EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2702

Ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2702/1999 ta' l-14 ta' Diċembru 1999 dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi

OJ L 327, 21.12.1999, p. 7–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 027 P. 464 - 467
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 030 P. 21 - 24
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 030 P. 21 - 24

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/01/2008; Imħassar b' 32008R0003

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2702/oj

31999R2702



Official Journal L 327 , 21/12/1999 P. 0007 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2702/1999

ta' l-14 ta' Diċembru 1999

dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Skond il-leġislazzjoni kurrenti l-Komunità tista' twettaq miżuri promozzjonali f'pajjiżi terzi għal numru limitat ta' prodotti agrikoli; ir-riżultati sa issa kienu inkoraġġanti ħafna;

(2) Permezz ta' l-esperjenza miksuba, il-prospetti tat-tkabbir tas-suq kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra minnha u l-kuntest il-ġdid tal-kummerċ internazzjonali, jeħtieġu illi tiġi żviluppata politika konsistenti ġenerali dwar it-tagħrif u l-promozzjoni fis-swieq tal-pajjiżi terzi;

(3) Din il-politika tista' tissupplimenta u ssaħħaħ b'mod utli l-miżuri midħula għalihom mill-Istati Membri, b'mod speċjali billi tippromwovi d-dehra tal-prodotti Komunitarji fis-swieq internazzjonali b'mod partikolari rigward il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel; din l-attività, billi tgħin li jinfetħu swieq ġodda, x'aktarx ukoll li jkollha effett moltiplikattiv fuq l-inizjattivi nazzjonali u privati;

(4) Il-kriterji ta' l-għażla għall-prodotti involuti u s-swieq iridu jiġu identifikati; iżda, il-prodotti li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni mhumiex esklużi minn din is-sistema;

(5) Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandha tipprovdi biss parti mill-finanzjament meħtieġ, sabiex l-organizzazzjonijiet proponenti u l-Istati Membri intressati jistgħu jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltà; iżda, f'każijiet eċċezzjonali jista' jkun approprjat li ma tkunx teħtieġ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat Membru interessat;

(6) Għandha ssir disposizzjoni li biha l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, permezz tal-proċeduri approprjati, tista' tiddelega l-implimentazzjoni tal-mizuri lill-korpi bil-faċilitajiet u l-kapaċitajiet meħtieġa;

(7) Permezz ta' l-esperjenza miksuba u tar-riżultati miksuba mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa fl-attivitajiet tiegħu promozzjonali, għandha madankollu ssir disposizzjoni sabiex jissokta jiġu ddelegati lilu l-miżuri li jidħlu fl-isfera tar-responsabbiltà tiegħu; għandu jkun ukoll possibbli li titfittex l-għajnuna ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali simili għall-prodotti l-oħra;

(8) Sabiex jiġu mmonitorjati l-kondotta xierqa tal-programmi u l-impatt tal-miżuri, għandha ssir disposizzjoni għall-monitorjar effettiv mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri u għall-evalwazzjoni tar-riżultati minn korp indipendenti;

(9) B'riżultat ta' dan, ir-Regolamenti (KE) Nru 136/66/KEE [4], (KEE) Nru 1308/70 [5] u (KE) Nru 2275/96 [6] għandhom jiġu emendati;

(10) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' l-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [7], u huwa għalhekk approprjat illi dawn il-miżuri jiġu adottati skond il-proċedura maniġerjali stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni msemmija. F'dan il-kuntest il-kumitati maniġerjali interessati jridu jaġixxu konġuntament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Komunità tista' tiffinanzja, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, il-miżuri f'pajjiżi terzi li jipprovdu t-tagħrif fuq, jew jippromwovu, il-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel.

2. Il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu mmirati lejn l-ismijiet partikolari tal-fabbrika, lanqas ma jistgħu jiffavorixxu l-prodotti ta' Stat Membru wieħed.

Artikolu 2

Il-miżuri riferiti f l-Artikolu 1 għandhom ikunu:

(a) ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-miżuri promozzjonali jew ta' pubbliċità, b'mod partikolari li jenfasizzaw il-vantaġġi tal-prodotti Komunitarji, b'mod speċjali f'termini ta' kwalità, l-iġjene, is-sigurtà ta' l-ikel, in-nutrizzjoni, it-tikkettjar, il-ġid ta' l-annimali u l-ħbiberija ma' l-ambjent;

(b) il-parteċipazzjoni fl-avvenimenti, il-fieri jew l-esibizzjonijiet kollha ta' importanza internazzjonali, b'mod speċjali permezz tal-provvista ta' stands Komunitarji ta' l-esibizzjonijiet;

(ċ) il-kampanji ta' tagħrif, b'mod partikolari dwar is-sistema Komunitarja tad-denominazzjoniet protetti ta' l-oriġini (id-DPOijiet), l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (l-IĠPijiet) u l-ispeċjalità tradizzjonali ggarantita (is-STG) u tal-biedja organika;

(d) il-kampanji ta' tagħrif dwar is-sistema Komunitarja ta' l-inbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifikati (in-NKPRSijiet), l-inbejjed tal-mejda u x-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika;

(e) l-istudji ta' swieq ġodda, meħtieġa għall-espansjoni tal-ħwienet fis-suq;

(f) iż-żjajjar kummerċjali ta' livell għoli;

(g) l-istudji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri promozzjonali u tat-tagħrif.

Artikolu 3

Għandhom ikunu eliġibbli għall-miżuri riferiti fl-Artikolu b'mod partikolari l-prodotti li ġejjin:

(a) il-prodotti maħsuba għall-konsum dirett jew għall-proċessar li għalihom jeżistu l-opportunitajiet għall-esportazzjoni jew is-swieq potenzjali ġodda fil-pajjiżi terzi, b'mod speċjali fejn ma jinħteġux ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni;

(b) il-prodotti tipiċi jew ta' kwalità li jkollhom valur miżjud għoli.

Artikolu 4

Fl-għażla tal-pajjiżi terzi li fihom iridu jitwettqu l-miżuri riferiti f l-Artikolu 1, għandhom jitqiesu s-swieq tal-pajjiżi fejn ikun hemm domanda attwali jew potenzjali.

Artikolu 5

1. Skond il-proċedura riferita f l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tfassal kull sentejn lista tal-prodotti u tas-swieq riferiti fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament.

Madankollu iżda, din il-lista tista' sadattant tiġi emendata, jekk meħtieġ.

2. Qabel titfassal il-lista riferita fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp Permanenti tal-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli tal-Kumitat Konsultattiv tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Prodotti Agrikoli.

Artikolu 6

Fejn jiġu deċiżi l-miżuri b'mod partikolari fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt tal-mejda, il-Komunità tista' twettaqhom permezz tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa.

Fil-każ tas-setturi l-oħra, il-Komunità tista' tfittex l-għajnuna ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali li joffru garanziji simili.

Artikolu 7

1. Sabiex jitwettqu l-miżuri riferiti fl-Artikolu 2(a), (b), (d) u (e) u bla ħsara għall-Artikolu 6, l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet kummerċjali jew intra-kummerċjali li jirrappreżentaw lis-settur jew lis-setturi interessati għandhom ifasslu programmi promozzjonali u tat-tagħrif li jdumu mhux aktar minn tliet snin u għandhom jipproponu l-isem tal-korp li jista' jiġi fdat bl-implimentazzjoni tal-programmi.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(3) u ġaladarba jkunu ġew approvati l-programm jew il-programmi u l-korp jew il-korpi proposti sabiex jiġu implimentati, l-Istati Membri interessati għandhom jindaħħlu sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-programmi u għandhom jissottomettuhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi u l-korp jew il-korpi responsabbli sabiex jimplimentawhom, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 u għandha tagħti preferenza lill-programmi minn organizzazzjonijiet li jkopru lill-Istati Membri diversi.

Qabel tapprova l-programmi, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Grupp Permanenti tal-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli u lill-Kumitat Konsultattiv tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Prodotti Agrikoli.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri:

(a) riferiti fl-Artikolu 2(ċ) u (f) kif ukoll dawk riferiti fl-Artikolu 2(b) u (e) fejn japplika t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), jew

(b) jitwettqu minn organizzazzjoni internazzjonali riferita fl-Artikolu 6,

wara li l-Kumitat Maniġerjali tas-setturi fil-kwistjoni jew, fejn japplika, ikunu ġew imgħarrfa l-Kumitati Regolatorji riferiti fir-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91 [8], (KEE) Nru 2081/92 [9] u (KEE) Nru 2082/92 [10].

Qabel tieħu deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Grupp Permanenti tal-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli riferit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' invit miftuħ jew ristrett għall-offerti, tagħżel:

- - kull assistent tekniku meħtieġ sabiex jevalwa l-programmi proposti, inklużi l-korpi poposti għall-implimentazzjoni;

- - il-korp jew il-korpi responsabbli sabiex jimplimentaw il-miżuri riferiti f l-Artikolu 2(ċ) u (f) kif ukoll, fejn japplika t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), fl-Artikolu 2(b) u (e);

- - il-korp jew il-korpi responsabbli sabiex jevalwaw ir-riżultati tal-miżuri implimentati.

2. Il-korp jew il-korpi responsabbli sabiex jimplimentaw il-miżuri riferiti fl-Artikoli 7(1) u 8(1) għandu jkollhom l-għerf speċjalizzat dwar il-prodotti interessati u dwar is-swieq immirati għalihom u r-riżorsi sabiex jiżguraw illi l-miżuri jiġu implimentati b'mod effettiv kemm jista' jkun, filwaqt li titqies id-dimensjoni Ewropea ta' dawn il-programmi.

3. Grupp tal-Monitorjar, magħmul mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri interessati u l-organizzazzjonijiet proponenti, għandu jħares it-twettiq xieraq ta' dawn il-miżuri.

4. L-Istati Membri interessati għandhom ikunu responsabbli mill-monitorjar tal-miżuri l-oħra għajr dawk riferiti fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 u sabiex jagħmlu l-ħlasijiet tagħhom.

Artikolu 9

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-Komunità għandha tiffinanzja:

(a) il-miżuri riferiti f l-Artikolu 2(ċ), (f) u (g) fl-intier tagħhom;

(b) il-miżuri l-oħra tal-promozzjoni u tat-tagħrif elenkati fl-Artikolu 2 f'parti minnhom.

Madankollu, f'ċerti każi speċjali l-Komunità tista' tiffinanzja fl-intier tagħhom il-miżuri riferiti fl-Artikolu 2(b) (e).

2. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-miżuri riferiti fil-pargrafu 1(b) ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa reali fuq il-miżuri. Madankolu, fil-każ tal-promozzjoniet li jdumu ta' l-anqas sentejn, il-kontribuzzjoni għandha tkun digressiva, li tinżel minn 60 % għal 40 % tan-nefqa reali fuq il-miżuri.

3. L-Istati Membri interessati għandhom jikkontribwixxu għall-miżuri riferiti fil-paragrafu 2 billi jkopru 20 % tan-nefqa reali tagħhom, bil-bilanċ jinġarr mill-organizzazzjonijiet proponenti. Is-sehem imħallas mill-Istati Membri u/jew mill-organizzazzjonijiet kummerċjali jew intra-kummerċjali jista' wkoll jiġi ffinanzjat minn dħul kważi-taxxa.

Madankollu, fil-każi ssostanzjati kif mistħoqq u bil-kondizzjoni illi l-programm interessat ikun biċ-ċar ta' interess Komunitarju, jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, illi l-organizzazzjoni proponent għandha tipprovdi dik il-parti kollha tal-finanzjament mhux magħmul mill-Komunita.

4. Fejn japplika l-Artikolu 6, il-Komunità għandha, wara li tapprova l-programm, tagħti kontribuzzjoni approprjata lill-organizzazzjoni internazzjonali fil-kwistjoni.

Artikolu 10

In-nefqa Komunitarja fuq il-miżuri riferiti fl-Artikolu 1 għandha titqies intervent fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KC) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [11].

Artikolu 11

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura maniġerjali ddikjarata fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Maniġerjali taż-Żjut u x-Xaħmijiet stabbilit skond l-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u mill-Kumitati Maniġerjali stabbiliti skond l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA għandu jkun ta' xahar.

Artikolu 13

Qabel il-31 ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' kull proposta approprjata.

Artikolu 14

1. Il-kliem "jew pajjiżi terzi" fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 136/66/EEC għandu jitħassar.

2. Il-kliem "u x'imkien ieħor" fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1308/70/KEE għandu jitħassar.

3. Il-kliem "u barra l-pajjiż" fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2275/96/EEC għandu jitħassar.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

K. Hemilä

Il-President

[1] ĠU C 32, tas-6.2.1999, pġ. 12

[2] ĠU C 219, tat-30.7.1999

[3] ĠU C 169, tas-16.6.1999, pġ.8

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet (ĠU L 172, tat-30.9.1966, pġ. 3025). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1638/98 (ĠU L 210, tat-28.7.1998, pġ. 32)

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 ta' Ġunju 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-qanneb u l-kittien (ĠU L 146, ta’ l- 4.7.1970, pġ. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, pġ. 105)

[6] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal pjanti ħajjin u prodotti florikulturali (ĠU L 308, tad-29.11.1996, pġ. 7)

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23

[8] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet riferiti għalihom dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 198, tat-22.7.1991, pġ. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1804/1999 (ĠU L 262, tat-8.10.1999, pġ. 23).

[9] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 208, ta' l- 24.7.1992, pġ. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/97 (ĠU L 156, tat-13.6.1997, pġ. 10).

[10] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati tal-karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 208, ta' l- 24.7.1992, pġ. 9). Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni (1994).

[11] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103.

--------------------------------------------------

Top