EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2630

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/2000 tat-30 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 li jistabilixxi regoli u proċeduri komuni sabiex japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart mill-Komunità Ewropea għall-Baħrejn, Ħaiti, l-Ħonduras, il-Libja, n-Namibja, l-Qatar, l-Użbekistan u l-Belt tal-Vatikan (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 302, 1.12.2000, p. 35–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 005 P. 261 - 261
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 006 P. 179 - 179
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 006 P. 179 - 179
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 032 P. 34 - 34

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2630/oj

32000R2630



Official Journal L 302 , 01/12/2000 P. 0035 - 0035


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/2000

tat-30 ta' Novembru 2000

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 li jistabilixxi regoli u proċeduri komuni sabiex japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart mill-Komunità Ewropea għall-Baħrejn, Ħaiti, l-Ħonduras, il-Libja, n-Namibja, l-Qatar, l-Użbekistan u l-Belt tal-Vatikan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' trasport ta' skart fi ħdan, ġewwa u barra l-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/816/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Billi:

(1) F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet "note verbale" lill-pajjiżi kollha mhux ta'l-OECD (kif ukoll lill-Ungerija u l-Polonja, li għadhom ma japplikawx id-Deċiżjoni OECD C(92)39 finali). L-Iskopijiet ta' din in-"note verbale" kienu tlieta: (i) li tinforma lil dawn il-pajjiżi bir-Regolamenti ġodda tal-Komunità; (ii) li ssaqsi għall-konferma tal-posizzjonijiet rispettivi kif murija fl-Annessi fiż-żewġ Regolamenti; u (iii) li jkollha risposta minn dawk il-pajjiżi li ma tawx tweġiba fl-1994.

(2) Fost il-pajjiżi li taw risposta, dawn li ġejjin avżaw lill-Kummissjoni li ma jixtiequx li jirċievu kwalunkwe kunsinna ta' skart elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 259/93:

1. Il-Baħrejn (ir-risposta tad-29 ta' Frar 2000);

2. Ħaiti (ir-risposta ta' l-1 ta' Marzu 2000);

3. Il-Ħonduras (ir-risposta tat-23 ta' Marzu 2000);

4. Il-Libja (ir-risposta tat-22 ta' Frar 2000);

5. In-Namibja (ir-risposta ta' l-20 ta' Frar 2000);

6. Il-Qatar (ir-risposta tad-9 ta' Mejju 2000);

7. L-Użbekistan (ir-risposta tas-6 ta' Marzu 2000);

8. Il-Belt tal-Vatikan (ir-risposta tas-16 ta' Marzu 2000);

(3) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/350/KE [4], kien avżat bit-talba uffiċjali ta' dawn il-pajjiżi fid-19 ta' Ġunju 2000.

(4) Sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ġdida ta' dawn il-pajjiżi, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 [5] li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni biex japplikaw għat-trasport ta' xi tipi ta' skart,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Il-pajjiżi li ġejjin huma miżjuda ma dawk elenkati fl-Anness A bl-imsemmija

"Tipi kollha"

:

"il-Baħrejn, Ħaiti, il-Ħonduras, il-Libja, in-Namibja, l-Qatar, l-Użbekistan u l-Belt tal-Vatikan."

2. Il-pajjiżi li ġejjin huma mħassra mill-lista fl-Anness B:

"il-Baħrejn, Ħaiti, l-Ħonduras, in-Namibja, l-Qatar, Il-pajjiżi li ġejjin huma mħassra mill-lista fl-Anness B: l-Użbekistan u l-Belt tal-Vatikan."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[4] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

[5] ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6.

--------------------------------------------------

Top