EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0069

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis

OJ L 10, 13.1.2001, p. 30–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Estonian: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Latvian: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Lithuanian: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Hungarian Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Maltese: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Polish: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Slovak: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140
Special edition in Slovene: Chapter 08 Volume 002 P. 138 - 140

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/69/oj

32001R0069



Official Journal L 010 , 13/01/2001 P. 0030 - 0032


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001

tat-12 ta' Jannar 2001

dwar it-tħaddim ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar it-tħaddim ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar ċerti kategorji ta' għajnuna orizzontali ta' l-Istat [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament [2],

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Pariri dwar l-Għajnuna ta' l-Istat,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti poter lill-Kummissjoni li tistabbilixxi f'regolament threshold li inqas minnu l-miżuri ta' għajuna jkunu meqjusa li ma jkunux jilħqu l-kriterji kollha ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk ma jkunux skond il-proċedura ta' notifika kif ipprovdut fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2) Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat u b'mod partikolari kkjarifikat, f'diversi deċiżjonijiet, il-prinċipju ta' l-għajnuna skond it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll il-politika tagħha dwar il-limitu de minimis, li dwaru jista' jitqies li ma jgħoddx l-Artikolu 87(1), l-aktar riċenti fl-avviż dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna ta' l-Istat [3]. Fid-dawl ta' din l-esperjenza u bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali, ikun xieraq li r-regola de minimis tkun stabbilita f'Regolament.

(3) In vista tar-regoli speċjali li jgħoddu fis-setturi ta' l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, u t-trasport, u r-riskju li anke ammonti żgħar ta' għajnuniet jistgħu jissodisfa l-kriterji ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat f'dawk is-setturi, hu xieraq li dan ir-Regolament ma jkunx jgħodd għal dawk is-setturi.

(4) Fid-dawl tal-Ftehim ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) dwar Sussidji u Miżuri ta' Countervailing [4], dan ir-Regolament m'għandux jeżenta l-għajnuna ta' l-esportazzjoni jew l-għajnuna li tiffavorixxi l-prodotti domestiċi fuq dawk importati. L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali, jew għal servizzi ta' studji jew konsulenza meħtieġa biex tniedi prodott ġdid jew eżistenti f'suq ġdid ma tikkostitwix normalment għajnuna għall-importazzjoni.

(5) Fid-dawl ta' l-esperjenza tal-Kummissjoni, jista' jkun stabbilit li l-għajnuna li ma teċċedix limitu ta' EUR 100000 fuq perjodu ta' tliEt snin ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Memrbi u/jew ma jgħawwiġx jew jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni u għalhekk ma taqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-perjodu rilevanti ta' tlIet snin għandu karattru mobbli, tali li għal kull għotja ġdida ta' għajnuna de minimis mogħtija matul it-tlIet snin preċedenti teħtieġ li tkun stabbilita. L-għajnuna de minimis għandha tkun ikkunsidrata li tingħata fil-mument li d-dritt legali li wieħed jirċievi jkun mogħti lill-benefiċjarju. Ir-regola de minimis hi mingħajr preġudizzju għall-posssibiltà li l-impriżi jirċievu, ukoll għall-istess proġett, l-għajnuna ta' l-Istat awtorizzata mill-Kummissjoni jew koperta permezz ta' Regolament dwar eżenzjoni tal-grupp.

(6) Għall-fini tat-trasparenza, it-trattament ugwali u t-tħaddim korrett tal-limitu de minimis, hu xieraq li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess metodu ta' kalkolazzjoni. Sabiex tkun iffaċilitata din il-kalkolazzjoni u skond il-prassi preżenti tat-tħaddim tar-regola de minimis, hu xieraq li l-ammonti ta' għajnuniet li jkunu f'forma ta' għotja kontanti għandhom ikunu konvertiti fl-ekwivalenti tal-għotja grossa tagħhom. Il-kalkolazzjoni ta' l-għotja ekwivalenti għall-għajnuna pagabbli f'diversi pagamenti, u l-kalkolazzjoni ta' l-għajnuna f'forma ta'self b'imgħax baxx, jeħtieġu l-użu tar-rati ta' interess tas-suq fiż-żmien ta' l-għotja. Bil-għan li jkun hemm tħaddim uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli ta' l-għajnuna ta' l-Istat, ir-rati tas-suq għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu meqjusa li jkunu r-rati ta' riferenza, sakemm, fil-każ ta'self b'imgħax baxx, is-self ikun kopert b'garanzija normali u ma jinvolvix riskju aktar minn dak li hu normali. Ir-rati ta' riferenza għandhom ikunu dawk li jkunu stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Kummissjoni abbażi tal-kriterji oġġettivi u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-Internet.

(7) Il-Kummissjoni għandha d-dover li tassigura li r-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat ikunu rispettati u b'mod partikolari li l-għajnuna mogħtija taħt ir-regoli de minimis taqbel mal-kondizzjonijiet tagħhom. Skond il-prinċipju ta' koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ksib ta' din il-ħidma billi jistabbilixxu l-makkinarju meħtieġ sabiex jassiguraw li l-ammont totali ta' l-għajnuna, mogħti lill-istess benefiċjarju taħt ir-regola de minimis, ma jaqbiżx il-limitu ta' EUR 100000 fuq perjodu ta' tliet snin. Għal dak il-għan, hu xieraq li l-Istati Membri, meta jagħtu l-għajnuna de minimis, għandhom jinfurmaw lill-impriża interessata bil-kwalità ta' l-għajnuna de minimis, jirċievu l-informazzjoni sħiħa fuq għajnuna de minimis oħra li tkun irċeviet matul l-aħħar tliet snin u jivverifikaw bil-għaqal li l-limitu de minimis ma jinqabiżx bil-għajnuna de minimis ġdida. B'mod alternattiv ir-rispett għal-limitu jista' jkun assigurat ukoll permezz ta' reġistru ċentrali.

(8) Meta wieħed jikkunsidra l-esperjenza tal-Kummissjoni u b'mod partikolari l-frekwenza li biha jkun ġeneralment meħtieġ li tkun riveduta l-politika dwar l-għajnuna ta' l-Istat, hu xieraq li l-perjodu tat-tħaddim ta' dan ir-Regolament ikun limitat. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun imġedded, l-Istati Membri għandhom ikollhom perjodu ta' aġġustament ta' sitt xhur għar-rigward ta' l-iskemi ta' għajnuna de minimis li kienu koperti permezz ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Iskop

Dan ir-Regolament jgħodd għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi fis-setturi kollha, bl-eċċezzjoni ta':

(a) is-settur tat-trasport u l-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-promozzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat;

(b) għajnuna għall-attivitajiet relatati ma' l-esportazzjoni, liema għajnuna tkun marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, għall-istabbiliment u l-operazzjoni tax-xibka ta' distribuzzjoni jew għall-ispiża kurrenti marbuta ma' l-attività ta' esportazzjoni;

(ċ) għajnuna li tkun dipendenti fuq l-użu ta' l-oġġetti domestiċi fuq dawk importati.

Artikolu 2

L-Għajnuna de minimis

1. Il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu li ma jaqblux mal-kriterji ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandhom għalhekk ma jaqgħux taħt ir-rekwiżit tan-notifika ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk dawn jaqblu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2. L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil xi impriża waħda m'għandhiex taqbeż EUR 100000 fuq xi perjodu ta' tliet snin. Il-limitu għandu għodd irrispettivament mill-forma ta' l-għajnuna jew l-oġġettiv rikjest.

3. Il-limitu fil-paragrafu 2 għandu jkun espress bħala għotja ta' flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu dawk sħaħ, qabel it-tnaqqis tat-tassazzjoni diretta. Meta tingħata l-għajnuna f'forma minbarra għotja, l-ammont ta' l-għajnuna għandu jkun l-għotja sħiħa ekwivalenti għall-għajnuna.

L-għajnuna li tkun pagabbli f'diversi pagamenti għandha tkun skontata għall-valur tagħha fil-mument li din tingħata. Ir-rata ta' interess li għandha tintuża għall-finijiet ta' skont u biex ikun ikkalkulat l-ammont ta' l-għajnuna f'forma ta' self b'imgħax baxx għandha tkun ir-rata ta' riferenza applikabbli fil-ħin ta' l-għotja.

Artikolu 3

Kumulazzjoni u Sorveljar

1. Meta xi Stat Membru jagħti għajnuna de minimis lil xi impriża, dan għandu jinforma lill-impriża dwar il-karattru ta' l-għajnuna de minimis u jikseb mill-impriża interessata l-informazzjoni kollha dwar għajnuna oħra de minimis li rċeviet matul it-tliet snin preċedenti.

L-Istat Membrui jista' jagħti biss l-għajnuna de minimis ġdida wara li jkun iċċekkja li din mhux ser tgħolli l-ammont totali ta' l-għajnuna de minimis li jkun irċieva matul il-perjodu rilevanti tat-tliet snin sal-livell 'il fuq mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2).

2. Fejn xi Stat Membru jkun stabbilixxa reġistru ċentrali ta' l-għajnuna de minimis li jkollu l-informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna kollha de minimis mogħtija minn xi awtorità ġewwa dak l-Istat Membru, ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma jibqax jgħodd minn dak il-mument li r-reġistru jkopri xi perjodu ta' tliet snin.

3. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-reġistri għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru li l-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ġew osservati. Ir-reġistri dwar xi għajnuna individwali de minimis għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha din tkun ingħatat u dwar xi skema ta' għajnuna de minimis, għal 10 snin mid-data li fiha l-aħħar għajnuna individwali ngħatat taħt dik l-iskema. Fuq talba bil-miktub l-Istat Membru interessat għandu jagħti lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol, jew dak il-perjodu itwal kif jista' jkun stabbilit fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa biex wieħed jistma jekk il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ġewx aderiti, b'mod partikolari l-ammont totali ta' l-għajnuna de minimis li xi impriża tkun irċeviet.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u perjodu ta' validità

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnl Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. Mat-tmiem tal-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, skemi ta' għajnuna de minimis li huma koperti b'dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jibbenefikaw minnu matul xi perjodu ta' aġġustament ta' sitt xhur.

Matul il-perjodu ta' aġġustament, dawn l-iskemi jistgħu jibqgħu jkunu applikati skond il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 142, ta' l-14.5.1998, pġ. 1.

[2] ĠU C 89, tat-28.3.2000, pġ. 6.

[3] ĠU C 68, tas-6.3.1996, pġ. 9.

[4] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 156.

--------------------------------------------------

Top