Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0725

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2000 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tat-tecnazene fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva (notifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 3354)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 292, 21.11.2000, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 031 P. 7 - 8
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 035 P. 135 - 136
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 035 P. 135 - 136
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 045 P. 61 - 62

Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force., Date of effect: 01/01/1001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/725/oj

32000D0725



Official Journal L 292 , 21/11/2000 P. 0030 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 ta’ Novembru 2000

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tat-tecnazene fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva

(notifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 3354)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/725/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar il-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1972/1999 [4], u partikolarment l-Artikolu 7(3a)(b) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], ippreskriva s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, nominati mill-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 u identifika n-notifikaturi għal kull sustanza attiva.

(2) It-tecnazene huwa wieħed mid-90 sustanza attiva koperta bl-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol provdut fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3) B’konformità ma’ l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, ir-Renju Unit, l-Istat Membru nominat (biex jagħmilha ta’) rapporteur, issottometta fil-15 ta’ Mejju 1996 lill-Kummissjoni, ir-rapport ta’ l-istima tiegħu dwar it-tagħrif sottomess min-notifikatur waħdieni b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

(4) Malli rċeviet ir-rapport ta’ l-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur, il-Kummissjoni daħlet għal konsultazzjoniet ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri kif ukoll man-notifikatur waħdieni li kien fadal ((id-ditta) Hickson & Welch) kif provvdut fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(5) Ġie rivedut ir-rapport sottomess mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. Din ir-reviżjoni kienet finalizzata fit-12 ta’ April 2000 fil-għamla tar-rapport Komunitarju ta’ reviżjoni għat-tecnazene, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 3600/92.

(6) Mill-istimi magħmula deher illi t-tagħrif sottomess mhux biżżejjed sabiex juri illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva interessata jissodisfaw il-ħtiġijiet preskritti fl-Artikoli 5(1)(a) u (b) u 5(2)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7) In-notifikatur waħdieni għarraf lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur illi ma jixtieqx jieħu sehem iktar fil-programm tax-xogħol dwar din is-sustanza attiva. Għalhekk, mhux se jkun sottomess iktar tagħrif meħtieġ sabiex jitħarsu bis-sħiħ il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8) Għal din ir-raġuni, mhux possibbli li din is-sustanza attiva tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Jeħtieġ li jiġi provdut perjodu ta’ żmien ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, il-ħruġ fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10) Din id-deċiżjoni ma tippreġudika l-ebda azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju iktar tard rigward din is-sustanza attiva fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE [7].

(11) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tecnazene mhux inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

1. L-awtorizzazzjonijiet dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tecnazene jridu jiġu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti;

2. Mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti ma għandha tiġi konċessa jew imġedda l-ebda awtorizzazzjoni rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-tecnazene skond id-deroga provduta fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jikkonċedu perjodu ta’ żmien ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, il-ħruġ fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, li jrid ikun qasir kemm jista’ jkun u mhux itwal minn 20 xahar mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[4] ĠU L 244, tas-16.9.1999, p. 41.

[5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.

[6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1.

[7] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.

--------------------------------------------------

Top