Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0103

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/103/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 li temenda l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jinkludi l-aċidu aċetiku 2,4-diklorofenossi (2,4-D) bħala sustanza attivaTest b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 313, 30.11.2001, p. 37–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 034 P. 210 - 212
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 041 P. 3 - 5
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 041 P. 3 - 5

No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/103/oj

32001L0103



Official Journal L 313 , 30/11/2001 P. 0037 - 0039


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/103/KE

tat-28 ta’ Ġunju 2001

li temenda l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jinkludi l-aċidu aċetiku 2,4-diklorofenossi (2,4-D) bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2001 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/1999/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 (1) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], jipprovdi sabiex tiġi adottata lista ta’ ċerti sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jridu jiġu stmati bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li jistabbilixxi s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jinnomina l-Istati Membri rapportaturi sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], u jinkludi l-aċidu aċetiku 2,4-diklorofenossi (it-"2,4-D").

(2) Għat-2,4-D l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew stmati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikaturi. Skond ir-Regolament (KE) Nru 933/94, il-Greċja ġiet innominta bħala Stat Membru rapporteur għat-2,4-D. L-Istat Membru rapporteur issottometta r-rapport rilevanti ta’ stima u r-rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 1997 skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3) Dan ir-rapport ta’ stima ġie rrivedut mill-Istati Membru u mill-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata fit-2 ta’ Ottubru 2001 fil-format tar-rapport tar-reviżjoni tal-Kummisjoni għat-2,4-D.

(4) Id-dossiers u t-tagħrif mir-reviżjoni dwar it-2,4-D ġew sottomessi wkoll lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti. Fl-opinjoni tiegħu [7] tal-21 ta’ Mejju 2001 il-Kumitat ikkummenta dwar l-għażla ta’ mudell xieraq ta' l-annimal li jrid jintuża għall-istima tar-riskju għall-bniedem. Ittieħdet f'konsiderazzjoni r-rakkommandazzjoni fil-formulazzjoni ta’ din id-Direttiva u fir-rapport rilevanti tar-reviżjoni.

(5) Deher mill-eżamijiet varji magħmula illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-2,4-D jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari rigward l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq illi tiġi inkluża s-sustanza attiva interessata fl-Anness I mad-Direttiva, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-2,4-D skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6) Għandu jiġi pprovdut perjodu raġjonevoli taż-żmien qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jħejju lilhom infushom għalbiex jikkonformaw mal-ħtiġiet il-ġodda li jirriżultaw minn din l-inklużjoni. Barra minn hekk, id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi illi wara l-inklużjoni ta’ kull sustanza attiva fl-Anness I ma' hawn, l-Istati Membri jridu, f’perjodu stabbilit taż-żmien, jagħtu, ivarjaw jew jirtiraw, kif approprjat, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva. Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi stabbilit dan il-perjodu taż-żmien. Għandu jiġi pprovdut perjodu itwal taż-żmien għas-sottomissjoni u l-istima tad-dossier kompletat ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom numru ta' sustanzi attivi, l-evalwazzjoni sħiħa fuq il-bażi tal-prinċipji uniformi tista’ titwettaq biss meta s-sustanzi attivi kollha interessati jkunu ġew inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

(7) Ir-rapport tar-reviżjoni huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri, tat-taqsimiet diversi tal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Ir-rapport iffinalizzat tar-reviżjoni, għajr għat-tagħrif kunfidenzjali, għandu jinżamm disponibbli jew jintgħamel disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni minn kull parti interessata. Jekk ir-rapport tar-reviżjoni jrid jiġi aġġornat biex iqis l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tas-sustanzi interessati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/EEC għandhom ukoll jiġu emendati skond din id-Direttiva.

(8) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/EEC huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli r-rapporti tar-reviżjoni għat-2,4-D, għajr għat-tagħrif kunfidenzjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati kollha jew għandhom jagħmluh disponibbli lilhom fuq talba speċifika.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, l-aktar tard sa l-1 ta’ April 2003. Għandhom jgħarrfu minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

B’mod partikolari għandhom, skond id-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-2,4-D bħala sustanza attiva sa din id-data.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. Rigward l-evalwazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III ta' magħha, il-limitu taż-żmien għall-emendi jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-2,4-D bħala l-unika sustanza attiva għandu jkun l-1 ta’ Ottubru 2006.

3. Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-2,4-D flimkien ma’ sustanza attiva oħra li tkun fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, il-perjodu taż-żmien għall-emenda jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għandu jiskadi wara erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tkun emendat l-Anness I sabiex jiżdied magħha l-aħħar minn dawn is-sustanzi.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2002.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-28 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, 19.08.91, p. 1.

[2] ĠU L 304, 21.11.01, p. 14.

[3] ĠU L 366, 15.12.92, p. 10.

[4] ĠU L 259, 13.10.00, p. 27.

[5] ĠU L 107, 28.04.94, p. 8.

[6] ĠU L 225, 22.09.95, p. 1.

[7] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti li tirrigwarda l-evalwazzjoni ta’ l-aċidu aċetiku 2,4-diklorofenossi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEEC li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – SCP/2,4d/002-finali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-dħul li ġej għandu jiżdied fit-tmiem tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:

"In-Numru: | L-Isem komuni,in-numri ta' identifikazzjoni | L-Isem ta' l-IUPAC | Is-Safa | Id-Dħul fis-seħħ | L-Iskadenza ta' l-inklużjoni | Disposizzjonijiet speċifiċi |

27 | It-2,4-D In-Numru tal-CAS 94-75-7 In-Numru tas-CIPAC 1 | L-aċidu aċetiku (2,4-diklorofenossi) | 960 g/kg | 1.10.2002 | 30.9.2012 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala erbiċida. Sabiex jiġu implimentati l-prinċipji uniformita' l-Anness VI, iridu jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-2,4-D, u b'mod partikolari l-AppendiċijietI u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-2 ta' Ottubru 2001. F'din l-istima ġenerali ta' l-Istati Membri: trid tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art fejn is-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċitrid tingħata attenzjoni partikolari għall-assorbiment mill-ġilda,trid tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-artropodi mhux fil-mira u, jrid jiġi żgurat illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn japplika, l-miżuri tat-taffija tar-riskju |

--------------------------------------------------

Top