EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0996

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tas-sistemi legali u l-implimentazzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

OJ L 349, 24.12.2002, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 006 P. 68 - 70
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 006 P. 37 - 39
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 006 P. 37 - 39
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 016 P. 49 - 51

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/996/oj

32002D0996



Official Journal L 349 , 24/12/2002 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Novembru 2002

li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tas-sistemi legali u l-implimentazzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2002/996/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 29 u 34(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' Spanja [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni fl-20 ta' Settembru 2001 iddeċidiet, kif reġistrat fil-punt 15 tal-konkluzjonijiet tagħha, li tagħti ordni lill-Kumitat ta' l-Artikolu 36 biex dan joħloq forma eħfef u aktar mgħaġġla tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif imfisser fl-Azzjoni Konġunta 97/827/JHA tal-5 ta' Diċembru 1997 biex ikun stabbilit mekkaniżmu għall-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta' impriżi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata [3], biex tkun definita proċedura għall-istima minn persuni ta' l-istess livell ta' l-arranġamenti antiterroristiċi nazzjonali.

(2) Huwa neċessarju li jittejbu s-sistemi legali nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-implimentazzjoni tagħhom.

(3) Ir-responsabbiltà primarja għad-disinn ta' kull sistema legali u biex tkun implimentata f'livell nazzjonali hi ta' kull Stat Membru, għalkemm, fil-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin fuq il-kontenut biex tkun miksuba effiċjenza akbar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

(4) Huwa wkoll mixtieq, skond il-kontenut tal-mandat tal-Kunsill ta' l-20 ta' Settembru 2001 imsemmi hawn fuq, li jkun stabbilit mekkaniżmu li, fil-kuntest tal-koperazzjoni prevista fit-Trattat, jagħmel possibbli li l-Istati Membri jkun jistgħu jevalwaw is-sistemi legali nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-implimentazzjoni tagħhom fuq bażi ta' ugwaljanza u fiduċja reċiproka,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni

1. Mekkaniżmu għall-evalwazzjoni minn persuni ta' l-istess livell ta' l-arranġamenti nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-kwadru tal-koperazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri għandu jkun stabbilit skond ir-regoli dettaljati stabbiliti hawn taħt.

2. Kull Stat Membru għandu jintrabat li jassigura li l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu jikkoperaw mill-viċin mal-gruppi ta' evalwazzjoni li huma stabbiliti skond din id-Deċiżjoni bil-għan li tkun implimentata, u b'konsiderazzjoni xierqa għar-regoli tal-liġi u l-etika applikabbli fil-livell nazzjonali.

Artikolu 2

Suġġetti għall-evalwazzjoni

1. Għal kull eżerċizzju ta' evalwazzjoni, is-suġġett speċifiku ta' l-evalwazzjoni kif ukoll l-ordni li l-Istati Membri għandhom ikunu evalwati, għandhom ikunu definiti mill-Kumitat ta' l-Artikolu 36, fuq proposta mill-Presidenza.

Skond is-suġġett speċifiku magħżul għall-evalwazzjoni, il-Kumitat ta' l-Artikolu 36 għandu wkoll jiddeċiedi jekk jinnominax Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill li jaqa' taħtu biex imexxi l-evalwazzjoni jew jekk jieħux ħsiebha hu stess.

Barra minnhekk, il-Kumitat ta' l-Artikolu 36 għandu jiddeċiedi fuq il-frekwenza ta' kull eżerċizzju ta' evalwazzjoni.

2. Il-Presidenza tal-Kunsill għandha tipprepara l-evalwazzjoni bl-għajnuna tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li għandu juża b'mod partikolari l-esperti nazzjonali sekondati magħha għal dak l-iskop. Il-Kummissjoni għandha tkun kompletament involuta fix-xogħol preparatorju.

3. L-ewwel eżerċizzju ta' evalwazzjoni għandu jkun lest mhux aktar tard minn nofs is-sena 2003.

Artikolu 3

Nomina ta' Esperti

1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, u mhux aktar tard minn erbgħa ġimgħat wara d-data li fiha il-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jiddeċiedi li jibda evalwazzjoni fuq xi suġġett speċifiku, l-ismijiet ta' minn wieħed sa tliet esperti li għandhom esperjenza sostanzjali tas-suġġett relatat ma' l-evalwazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u li jkunu preparati li jipparteċipaw f'mill-anqas eżerċizzju ta' evalwazzjoni wieħed.

2. Il-Presidenza għandha tifforma lista ta' esperti nominati mill-Istati Membri u għandha tressaqha quddiem il-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew lill-Grupp ta' Ħidma nominat għall-istess għan.

Artikolu 4

Il-Grupp ta' Evalwazzjoni

Fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 3(2), il-Presidenza għandha tagħżel grupp ta' żewġ esperti għall-evalwazzjoni ta' kull Stat Membru, waqt li tassigura li huma ma jkunux ċittadini ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

L-ismijiet ta' l-esperti magħżula biex jiffurmaw kull grupp ta' evalwazzjoni għandhom ikunu notifikati lill-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew lill-Grupp ta' Ħidma nominat għall-istess għan.

Il-grupp ta' evalwazzjoni għandu jkun assistit fil-kompiti kollha tiegħu mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Il-Preparazzjoni tal-Kwestjonarju

Il-Presidenza għandha, bl-assistenza tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, tifforma kwestjonarju għall-iskop li jkunu evalwati l-Istati Membri kollha fil-kwadru tas-suġġett speċifiku definit fl-Artikolu 2(1) u għandha tissottomettih għall-approvazzjoni lill-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew lill-Grupp ta' Ħidma nominat għall-istess skop. F'dan il-kuntest, fejn ikun xieraq, għamdha tiġi mitluba l-opinjoni ta' kull Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill b'kompetenza fis-suġġett kopert mill-evalwazzjoni. Il-kwestjonarju għandu jkun magħmul b'mod li jistabbilixxi l-informazzjoni utli kollha għat-tmexxija ta' l-evalwazzjoni. l-Istat Membru li jkun qiegħed jiġi evalwat għandu jassigura li jirrispondi il-kwestjonarju fi żmien xahar u bl-aktar mod komplet possibbli u li jissupplixxi fejn neċessarju id-disposizzjonijiet legali kollha u d-data teknika u prattika mitluba.

Artikolu 6

Żjara ta' Evalwazzjoni

Mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jirċievi ir-risposta għall-kwestjonarju, fejn ikun kunsidrat xieraq, il-grupp ta' evalwazzjoni għandu jmur f'dak l-Istat Membru, bil-ħsieb li jkunu ċċarati ir-risposti tal-kwestjonarju, bi programm ta' żjarat preparat mill-Istat Membru li jkun qiegħed jiġi miżjur fuq il-bażi tal-proposta tal-grupp ta' evalwazzjoni, għal intervisti ma' l-awtoritajiet politiċi, amministrattivi, tal-pulizija, tad-dwana u ġudizzjarji u kull korp relevanti ieħor.

Artikolu 7

Il-preparazzjoni tar-rapport abbozz

Mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara li jirċievi ir-risposti għall-kwestjonarju jew wara ż-żjara imsemmija fl-Artikolu 6 jekk dik iż-żjara tkun ġa saret, il-grupp ta' evalwazzjoni għandu jifforma rapport abbozz konċiż u jissottomettih lill-Istat Membru li jkun ġie evalwat, li għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien sitt ġimgħat. Jekk il-grupp ta' evalwazzjoni jikkonsidra li hu xieraq, għandu jemenda ir-rapport tiegħu fid-dawl tal-kummenti magħmula mill-Istat Membru evalwat.

Artikolu 8

Diskussjoni u adozzjoni tar-rapport

1. Il-Presidenza għandha tissottometti r-rapport abbozzat, li għandu jkun kunfidenzali, lill-membri tal-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew lill-Grupp ta' Ħidma nominat għal dan l-iskop, flimkien ma' xi kummenti mill-Istati Membri evalwati li ma kienux aċċettati mill-grupp ta' evalwazzjoni.

2. Il-laqgħa tal-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew il-Grupp ta' Ħidma nominat għal dan l-iskop għandha tibda bi preżentazzjoni tar-rapport abbozz mill-membri tal-grupp ta' evalwazzjoni. Ir-rappreżentant ta' l-Istat Membru evalwat għandu mbagħad jipprovdi kull kumment, informazzjoni jew spjegazzjoni li jidhirlu li jkun hemm bżonn. Il-Kumitat ta' l-Artikolu 36 jew il-Grupp ta' Ħidma nominat għal dan l-iskop għandu mbghad jiddiskuti ir-rapport abbozz u jadotta il-konklużjonijiet tiegħu permezz ta' kunsens.

3. Il-Presidenza għandha, fl-aħħar ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni komplet, tinforma lill-Kunsill bil-mezzi xierqa bir-riżultati ta' l-eżerċizzji ta' evalwazzjoni. Il-Kunsill jista', fejn jidhirlu li hu xieraq, jindirizza xi rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru konċernat u jista' jistiednu sabiex jirraporta lura lill-Kunsill dwar il-progress li jkun għamel sa limitu ta' żmien stabbilit mill-Kunsill.

4. Skond l-Artikolu 9(2), il-Presidenza għandha tinforma l-Parlament Ewropew fl-aħħar ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni komplet bl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

1. L-esperti fil-grupp ta' evalwazzjoni għandhom ikunu mitluba li jirrisspettaw il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni kollha li jirċievu b'konnessjoni mall-kompitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom għalhekk jassiguraw li l-esperti li huma jappuntaw skond l-Artikolu 3 ikollhom livell xieraq ta' sigurtà.

2. Ir-rapport miktub fil-kwadru ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun mill-anqas dokument ristrett. Iżda, l-Istat Membru evalwat jista' jippubblika ir-rapport fuq responsabbiltà tiegħu. Għandu jikseb il-kunsens tal-Kunsill jekk ikun jixtieq li jippubblika partijiet minnu biss.

Artikolu 10

Reviżjoni tal-mekkaniżmu

Mhux aktar tard mit-tmiem ta' l-ewwel evalwazzjoni ta' l-Istati Membri kollha, il-Kunsill għandu jeżamina r-regoli dettaljati u l-iskop tal-mekkaniżmu u għandu, jekk ikun xieraq, jagħmel aġġustamenti għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Data tad-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 12

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Haarder

[1] ĠU C 151, tal-25.6.2002, p. 14.

[2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Settembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 344, tal-15.12.97, p. 7.

--------------------------------------------------

Top