EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0072

Id-Direttiva 1999/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Lulju 1999 li temenda d-Direttiva 92/117/KEE tal-Kunsill li tikkonċerna l-miżuri għall-ħarsien kontra żonosi speċifiċi u aġenti ta’ żonosi speċifiċi fl-annimali u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jitwaqqaf it-tixrid ta’ l-infezzjoni u intossikazzjoni permezz ta’ l-ikel

OJ L 210, 10.8.1999, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 026 P. 263 - 263

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/72/oj

31999L0072



Official Journal L 210 , 10/08/1999 P. 0012 - 0012


Id-Direttiva 1999/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Direttiva 92/117/KEE tal-Kunsill li tikkonċerna l-miżuri għall-ħarsien kontra żonosi speċifiċi u aġenti ta’ żonosi speċifiċi fl-annimali u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jitwaqqaf it-tixrid ta’ l-infezzjoni u intossikazzjoni permezz ta’ l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Jaġixxu b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata u l-importanza mogħtija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ żonosi jidher neċessarju li ssir reviżjoni sostanzjali tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar il-miżuri għal ħarsien kontra żonosi speċifika u l-aġenti ta’ żonosi speċifiċi fl-annimali u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jitwaqqaf it-tixrid ta’ l-infezzjoni u l-intossikazzjoni permezz ta’ l-ikel [4];

(2) din ir-reviżjoni sostanzjali tista’ tikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda fis-sistema ta’ rapporti dwar żonosi, regoli mtejba għall-kontroll u l-eradikazzjoni tas-salmonellosis f’merħliet tat-tajr, u sistema li tikkontrolla żonosi oħrajn apparti mis-salmonellosis;

(3) reviżjoni sostanzjali ta’ din ix-xorta tirrikjedi konsultazzjoni u konsiderazzjoni mill-partijiet kollha kkonċernati, inklużi b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-industrija tal-biedja u d-dinja xjentifika;

(4) sakemm isseħħ din ir-reviżjoni huwa xieraq li jsiru provvedimenti sabiex jiġu posposti d-dati ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni tal-pjanijiet minn pajjiżi terzi u sabiex tiġi posposta l-obbligazzjoni tal-Kummissjoni li tissottometti lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill proposti dwar dispożizzjonijiet ġodda,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/117/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 14(2), il-kliem "31 ta’ Diċembru 1998" għandu jinbidel bi "sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-atti permezz tal-proposti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15a(2)".

2. L-Artikolu 15a għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni linja, id-data "l-1 ta’ Novembru 1997" għandha tinbidel bi "il-31 ta’ Marzu 2000";

(b) fil-paragrafu 2, fit-tmiem, id-data l-"1 ta’ Ġunju 1998" għandha tinbidel bi "il-31 ta’ Diċembru 2000".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju 2001. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

F’isem il-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU C 63, tal-5.3.1999, p. 8.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-28 ta’ April 1999 (ĠU C 169, tas-16.6.1999).

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999), Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 1999.

[4] ĠU L 62, ta' l-24.8.1991, p. 38. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/22/KE (ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 9).

--------------------------------------------------

Top