EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0833

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 t’ Ottubru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2000/672/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Venezwela (notifikat taħt dokument numru K(2002) 3902)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 285, 23.10.2002, p. 22–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 037 P. 223 - 226
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 044 P. 234 - 237
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 044 P. 234 - 237

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/833/oj

32002D0833



Official Journal L 285 , 23/10/2002 P. 0022 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 t’ Ottubru 2002

li temenda d-Deċiżjoni 2000/672/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Venezwela

(notifikat taħt dokument numru K(2002) 3902)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/833/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li twaqqaf il-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti mill-pixkeriji [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11(5) tagħha,

Billi:

(1) (1)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/672/KE ta’ l-20 t’ Ottubru 2000 li twaqqaf kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti mill-pixkeriji li joriġinaw fil-Venezwela [3], tgħid li is-"Servicio Autonomo de Recursos Pesqueros (SARPA) tal-Ministerio de Agricultura y Cria" għandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Venezwela biex tiġi verifikata u attestata l-konformità ta’ prodotti mill-pixkeriji u akwakulturi skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.1. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2) Wara ristrutturar ta’ l-amministrazzjoni Venezwelana, l-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti mill-pixkeriji nbidlet għall-"Instituto Nacional de la Pesca y Acuacultura (INAPESCA)". Din l-awtorità l-ġdida hija kapaċi li effettivament tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ.’2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant ta’ Inapesca u t-timbru ta’ din ta’ l-aħħar. Dan it-timbru b’kulur differenti minn dak ta’ firem oħrajn’.

(3) Id-Deċiżjoni 2000/672/KE għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens.

(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permamenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/672/KE hija emendata kif ġej:

1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

L-Instituto Nacional de la Pesca y Acuacultura (Inapesca) għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Venezwela biex tiġi verifikata u attestata l-konformità ta’ prodotti mill-pixkeriji u akwakulturi skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant ta' Inapesca u t-timbru ta' din ta' l-aħħar. Dan it-timbru b'kulur differenti minn dak ta' firem oħrajn."

3. L-Anness A huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tgħodd mis-7 ta’ Diċembru 2002.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, 22 t’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p. 46.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top