- il-promozzjoni aktar fit-tul ta’ konsum u ta’ modi ta’ produzzjoni sostenibbli fuq il-livell internazzjonali;

- isir progress sabiex ikun żgurat li il-politiki tal-kummerċ u ta’ l-ambjent huma appoġġati b’mod reċiproku.

2. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu segwiti permezz ta’ l-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin:

(a) l-integrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-politiki esterni kollha tal-Komunità, li jinkludu koperazzjoni bejn il-kummerċ u l-iżvilupp, sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli permezz ta’ inter alia l-elaborazzjoni tal-linji gwida;

(b) l-istabbiliment ta’ sett koerenti ta’ miri ambjentali u ta’ żvilupp li għandhom ikunu promossi għall-adozzjoni bħala parti mill-"patt jew ftehim dinji ġdid" fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002;

(ċ) ħidma lejn tisħiħ ta’ governanza ambjentali interazzjonali permezz tar-rinforzi gradwali ta’ koperazzjoni multilaterali u tal-kwadru istituzzjonali li jinkludi ir-riżorsi;

(d) mira għal ratifika malajr, qbil effettiv u infurzar tal-konvenzjonijiet u tal-ftehim relatati ma’ l-ambjent fejn il-Komunità għandha Partit;

(e) il-promozzjoni ta’ prattiċi sostenibbli ambjentali fi krediti ta’ investimenti u ta’ esport barranin;

(f) tisħiħ ta’ sforzi fuq livell internazzjonali sabiex jintlaħaħ konsensus dwar il-metodi għall-evalwazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, kif ukoll approċċi ta’ amministrazzjoni ta’ riskji li jinkludu il-prinċipju ta’ prekawzjoni;

(g) jintlaħaq appoġġ reċiproku bejn il-kummerċ u il-bżonn ta’ protezzjoni ambjentali, billi jingħata kont dovut lid-dimensjoni ta’ l-ambjent fl-Istimi ta’ l-Impatt Sostenibbli ta’ ftehim dwar il-kummerċ multilaterali sabiex jidħlu fis-seħħ minn stadju kmieni tan-negozjati tagħhom u billi jaġixxu kif xieraq;

(h) promozzjoni aktar fit-tul ta’ sistema ta’ kummerċ dinjija li tagħraf b’mod totali Ftehim Ambjentali Multilaterali jew Reġjonali u l-prinċipju ta’ prekawzjoni, waqt li tenfasizza l-opportunitajiet għal kummerċ fi prodotti u servizzi sostenibbli u li jaqblu ma’ l-ambjent;

(i) promozzjoni ta’ Ambjent ta’ koperazzjoni bejn il-pajjizi girien u reguni.;

(j) promozzjoni ta’ politika aħjar li tippromwovi ghaqda billi taghqad ix-xoghol li jkun sar gewwa l-ambiti ta’ konvenzjonijiet differenti, li jinkludu stima ta’ interlinkages bejn biodiversità u tibdil fil-klima, u l-integrazzjoni ta’ biodiversità b’konsiderazzjoni tal-implementazzjonijiet ta’ "United Nations Framework Conventionon Climate Change" u tal-Protokoll ta’ Kyoto.

Artikolu 10

Tfassil ta’ politika ambjentali

L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 dwar tfassil ta’ politika ambjentali ibbażata fuq il-parteċipazzjoni u l-aqwa tagħrif xjentifiku disponibbli u fuq l-approċċi strateġiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom ikunu insegwiti permezz ta’ l-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin:

(a) żvilupp tal-mekkaniżmi imtejba u tar-regoli u tal-prinċipji ġenerali ta’ governanza tajba mill-liema il-persuni li għandhom interess huma ikkonsultati b’mod wiesgħa u estensiv fl-istadji kollha sabiex jiffaċilitaw l-għażliet l-aktar effettivi li jwasslu għall-aqwa riżultati għall-ambjent u għall-iżvilupp sostenibbli dwar il-miżuri li għandhom ikunu proposti;

(b) tisħiħ tal-parteċipazzjoni fil-proċess tad-djalogu minn Għaqdiet Non-Governattivi dwar l-ambjent permezz ta’ l-appoġġ xieraq, li jinkludi finanzi mill-Komunità;

(ċ) titjib tal-proċess tat-tfassil tal-politika permezz:

- evalwazzjoni ex-ante ta’ l-impatti possibbli, b’mod partikolari l-impatti ambjentali, ta’ politiki ġodda li jinkludu l-alternattivi ta’ meta ma sseħħx azzjoni u tal-proposti tal-leġislazzjoni u tal-pubblikazzjoni tar-riżultati;

- evalwazzjoni ex-post ta’ l-effettività tal-miżuri eżistenti dwar kif jilħqu l-għanijiet ambjentali tagħhom;

(d) ikun żgurat li l-ambjent u notevolment l-ambiti ta’ prijorità identifikati f’dan il-Programm huma ta’ prijorità maġġuri għal programmi ta’ riċerka tal-Komunità. Reviżjoni regolari ta’ ħtiġijiet u prijoritajiet ta’ riċerki ambjentali għandha tittieħed fil-kuntest tal-Programm Kwadru tal-Komunità tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku. Tkun żgurata kordinazzjoni aħjar tar-riċerka relatata ma’ l-ambjent immexxijja fl-Istati Membri inter alia sabiex ittejjeb l-applikazzjoni tar-riżultati;

l-iżvilupp ta’ pontijiet bejn l-ambjent u fatturi oħrajn fil-oqsma ta’ l-informazzjoni, tat-taħriġ, tar-riċerka, ta’ l-edukazzjoni u tal-politika;

(e) tkun żgurata informazzjoni regolari, li tkun provduta mill-bidu ta’ l-2003, li tgħin sabiex tipprovdi bażi għall:

- deċiżjonijiet politiċi dwar l-ambjent u dwar l-iżvilupp sostenibbli;

- ir-reviżjoni ta’ l-integrazzjoni ta’ l-istrateġiji tas-settur kif ukoll ta’ l-Istrateġija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli;

- informazzjoni għall-pubbliku aktar ġenerali.

Il-produzzjoni ta’ din l-informazzjoni għandha tkun appoġġata permezz ta’ rapporti regolari mill-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent u xi partiti relevanti oħra. L-informazzjoni għandha tikkonsisti notevolment fl-:

- intestaturi ta’ indikaturi ambjentali;

- indikaturi dwar l-istat u it-tendenzi ta’ l-ambjent;

- indikaturi ta’ l-integrazzjoni;

(f) reviżjoni u monitoraġġ regolari ta’ l-informazzjoni u rapporti tas-sistemi bil-ħarsa għal sistema aktar koerenti u effettiva sabiex tiżgura rapporti effettivi ta’ kwalità għolja, informazzjoni u data ambjentali imqabbla u relevanti. Il-Kummissjoni hija mistiedna, mill-aktar fis possibli, sabiex tipprovdi proposta kif xierqa għal dan it-tmiem. Monitoraġġ, ġbir tad-data u ħtiġijiet tar-rapporti għandhom ikunu indirizzażti b’mod effiċjienti fil-leġislazzjoni ambjentali futura;

(g) tisħiħ ta’ l-iżvilupp u ta’ l-użu ta’ monitoraġġ tad-dinja(eż. teknoloġija tas-satelliti) applikazzjonijiet u għodda li jappoġġaw it-tfassil u l-implementazzjoni tal-politika.

Artikolu 11

Monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riżultati

1. Fir-raba’ sena ta’ operazzjoni tal-Programm il-Kummissjoni għandha tevalwa il-progress magħmul fl-implementazzjoni tiegħu flimkien mat-tendenzi u mal-prospetti ambjentali assoċjati. Dan għandu jseħħ fuq il-bażi ta’ sett ta’ indikaturi intelliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tagħti dan ir-rapport ta’ nofs is-sena flimkien ma’ kwalunkwe proposta għal emenda li hija tikkunsidra bħala xierqa għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill stima finali tal-Programm u l-istat u il-prospetti għall-ambjent fil-kors ta’ l-aħħar sena tal-Programm.

Artikolu 12

Din id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2002.

Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 218.

[2] ĠU C 221, tas-7.8.2001, p. 80.

[3] ĠU C 357, ta’ l-14.12.2001, p. 44.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 47 E, tal-21.2.2002, p. 113), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU C 4, tas-7.1.2002, p. 52) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2002 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Mejju 2002 u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2002.

[5] Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-Iskema ta’ amministrazzjoni u verifika ta’ l-ambjent tal-Komunità (EMAS)) (ĠU L 114, ta’ l-24.4.2001, p. 1).

[6] Regolament (KE) Nru 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jirrigwarda l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent ("LIFE")) (ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 1).

[7] Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni ma’ l-Informazzjoni, mal-Parteċipazzjoni Pubblika fit-tfassil tad-Deċiżjonijiet u Aċċess għal Ġustizzja f’Materji Ambjentali, Aarhus, 25 ta’ Ġunju 1998.

[8] ĠU L 309, tat-13.12.1993, p. 1.

[9] Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna il-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti (ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1).Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/49/KE (ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 61).

[10] ĠU L 251, tad-29.8.1992, p. 13. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2247/98 (ĠU L 282, ta’ l-20.10.1998, p. 12).

[11] Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi kwadru ta’ azzjoni għall-Komunità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1).

[12] Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1975 li tikkonċerna il-kwalità ta’ l-ilma għall-ħasil (ĠU L 31, tal-5.2.1976, p. 1).Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[13] Deċiżjoni Nru 1141/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar kwadru ta’ ko-operazzjoni tal-Komunità sabiex jippromwovi żvilupp urban sostenibbli (ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 1).

[14] Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Frar 1997 dwar l-istrateġija tal-Komunità dwar l-amministrazzjoni ta’ l-iskart (ĠU C 76, tal-11.3.1997, p. 1).

[15] Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari dwar il-ħamrija, meta materjal tad-dranaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, ta’ l-4.7.1986, p. 6). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[16] Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-pakketti u l-iskart ta’ l-ippakkjar (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10).Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/177/KE (ĠU L 56, ta’ l-4.3.1999, p. 47).

[17] Direttiva tal-Kummissjoni 93/86/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1993 li tadatta għall-progress tekniku Direttiva tal-Kunsill 91/157/KEE dwar batteriji u akkumulaturi li fihom jinsabu ċerti sustanzi perikolużi (ĠU L 264, tat-23.10.1993, p. 51).

[18] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-sorveljanza u dwar il-kontroll ta’ l-iskart ġewwa, għal ġol-u għal barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1)..Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/816/KEE (ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 45).

[19] Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32).

--------------------------------------------------

Top