EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0030

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta'April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

OJ L 163, 29.6.1999, p. 41–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 004 P. 164 - 183
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 005 P. 46 - 65
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 005 P. 46 - 65

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2010; Imħassar b' 32008L0050

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/30/oj

31999L0030

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta'April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

Official Journal L 163 , 29/06/1999 P. 0041 - 0060
CS.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
ET.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
HU.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
LT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
LV.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
MT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
PL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
SK.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183
SL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 164 - 183


ID-Direttiva tal-kunsill 1999/30/KE

tat-22 ta'April 1999

dwar il-valuri ta' limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Jaġġixxi skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi, abbażi tal-prinċipji li jinsabu fl-Artikolu 130r tat-Trattat, il-programm tal-Komunità Ewropea ta' politika u azzjoni għar-rigward ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (il-ħames Progamm t'Azzjoni dwar l-Ambjent) [4] jipprevedi, partikolarment emendi għal leġislazzjoni dwar tniġġis ta' l-arja; billi l-programm jirrakkomanda l-istabbiliment ta' objettivi għall-kwalità ta' l-arja għal tul ta' żmien;

(2) Billi l-Artikolu 129 tat-Trattat jipprovdi illi l-ħtiġiet għall-protezzjoni tas-saħħa, għandhom jifformaw parti kostitwenti mill-politika l-oħra tal-Komunità; billi l-Artikolu 3(o) tat-Trattat jipprovdi illi l-attivitajiet tal-Komunità għandhom jinkludu kontribuzzjoni għall-akkwist ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa;

(3) Billi, bil-għan ta' l-artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar stima tal-kwalità ta' l-arja u tmexxija [5], il-Kunsill għandu jadotta l-leġislazzjoni li hemm imniżżla fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet imniżżla f'paragrafi 3 u 4 ta' l-istess Artikolu;

(4) Billi l-valuri ta' limitu stabbiliti f'din id-Direttiva huma l-ħtiġiet minimi; billi, skond l-Artikolu 130t tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti; billi, partikolarment, valuri ta' limitu aktar stretti, jistgħu jiġu introdotti biex tiġi protetta s-saħħa ta' kategoriji tal-popolazzjoni, partikolarment vulnerabbli, bħat-tfal u l-pazjenti ta' l-isptar; billi l-Istati Membri jistgħu jenħtieġu li l-valuri tal-limiti jintlaħqu qabel id-dati stabbiliti f'din id-Direttiva;

(5) Billi l-ekosistemi għandhom jiġu protetti kontra l-effetti avversarji tad-dijossidu tal-kubrit; billi l-veġetazzjoni għandha tiġi protetta kontra l-effetti avversarji ta' l-ossidi tan-nitroġenu;

(6) Billi t-tipi differenti ta' partiċelli jista' jkollhom effetti differenti ta' ħsara fuq is-saħħa umana; billi hemm evidenza illi riskji għas-saħħa umana assoċjati ma' l-esposizzjoni ta' materjal ta' partiċelli magħmula mill-bniedem, huma ogħla minn riskji assoċjati ma' l-esposizzjoni ta' partiċelli naturali fl-arja;

(7) Billi d-Direttiva 96/62/KE tenħtieġ illi pjanijiet t'azzjoni jiġu żviluppati għal zoni li fihom il-konċentrazzjoni ta' tniġġis fl-arja jeċċedu l-valuri tal-limitu flimkien ma' marġini temporanji ta' tolleranza applikabbli biex tkun tista' tassigura l-konformità mal-valuri tal-limitu sad-data jew dati stabbiliti; billi safejn jirrelataw ma' materja f' partiċelli, dawn il-pjanijiet t'azzjoni u strateġiji oħra ta' tnaqqis, għandhom ikunu mmirati biex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta' partiċelli fini bħala parti mit-tnaqqis totali f'konċentrazzjonijiet ta' materja f' partiċelli;

(8) Billi d-Direttiva 96/62/KE tipprovdi illi l-valuri numeriċi għall-valuri ta' limitu u limiti ta' alert, iridu jkunu bbażati fuq is-sejbiet tax-xogħol li jkun sar minn gruppi xjentifiċi internazzjonali attivi f'dan il-qasam; billi l-Kummissjoni għandha tieħu qies ta' data l-aktar riċenti dwar riċerka xjentifika, fl-oqsma konċernati, epidemoloġiċi u ambjentali u fuq l-aktar avvanzi riċenti fil-metroloġija sabiex jerġgħu jiġu eżaminati l-elementi li fuqhom il-valuri ta' limitu u limiti ta' alert ikunu bbażati;

(9) Billi sabiex tiffaċilita r-reviżjoni ta' din id-Direttiva fl-2003 il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jinkoraġġixxu r-riċerka fl-effetti tat-tniġġis li għalihom saret referenza hawnhekk, primarjament l-ossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidu tan-nitroġenu, materja f' partiċelli u ċ-ċomb;

(10) Billi metodi ta' kejl, tekniku standardizzat u preċiż, u kriterji komuni għal-lokazzjoni ta' stazzjonijiet ta' kejl huma element importanti fl-istima tal-kwalità ta' l-arja ambjentali, in vista ta' l-akkwist t'informazzjoni oħra komparattiva madwar il-Komunità;

(11) Billi, skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 96/62/KE, l-emendi neċessarji għall-adottar ta' progress xjentifiku u tekniku jista' jirrelata biss għall-kriterji u metodi ta' teknika għall-istima ta' konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan- nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb jew arranġamenti dettaljati biex titmexxa l-informazzjoni lill-Kummissjoni, u ma jistax ikkollhom l-effett li jimmodifikaw il-valuri tal-limitu jew limiti ta' alert direttament jew indirettament;

(12) Billi informazzjoni aġġornata dwar il-konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi ta' nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb fl-arja għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għanijiet

L-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu sabiex-:

- jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu u, kif jinħtieġ, limiti ta' alert għall-konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb fl-arja, maħsuba biex tiġi evitata, tipprevjeni jew tnaqqas l-effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u l-ambjent kollu,

- issir stima tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan- nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb fl-arja abbażi ta' metodi u kriterji komuni,

- tinkiseb informazzjoni adegwata dwar konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli, u ċomb fl-arja, u tassigura li ssir disponibbli għall-pubbliku,

- iżżomm il-kwalità ta' l-arja ambjentali fejn hija tajba u ttejjibha f'każijiet oħra għar-rigward ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb.

Artikolu 2

Tifsir

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. "arja ambjentali" tfisser arja ta' barra fit-troposfera, esklużi l-postijiet tax-xogħol;

2. "tniġġis" tfisser kwalunkwe sustanza introdotta direttament jew indirettament mill-bniedem fl-arja ambjentali u li x'aktarx għandha effetti ħżiena fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent kollu;

3. "livell" tfisser il-konċentrazzjoni ta' tniġġis fl-arja ambjentali u d-deposizzjoni tagħha fuq uċuħ fi żmien definit;

4. "stima" tfisser kwalunkwe metodu użat biex jiġi mkejjel, ikkalkulat, prevvist jew stmat il-livell ta' tniġġis fl-arja ambjentali;

5. "valur ta' limitu" tfisser livell iffissat abbażi ta' tagħrif xjentifiku, bil-għan li jevita, jipprevjeni jew inaqqas l-effetti ħziena fuq is-saħħa umana u/jew l-ambjent kollu, li jrid jintlaħaq fi żmien definit u li ma jridx jinqabeż, ġaladarba jintlaħaq;

6. "limitu ta' alert" tfisser livell li meta jinqabeż hemm ir-riskju għas-saħħa umana minn esposizzjoni qasira u li passi immedjati għandhom jittieħdu mill-Istati Membri kif stabbilit fid-Direttiva 96/62/KE;

7. "marġini ta' tolleranza" tfisser il-persentaġġ ta' valur ta' limitu li bih dan il-valur jistà jinqabeż, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 96/62/KE;

8. "żona" tfisser parti mit-territorju tagħhom delimitat mill-Istati Membri;

9. "agglomerazzjoni" tfisser żona b'konċentrazzjoni ta' popolazzjoni b'aktar minn 250000 abitant jew, fejn il-konċentrazzjoni ta' popolazzjoni hija 250000 abitant jew anqas, b'densità ta' popolazzjoni kull km2, li għall-Istati Membri jiġġustifika l-bżonn li l-kwalità t'arja ambjentali tiġi stmata u mmaniġġjata.

10. "ossidi tan-nitroġenu" tfisser is-somma ta' ossidi nitriċi u tad-dijossidu tan-nitroġenu miżjud bħala partijiet għal kull biljun u espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu f'mikrogrammi kull metru kubu;

11. "PM10" tfisser materja f' partiċelli li tgħaddi minn daħla ta' daqs selettiv b'effiċjenza ta' 50 % maqtugħa b'10 dijametru erodinamiku;

12. "PM2,5" tfisser materja f' partiċelli li tgħaddi minn daħla ta' daqs selettiv b'effiċjenza ta' 50 %, maqtugħa b' 2,5 dijametru erodinamiku;

13. "limitu ta' stima għoli" tfisser livell speċifikat fl-Anness V, li taħtu kombinazzjoni ta' kejl u metodi ta' teknika t'immudellar jistgħu jintużaw biex tiġi stmata l-kwalità ta' l-arja ambjentali, skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 96/62/KE;

14. "limitu ta' stima baxx" tfisser, livell speċifikat fl-Anness V, li taħtu immudellar, jew metodi ta' teknika dwar l-istima oġġettiva biss, tista' tintuża biex tistma l-kwalità ta' l-arja ambjentali skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 96/62/KE;

15. "avvenimenti naturali" tfisser, żbroffi vulkaniċi, attivitajiet seiżmiċi, attivitajiet ġeotermiċi, nirien f'art selvaġġa, avvenimenti ta' riħ qawwi jew risospensjoni atmosferika jew trasport ta' partiċelli naturali minn reġjuni xotti;

16. "kejl fiss" tfisser kejl meħud skond l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 96/62/KE.

Artikolu 3

Dijossidu tal-kubrit

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw illi l-konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit fl-arja ambjentali, kif stmata skond l-Artikolu 7, ma jeċċedux il-valuri ta' limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness I mid-dati speċifikati hemmhekk.

Il-marġini ta' tolleranza stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness I għandhom japplikaw skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE.

2. Il-limitu ta' alert għall-konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit fl-arja ambjentali għandu jkun dak stabbillit f'Sezzjoni II ta' l-Anness I.

3. Sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex tipprepara r-rapport li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 10, sal-31 ta' Diċembru 2003, l-Istati Membri għandhom fejn prattikabbli, jirrekordjaw id-data dwar konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit b'medja 'l fuq minn għaxar minuti minn ċerti stazzjonijiet ta' kejl li jkunu għażlu bħala rappreżentattivi tal-kwalità t'arja f'postijiet mhux abitati viċin sorsi u li fihom konċentrazzjonijiet kull siegħa jiġu mkejla. Fl-istess ħin kif id-data hija mogħtija fuq konċentrazzjonijiet kull siegħa skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, għall-dawk l-istazzjonijiet ta' kejl magħżula, in-numru ta' konċentrazzjonijiet kull għaxar minuti li jkunu qabżu l-500 μg/m3, in-numru ta' ġranet fis-sena kalendarja li fihom ikunu seħħew, in-numru ta' dawk il-ġranet li fihom konċentrazzjonijiet kull siegħa ta' dijossidu tal-kubrit simultanjament qabeż 350 μg/m3 u l-massima konċentrazzjoni kull għaxar minuti rrekordjata.

4. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw żoni jew ġabriet li fihom il-valuri ta' limitu għad-dijossidu tal- kubrit kif stabbilit f'Sezzjoni I jinqabżu, minħabba konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit f'arja ambjentali, minħabba sorsi naturali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni listi ta' kwalunkwe minn dawn iż-żoni jew agglomerazzjonijiet flimkien ma' l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u sorsi tad-dijossidu tal-kubrit hemmhekk. Meta jinfurmaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni neċessarja biex juru li kwalunkwe eċċessi jkunu ġejjin minħabba sorsi naturali.

Fi ħdan dawn iż-żoni jew agglomerazzjonijiet, l-Istati Membri jkunu obbligati li jimplimentaw pjan t'azzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, biss, fejn il-valuri ta' limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness I jinqabżu minħabba emmissjonijiet magħmula mill-bniedem.

Artikolu 4

Dijossidu tan-nitroġenu u ossidi ta' nitroġenu

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu u, fejn japplika l-ossidi tan-nitroġenu, fl-arja ambjentali, kif stmata skond l-Artikolu 7, ma jeċċedux il-valuri ta' limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness II mid-dati speċifikati hemmhekk.

Il-marġini ta' tolleranza stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness II għandhom japplikaw skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE.

2. Il-limitu ta' alert għall-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja ambjentali għandu jkun dak stabbilit f'Sezzjoni II ta' l-Anness II.

Artikolu 5

Materja f' partiċelli

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-konċentrazzjonijiet ta' PM10 fl-arja ambjentali kif stmata skond l-Artikolu 7, ma teċċedix il-valuri tal-limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness III mid-dati speċifikati hemmhekk.

Il-marġini ta' tolleranza stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness III għandhom japplikaw skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-istazzjonijiet ta' kejl biex jagħtu d-data dwar il-konċentrazzjonijiet ta' PM2,5 huma installati u jaħdmu. Kull Stat Membru għandu jagħżel in-numru u l-post ta' l-istazzjonijiet li fihom il- PM2,5 irid jiġi mkejjel bħala rappreżentattiv tal-konċentrazzjonijiet ta' PM2,5 f'dak l-Istat Membru. Fejn possibli punti ta' teħid ta' kampjuni għall- PM2,5 għandhom ikunu kollokati ma' punti ta' teħid għal kampjun ta' PM10.

Fi żmien disa' xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, il-medju aritmetiku, il-medjan, it-tmienja u disgħin perċentil u l-konċentrazzjoni massima kkalkulata minn kejl ta' PM2,5 fuq kwalunkwe erbgħa u għoxrin siegħa f'dik is-sena. It-tmienja u disgħin perċentil għandu jiġi kkalkulat skond il-proċedura stabbilita f'Sezzjoni 4 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE tas-27 ta' Jannar 1997 li jwaqqaf skambju reċiproku t'informazzjoni u data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġis ta' l-arja ambjentali fl-Istati Membri [6].

3. Pjanijiet t'azzjoni għall-PM10, ippreparati skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE u strateġiji ġenerali biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta' PM10 għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta' PM2,5.

4. Fejn il-valuri ta' limitu għall- PM10 stabbiliti f-Sezzjoni I ta' l-Anness III huma maqbuża minħabba konċentrazzjonijiet ta' PM10 fl-arja ambjentali minħabba avvenimenti naturali li jirriżultaw f'konċentrazzjonijiet notevolment b'eċċess tal-livelli normali minn sorsi naturali, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE, li tipprovdi għall-ġustifikazzjoni neċessarja biex turi li dawn l-eċċessi huma minħabba avvenimenti naturali. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri jkunu obbligati li jimplimentaw pjan t'azzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, biss, fejn il-valuri tal-limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness III huma maqbuża minħabba raġunijiet barra dawk ta' l-avvenimenti naturali.

5. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw żoni jew agglomerazzjonijiet li fihom il-valuri tal-limitu għall- PM10 kif stabbilit f'Sezzjoni I ta' l-Anness III jinqabżu minħabba konċentrazzjonijiet ta' PM10 fl-arja ambjentali minħabba r-risospensjoni ta' partiċelli, wara li jiġu mrammla t-toroq fix-xitwa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni listi ta' kwalunkwe żoni minn dawn jew agglomerazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet u sorsi ta' PM10 hemmhekk. Meta jinformaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni neċessarja biex juru li kwalunkwe eċċessi huma minħabba partiċelli risospiżi, u li jkunu ttieħdu miżuri raġonevoli biex jitbaxxew il-konċentrazzjonijiet.

Fi ħdan dawn iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet, l-Istati Membri huma obbligati li jimplimentaw pjanijiet t'azzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, biss, fejn il-valuri ta' limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness III, jiġu maqbuża minħabba livelli ta' PM10, barra minn dawk ikkawżati minn trammil ta' toroq fix-xitwa.

Artikolu 6

Ċomb

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw illi l-konċentrazzjonijiet ta' ċomb fl-arja ambjentali, kif stmata skond l-Artikolu 7, ma jeċċedux il-valuri ta' limitu stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness IV mid-dati speċifikati hemmhekk.

Il-marġini ta' tolleranza stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness IV għandhom japplikaw skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE.

Artikolu 7

Stima ta' konċentrazzjonijiet

1. L-istima għolja u baxxa tal-limiti għad-dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitrogenu, materja f' partiċelli u ċomb bil-għanijiet ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/62/KE għandhom ikunu dawk stabbiliti f'Sezzjoni I ta' l-Anness V.

Il-klassifikazzjoni ta' kull żona jew agglomerazzjoni għal għanijiet ta' l-istess l-Artikolu 6, għandha tiġi riveduta ta' lanqas kull ħames snin skond il-proċedura stabbilita f'Sezzjoni II ta' l-Anness V. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi riveduta qabel fl-eventwalità li jista' jkun hemm bidliet sinifikanti f'attivitajiet relatati ma' konċentrazzjonijiet fl-ambjent ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu jew, fejn relevanti, ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli jew ċomb.

2. Il-kriterji biex tiġi determinata l-lokazzjoni għall-punti ta' teħid għal kampjuni, għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness VI. In-numru minimu ta' punti ta' teħid ta' kampjuni, għal kejl fiss għall-konċentrazzjonijiet ta' kull tniġġis relevanti għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness VII u għandhom ikunu installati f'kull żona jew agglomerazzjoni li fihom il-kejl ikun meħtieġ, jekk il-kejl fiss huwa l-uniku sors tad-data fuq konċentrazzjonijiet fiha.

3. Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn stazzjonijiet ta' kejl fiss hija miżjuda b'informazzjoni minn sorsi oħrajn, bħal inventarji ta' emmissjonijet, metodi ta' kejl indikattiv u immudellar ta' kwalità ta' l-arja, in-numru ta' stazzjonijiet ta' kejl fiss li jridu jiġu installati u r-riżoluzzjoni spazjali ta' metodi oħra ta' teknika, għandhom ikunu suffiċjenti għall-konċentrazzjonijiet ta' tniġġis ta' l-arja, li tiġi stabbilita skond is-Sezzjoni I ta' l-Anness VI u Sezzjoni I ta' l-Anness VIII.

4. Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-kejl mhux meħtieġ, l-immudellar u l-metodi ta' teknika ta' stima oġġettiva, jistgħu jiġu wżati.

5. Il-metodi ta' referenza għall-analiżi tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta' l-ossidi tan-nitroġenu, u għall-kampjunar u analiżi ta' ċomb, għandu jkun kif stabbilit f'Sezzjonijiet I sa II ta' l-Anness IX.

Il-metodu ta' referenza għall-kampjunar u kejl ta' PM10 għandu jkun kif stabbilit f'Sezzjoni IV ta' l-Anness IX.

Il-metodu ta' referenza proviżorja għall-kampjunar u kejl ta' PM2,5 għandu jkun kif stabbilit f'Sezzjoni V ta' l-Anness IX.

Il-metodi ta' teknika ta' referenza għall-immudellar ta' kwalità ta' l-arja, għandhom ikunu kif stabbiliti f'Sezzjoni VI ta' l-Anness IX.

6. Id-data li qabilha l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-metodi li jkunu użaw għall-istima preliminari ta' kwalità tal-arja taħt l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 96/62/KE għandha tkun tmintax -il xahar wara dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

7. Kwalunkwe emendi neċessarji biex jiġi adottat dan l-Artikolu u l-Annessi V sa IX għall-progress xjentifiku u tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 tad- Direttiva 96/62/KE.

Artikolu 8

Informazzjoni Pubblika

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi informazzjoni aġġornata dwar konċentrazzjoni ambjentali ta' dijossidu ta' kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materja f' partiċelli u ċomb issir disponibbli b'mod regolari, lill-pubbliku, kif ukoll lill-organizazzjonijiet xierqa, bħall-organizazzjonijiet dwar l-ambjent, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizazzjonijiet li jirrpapreżentaw l-interessi ta' popolazzjoni sensittivi u korpi oħra relevanti dwar kura tas-saħħa per eżempju permezz, bil-medja tax-xandir, stampa, screens t'informazzjoni jew servizzi ta' kompjuter network.

Informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet ambjentali ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u materja f' partiċelli, għandha tiġi aġġornata ta' lanqas kuljum, u fil-każ ta' valuri kull siegħa ta' dijossidu tal-kubrit u dijossidu tan-nitroġenu, fejn prattikabbli, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata abbażi ta' kull siegħa. L-informazzjoni fuq konċentrazzjonijiet ambjentali ta' ċomb, għandha tiġi aġġornata abbażi ta' tliet xhur.

Din l-informazzjoni għandha ta' lanqas tindika kwalunkwe eċċessi ta' konċentrazzjonijiet fil-valuri tal-limitu u ta' limiti ta' alert fuq il-medja ta' perjodi, stabbiliti fl-Annessi I sa IV. Għandha wkoll tipprovdi għal stima qasira in relazzjoni mal-valuri tal-limitu u limiti ta' alert u l-informazzjoni meħtieġa dwar l-effetti fuq is-saħħa.

2. Meta l-pjanijiet jew il-programmi jsiru disponibbli għall-pubbliku taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, inklużi pjanijiet jew programmi li għalihom saret referenza taħt l-Artikoli 3(4), 5(4) u 5(5) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmluhom disponibbli għall-organizazzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1.

3. Meta limitu ta' alert stabbilit fl-Anness I jew II jiġi maqbuż, id-dettalji magħmula disponibbli għall-pubbliku skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 96/62/KE, għandhom ta' lanqas jinkludu l-oġġetti elenkati f'Sezzjoni III, ta' l-Anness in kwistjoni.

4. L-informazzjoni magħmula disponibbli għall-pubbliku u għall-organizazzjonijiet taħt il-paragrafi 1 u 3, għandhom ikunu ċari, komprensivi u aċċessibbli.

Artikolu 9

Tħassir u arranġamenti transitorji

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-valuri ta' limitu dwar il-kwalità ta' l-arja u l-valuri ta' gwida għad-dijossidu tal-kubrit u partiċelli sospiżi [7] hija mħassra b'effett mid-19 ta' Lulju 2001, ħlief għall-Artikoli 1, 2(1), 3(1), 9, 15 u 16 tad-Direttiva 80/779/KEE u l-Anness I, IIIb u IV tiegħu għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.

2. Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 dwar il-valur ta' limitu għaċ-ċomb fl-arja [8] għandha tiġi mħassra b'effett mid-19 ta' Lulju 2001, ħlief għall-Artikoli 1, 2, 3(1), 7, 12 u 13 tad- Direttiva 82/884/KEE, li għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.

3. Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1985 dwar standards fuq il-kwalità ta' l-arja għad-dijossidu tan-nitroġenu [9] għandha tiġi mħassra b'effett mid-19 ta' Lulju 2001, ħlief għall-Artikolu 1(1), l-ewwel inċiż, u (2), 2, l-ewwel inċiż, 3(1), 5, 9, 15 u 16 tad-Direttiva 85/203/KEE u l-Anness I tagħha, li għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

4. Mid-19 ta' Lulju 2001 l-Istati Membri għandhom jadottaw stazzjonijiet ta' kejl u metodi oħra ta' stimi tal-kwalità ta' l-arja li jaqblu ma' din id-Direttiva, biex jistmaw il-konċentrazzjonijiet ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ċomb fl-arja ambjentali, biex tinkiseb id-data, bil-għan li tintwera l-konformità mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE, sakemm jibqgħu japplikaw il-valuri ta' limitu f'dawk id-Direttivi.

5. Mid-19 ta' Lulju 2001 l-Istati Membri jistgħu jadottaw stazzjonijiet ta' kejl u metodi oħra ta' stima tal-kwalità tal-arja, li jaqblu ma' din id-Direttiva, għar-rigward il- PM10, biex tistma l-konċentrazzjonijiet ta' materja f' partiċelli sospiżi, bil-għan li tintwera konformità mal-valuri tal-limitu għall-partiċelli totali sospiżi, kif stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 80/779/KEE; bil-għan li tintwera din il-konformità, iżda, id-data miġbura trid tiġi multiplikata b'fattur ta' 1.2.

6. L-Istati Membri, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe eċċessi tal-valuri tal-limitu, stabbiliti fid-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE, flimkien mal-valuri rrekordjati, ir-raġunijiet ta' kull istanza rrekordjata u l-kejl meħud biex jipprevjeni kwalunkwe okkorrenza mill-ġdid, fi żmien disa' xhur mit-tmiem ta' kull sena, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tad- Direttiva 96/62/KE, sakemm il-valuri tal-limitu stabbiliti f'dawk id-Direttivi jibqgħu japplikaw.

7. Fiż-żoni li fihom Stat Membru jikkonsidra neċessarju li jillimita jew jipprevjeni żieda prevvista fit-tniġġis permezz tad-dijossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu jew materja tal-partiċelli sospiża, jista' jibqa' juża l-valuri ta' gwida għall-protezzjoni tas-sistemi ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 80/779/KEE u fl-Anness II tad-Direttiva 85/203/KEE.

Artikolu 10

Rapport u reviżjoni

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport ibbażat fuq l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, partikolarment, fuq ir-riżultati ta' l-aktar riċerka xjentifika riċenti, li tikkonċerna l-effetti fuq is-saħħa umana u sistemi ekoloġiċi, b'esposizzjoni għad-dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, frazzjonijiet differenti ta' materja f' partiċelli u ċomb, u fuq żviluppi teknoloġiċi inkluż il-progress akkwistat permezz ta' metodi ta' kejl, jew inkella permezz ta' stima tal-konċentrazzjonijiet ta' materja f' partiċelli fl-arja ambjentali u fid-deposizzjoni ta' materja f' partiċelli u ċomb fuq l-uċuħ.

Bil-għan li jiġi mantenut livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa umana u l-ambjent, waqt li tieħu kont ta' l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri nklużi partikolarment, il-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness VI, li taħthom il-kejl irid isir, ir-rapport imsemmi aktar qabel, irid ikun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, kif xieraq. Partikolarment, il-Kummissjoni trid teżamina l-valuri ta' limitu għat-tieni stadju tal- PM10, bil-għan li tagħmilhom obbligatorji u li tikkonsidra li tikkonferma jew tbiddel il-valuri ta' limitu għat-tieni stadju u, jekk xieraq, għall-ewwel stadju. B'żieda għal dan, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari biex tiffissa l-valuri ta' limitu għall-PM2,5 jew frazzjonijiet differenti ta' materja f' partiċelli, kif xieraq. Kif ukoll, l-Kummissjoni teżamina l-valur ta' limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana għad-dijossidu tan-nitroġenu u tagħmel proposta biex tikkonferma jew timmodifika dak il-valur. Teżamina wkoll il-valur tal-limitu għal kull siegħa għad-dijossidu tan-nitroġenu, fid-dawl tal-linji ta' gwida ta' l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u tikkonsidra jekk dan il-valur ta' limitu għandux jiġi mibdul jew konfermat.

Il-Kummissjoni tikkonsidra wkoll jekk limiti ta' alert jistgħux jiġu ffissati, b'konsistenza ma' tniġġis ieħor f'din id-Direttiva, għall- PM10, PM2,5 jew frazzjonijiet partikolari ta' materja f' partiċelli, kif xieraq.

Artikolu 11

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur ta' disposizzjonijiet nazzjonali adottati bil-għan ta' din id-Direttiva. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi.

Artikolu 12

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva sad-19 ta' Lulju 2001. Għandhom jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenzi għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dawn ir-referenzi fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru dawn ir-referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali, tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw f'dan il-qasam, kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum minn wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 t'April 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Müller

[1] ĠU C 9, ta' l-14.1.1998, p. 6.

[2] ĠU C 214, ta' l-10.7.1998, p. 1.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 1998 (ĠU C 167, ta' l-1.6.1998, p. 103), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 (ĠU C 360, tat-23.11.1998, p. 99) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 1999 (ĠU C 104, ta' l-14.4.1999, p. 44).

[4] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 5.

[5] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

[6] ĠU L 35, tal-5.2.1997, p. 14.

[7] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 30.

[8] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 15.

[9] ĠU L 87, tas-27.3.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

VALURI TA' LIMITU U LIMITU TA' ALERT GĦAD-DIJOSSIDU TAL-KUBRIT

I. Valuri ta' limitu għad-dijossidu tal-kubrit

Valuri ta' limitu għandhom jiġu espressi f' μg/m3. Il-volum irid jiġi standardizzat f'temperatura ta' 293o K u pressjoni ta' 101,3 kPa.

| Perjodu medju | Valur tal-limitu | Marġni ta' tolleranza | Data li fiha jrid jintlaħaq il-valur tal-limitu |

1.Valur ta' Limitu ta' kull siegħa għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Siegħa | 350 μg/m3, li m'għandux jinqabeż, aktar minn 24 darba f'sena kalendarja | 150 μg/m3 (43 %), mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u li tonqos fl-1 ta' Jannar 2001 u kull 12 - il xahar wara, permezz ta' persentaġġi annwali li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2005 | fl-1 ta' Jannar 2005. |

2.Valur ta' Limitu ta' kuljum għall-protezzjoni tas-saħħa umana | 24 siegħa | 125 μg/m3, m'għandux jinqabeż aktar minn 3 darbiet f'sena kalendarja | Xejn | fl-1 ta' Jannar 2005. |

3.Valur ta' limitu għall-protezzjoni tas-sistemi ekoloġiċi | Sena kalendarja u x-xitwa (1 t'Ottubru sal-31 ta' Marzu) | 20 μg/m3 | Xejn | fid-19 ta' Lulju 2001. |

II. Limitu ta' alert għad-dijossidu tal-kubrit

500 μg/m3 mkejla fuq tliet sigħat konsekuttivi f'lokazzjonijiet rappreżentattivi ta' kwalità ta' l-arja fuq ta' lanqas 100 km2 jew żona sħiħa jew agglomerazzjoni, liema minnhom hi l-iżgħar.

III. Dettalji minimi li jridu jsiru disponibbli għall-pubbliku meta l-limitu ta' alert għad-dijossidu tal-kubrit, jiġi maqbuż.

Id-dettalji li jridu jsiru disponibbli għall-pubbliku jrid ikollhom ta' lanqas:

- id-data, is-siegħa u l-post ta' l-okkorrenza u r-raġunijet ta' l-okkorrenza, fejn magħrufa;

- kwalunkwe previżjonijiet ta':

- tibdil f'konċentrazzjonijiet (titjib, stabilizazzjoni, jew deterjorazzjoni), flimkien mar-raġunijet ta' dawk it-tibdiliet,

- il-wesgħa ġeografika konċernata,

- id-durata ta' l-okkorrenza;

- it-tip ta' popolazzjoni potenzjalment sensittiva għall-okkorrenza;

- il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mill-popolazzjoni sensittiva konċernata.

--------------------------------------------------

ANNESS II

VALURI TA' LIMITU GĦAD-DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU (NO2) U L-OSSIDI TAN- NITROĠENU (NOx) U L-LIMITU TA' ALERT GĦAD-DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU

I. Valuri ta' limitu għad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu

Il-valuri ta' limitu għandhom jiġu espressi f' μg/m3. Il-volum irid jiġi standardizzat f'temperatura ta' 293o K u pressjoni ta'101,3 kPa.

| Perjodu medju | Valur tal-limitu | Marġni ta' tolleranza | Data li fiha l-valur tal-limitu għandu jintlaħaq |

1.Valur tal-Limitu kull siegħa għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Siegħa | 200 μg/m3 NO2, li m'għandux jinqabeż aktar minn 18-il darba f'sena kalendarja | 50 % mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jitnaqqas fl-1 ta' Jannar 2001, u kull 12-il xahar wara, permezz ta' persentaġġi ndaqs li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2010 | fl-1 ta' Jannar 2010. |

2.Valur ta' limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Sena kalendarja | 40 μg/m3 NO2 | 50 % mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jitnaqqas fl-1 ta' Jannar 2001, u kull 12-il xahar wara, permezz ta' persentaġġi ndaqs, li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2010 | fl-1 ta' Jannar 2010. |

3.Valur tal-limitu għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni | Sena kalendarja | 30 μg/m3 NOx | Xejn | fid-19 ta' Lulju 2001. |

II. Limitu ta' alert għad-dijossidu tan-nitroġenu

400 μg/m3 mkejla fuq tliet sigħat konsekuttivi f'lokazzjonijiet rappreżentattivi ta' kwalità ta' l-arja fuq ta' l-anqas 100 km2 jew żona sħiħa jew agglomerazzjoni, liema minnhom hi l-iżgħar.

III. Id-dettalji minimi li jridu jsiru disponibbli għall-pubbliku, meta jinqabeż il-limitu ta' alert tad-dijossidu tan-nitroġenu

Id-dettalji li jridu jsiru disponibbli għall-pubbliku għandhom ta' l-anqas jinkludu:

- id-data, is-siegħa u l-post ta' l-okkorrenza u r-raġunijiet ta' l-okkorrenza, meta magħrufa;

- kwalunkwe previżjonijiet ta':

- tibdil f'konċentrazzjonijiet (titjib, stabilzizazzjoni, jew deterjorazzjoni), flimkien mar-raġunijiet għal dan it-tibdil,

- il-wesgħa ġeografika konċernata,

- id-durata ta' l-okkorrenza;

- it-tip ta' popolazzjoni, potenzjalment sensittiva għall-okkorrenza;

- il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mill-popolazzjoni sensittiva konċernata.

--------------------------------------------------

ANNESS III

VALURI TA' LIMITU GĦALL-MATERJA F' PARTIĊELLI (PM10)

| Perjodu medju | Valur tal-limitu | Marġni ta' tolleranza | Data li fiha għandu jintlaħaq il-valur tal-limitu |

STADJU 1

1.Valur tal-limitu ta' 24 siegħa għall-protezzjoni tas-saħħa umana | 24 siegħa | 50 μg/m3 PM 10, m'għandux jinqabeż aktar minn 35 darba f'sena kalendarja | 50 % mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, titnaqqas fl-1 ta' Jannar 2001 u kull 12-il xahar wara, permezz ta' persentaġġi ndaqs, li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2005 | fl-1 ta' Jannar 2005. |

2.Valur tal-limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Sena kalendarja | 40 μg/m3 PM10 | 20 % mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jitnaqqas fl-1 ta' Jannar 2001, u kull 12-il xahar wara permezz ta' persentaġġi ndaqs li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2005 | fl-1 ta' Jannar 2005. |

STADJU 2 [1]

1.Valur tal-limitu ta' 24 siegħa, għall-protezzjoni tas-saħħa umana | 24 siegħa | 50 μg/m3 PM10, li ma tridx tinqabeż aktar minn 7 darbiet f'sena kalendarja | Li trid tittieħed minn data u li tkun ekwivalenti għall-Istadju 1 tal-valur tal-limitu | fl-1 ta' Jannar 2010. |

2.Valur tal-limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Sena kalendarja | 20 μg/m3 PM10 | 50 % fl-1 ta' Jannar 2005, jitnaqqas kull 12-il xahar wara permezz ta' persentaġġi ndaqs li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2010 | fl-1 ta' Jannar 2010. |

[1] Valuri tal-limitu indikattivi jridu jiġu riveduti fid-dawl ta' informazzjoni ulterjuri u effetti ambjentali, prattiċità teknika u l-esperjenza fl-applikazzjoni ta' Stadju 1 tal-valur tal-limitu fl-Istati Membri.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

VALUR TA' LIMITU GĦAĊ-ĊOMB

| Perjodu medju | Valur tal-limitu | Marġni ta' tolleranza | Data li fiha għandu jintlaħaq il-valur tal-limitu |

Valur tal-limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana | Sena kalendarja | 0,5 μg/m3 [1] | 100 % mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jitnaqqas fl-1 ta' Jannar 2001 u kull 12-il xahar wara permezz ta' persentaġġi ndaqs li jilħqu 0 % sa l-1 ta' Jannar 2005, jew sa l-1 ta' Jannar 2010 fil-viċinanza immedjata ta' punti speċifiċi ta' sorsi li bihom il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata | L-1 ta' Jannar 2005, jew l-1 ta' Jannar 2010 fil-viċinanza immedjata ta' sorsi industrijali speċifiċi f'żoni kontaminati b'għexieren ta' snin t'attivitajiet industrijali. Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata b'dawn is-sorsi sad-19 ta' Lulju 2001 [2] F'dwan il-każijiet, il-valur tal-limitu mill-1 ta' Jannar 2005, ikun 1,0 μg/m3; |

[1] Il-proċess stabbilit fl-Artikolu 10 għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva jinkludi wkoll konsiderazzjoni għall-possibilità li tissuplimenta jew tieħu post il-valur tal-limitu permezz ta' valur tal-limitu ta' deposizzjoni fil-viċinanza immedjata tal-punti tas-sorsi.

[2] Din in-notifika trid tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni xierqa. L-area li fiha l-valuri ta' limitu għolja japplikaw ma jistgħux jestendu aktar minn 1000 m minn dawn is-sorsi speċifiċi.

--------------------------------------------------

ANNESS V

DETERMINAZZJONI TAL-ĦTIĠIET GĦALL-ISTIMA TA' KONĊENTRAZZJONIJIET TA' DIJOSSIDU TAL-KUBRIT, DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU (NO2), U OSSIDI TAN-NITROĠENU (NOx), MATERJA F' PARTIĊELLI (PM10) u ĊOMB FL-ARJA AMBJENTALI F'ŻONA JEW AGGLOMERAZZJONI

I. Limiti ta' stima għolja u baxxa

Is-segwenti limiti ta' stimi għoljin u baxxi japplikaw:

(a) DIJOSSIDU TAL-KUBRIT

| Protezzjoni tas-Saħħa | Protezzjoni tas-sistema ekoloġika |

Limitu ta' stima għolja | 60 % tal-valur tal-limitu f'24 siegħa (75 μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn 3 darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja | 60 % tal-valur tal-limitu tax-xitwa (12 μg/m3) |

Limitu ta' stima baxxa | 40 % tal-valur tal-limitu f'24 siegħa (50 % μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn 3 darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja) | 40 % tal-valur tal-limitu tax-xitwa (8 μg/m3) |

(b) DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU U L-OSSIDI TAN-NITROĠENU

| Valur tal-limitu kull siegħa għall-protezzjoni tas-saħħa umana (NO2) | Valur tal-limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa umana (NO2) | Valur tal-limitu annwali għall-protezzjoni ta' veġetazzjoni (NOX) |

Limitu ta' stima għolja | 70 % tal-valur tal-limitu (140 μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn 18 -il darba fi kwalunkwe sena kalendarja) | 80 % tal-valur tal-limitu (32 μg/m3) | 80 % tal-valur tal-limitu (24 μg/m3) |

Limitu ta' stima baxxa | 50 % tal-valur tal-limitu (100 μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn 18-il darba fi kwalunkwe sena kalendarja) | 65 % tal-valur tal-limitu (26 μg/m3) | 65 % tal-valur tal-limitu (19,5 μg/m3) |

(ċ) MATERJA F' PARTIĊELLI

Il-limiti ta' stima għolja u baxxa għall-PM

10

huma bbażati fuq il-valuri ta' limitu indikattivi għall-1 ta' Jannar 2010.

| Medja ta' 24 siegħa | Medja annwali |

Limitu ta' stima ta' għolja | 60 % tal-valur tal-limitu (30 μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn seba' darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja) | 70 % tal-valur tal-limitu (14 μg/m3) |

Limitu ta' stima baxxa | 40 % tal-valur tal-limitu (20 μg/m3, li ma jridx jinqabeż aktar minn seba' darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja | 50 % tal-valur tal-limitu (10 μg/m3) |

(d) ĊOMB

| Medja Annwali |

Limitu ta' stima għolja | 70 % tal-valur tal-limitu (0,35 μg/m3) |

Limitu ta' stima baxxa | 50 % tal-valur tal-limitu (0,25 μg/m3) |

II. Determinazzjoni ta' l-eċċessi tal-limiti ta' stima għolja u baxxa

L-eċċessi tal-limiti ta' stima għolja u baxxa jridu jiġu determinati abbażi tal-konċentrazzjonijiet matul il-ħames snin ta' qabel, meta d-data suffiċjenti hija disponibbli. il-limitu ta' stima jitqies li jkun inqabeż, jekk matul dawk il-ħames snin, in-numru totali ta' eċċessi tal-konċentrazzjoni numerika tal-limitu jkun aktar minn tliet darbiet in-numru t'eċċessi permessi kull sena.

Meta anqas minn ħames snin data hija disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jkkombinaw kampanji ta' kejl ta' durata qasira matul il-perjodu tas-sena u f'lokazzjonijiet b'tendenzi li jkunu tipiċi għall-ogħla livelli ta' tniġġis, b'riżultati akkwistati minn informazzjoni minn inventarji t'emmissjoni u mmudellar biex jiġu determinati l-eċċessi tal-limitu ta' stimi għoljin u baxxi.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

LOKAZZJONI TA' PUNTI TA' KAMPJUNAR GĦALL-KEJL TA' DIJOSSIDU TAL-KUBRIT, DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU U OSSIDI TAN-NITROĠENU, MATERJA F' PARTIĊELLI U ĊOMB FL-ARJA AMBJENTALI

Is-segwenti konsiderazzjonijiet japplikaw għal kejl fiss.

I. Identifikar ta' postijiet ta' skala makro.

(a) Protezzjoni tas-saħħa umana

Punti ta' kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa umana għandhom jiġu identifikati:

(i) biex tiġi pprovduta data fuq il-wesgħat ġo żoni u agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet, li għalihom il-popolazzjoni tista' tkun indirettament jew direttament esposta għall-perjodu li huwa sinifikanti f'relazzjoni mal-perjodu medju tal-valuri tal-limitu;

(ii) biex tiġi pprovduta data dwar livelli f'wesgħat oħra ġo żoni u agglomerazzjonijiet li huma rappreżentattivi għall-esposizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali.

Punti ta' kampjunar għandhom ġeneralment jiġu identifikati biex jiġi evitat il-kejl ta' mikro-ambjenti, żgħar ħafna, fil-viċinanza immedjata. Bħala linja ta' gwida, punt ta' kampjunar għandu jiġi identifikat, li jkun ir-rappreżentattiv ta' kwalità t'arja f' wesgħa tal-madwar ta' mhux anqas minn 200 m2 f'żoni orjentati mit-traffiku u ta' diversi kilomteri kwadri ta' żoni bi sfond urban.

Il-punti ta' kampjunar għandhom ukoll, fejn possibbli, jkunu rappreżentattivi ta' lokazzjonijiet simili mhux fil-viċinanza immedjata.

Għandu jittieħed kont tal-bżonn li jiġu allokati punti ta' kampjunar fuq gżejjer, fejn huwa neċessarju għall-protezzjoni tas-saħħa umana.

(b) Protezzjoni ta' sistemi ekoloġiċi u veġetazzjoni.

Punti ta' kampjunar maħsuba għall-protezzjoni ta' sistemi ekoloġiċi jew veġetazzjonijiet għandhom jiġu identifikati aktar minn 20 km minn agglomerazzjonijiet jew aktar minn 5 km minn żoni oħra mibnija, stallazzjonijiet industrijali jew toroq. Bħala linja ta' gwida, punt ta' kampjunar għandu jiġi identifikat bħala rappreżentattiv tal-kwalità t'arja fil-wesgħa tal-madwar ta' lanqas 1000 km2. L-Istat Membru jista' jipprovdi punt ta' kampjunar li jiġi identifikat f'distanza iqsar jew li jkun rappreżentattiv ta' kwalità t'arja f'wesgħa anqas estiża, u jittieħed kont tal-kondizzjonijiet ġeografiċi.

Għandu jittieħed kont tal-bżonn li ssir stima tal-kwalità ta' l-arja fuq il-gżejjer.

II. Identifikar ta' żoni fuq skala mikro

Is-segwenti linji ta' gwida għandhom jintlaħqu sa fejn huwa prattikabbli:

- it-tnixxija madwar is-sonda tal-kampjunar intern, m'għandhiex tkun ristretta, mingħajr l-ebda ostakolu li jaffettwa t-tmexxija ta' l-arja fil-viċinanzi tal-kampjun (normalment ftit metri 'l bogħod mill-bini, gallariji, siġar u ostakoli oħrajn u ta' l-anqas 0,5 m mill-iktar bini viċin fil-każ ta' punti ta' kampjunar li jirrapreżentaw il-kwalità ta' l-arja fil-linja tal-bini);

- in ġenerali, id-daħla tal-punt ta' kampjunar għandha tkun bejn 1,5 m (iż-żona tan-nifs) u 4 m 'l fuq mill-art. Posizzjonijiet ogħla (sa 8 m) jistgħu ikunu neċessarji f'ċerti ċirkostanzi. Siti aktar għolja jistgħu jkunu xierqa jekk l-istazzjon huwa rappreżentattiv ta' wesgħa kbira;

- is-sonda interna m'għandhiex titpoġġa fil-viċinanza immedjata ta' sorsi sabiex tkun tista' tevita d-dħul ta' l-arja diretta, t'emmissjonijiet mhux imħallta ma' l-arja ambjentali;

- il-ħruġ ta' l-exhaust tal-kampjun, għandu jiġi posizzjonat biex iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid ta' arja bl-exhaust fid-dħul tal-kampjun tiġi evitata;

- lokazzjoni ta' kampjuni orjentati mit-traffiku:

- għat-tniġġis kollu, dawn il-punti ta' kampjunar, għandhom ikunu ta' lanqas 25 m mit-tarf tal-junctions maġġuri u ta' lanqas 4 m miċ-ċentru ta' l-iktar karreġġjata tat-traffiku viċina,

- għad-dijossidu tan-nitroġenu, id-daħliet iridu jkunu ta' mhux aktar minn 5 m mit-tarf tal-bankina,

- għall-materja f' partiċelli u għaċ-ċomb, id-daħliet iridu jkunu sitwati sabiex ikunu rappreżentattivi tal-kwalità ta' l-arja ħdejn il-linja tal-bini.

Is-segwenti fatturi jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati:

- sorsi t'interferenza;

- sigurtà;

- aċċess;

- id-disponibilità ta' l-enerġija elettrika u l-komunikazzjonijiet tat-telefon;

- viżibilità tas-sit, b'relazzjoni mal-madwar;

- sigurtà tal-pubbliku u l-operaturi;

- ix-xewqa li jiġu kollokati punti ta' kampjunar għal tniġġis differenti;

- ħtiġiet għall-ippjanar.

III. Dokumentazzjoni u reviżjoni ta' l-għażla tas-siti

Il-proċeduri ta' l-għażla tas-siti għandha tkun dokumentata kollha fl-istadju tal-klassifikazzjoni, b'mezzi bħal ritratti b'kumpass tal-wesgħa tal-madwar u mappa dettaljata. Is-siti għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari flimkien ma' dokumentazzjoni biex jiġi assigurat li l-kriterji ta' l-għażla jibqgħu validi maż-żmien.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KRITERJI BIEX JIĠU DETERMINATI N-NUMRI MINIMI GĦALL-PUNTI TA' KAMPJUNAR GĦALL-KEJL FISS TA' KONĊENTRAZZJONIJIET TA' DIJOSSIDU TAL-KUBRIT (SO2), DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU (NO2) U OSSIDI TAN-NITROĠENU, MATERJA F' PARTIĊELLI U ĊOMB FL-ARJA AMBJENTALI

I. In-numru minimu ta' punti ta' kampjunar għall-kejl fiss, biex tiġi stmata l-konformità mal-valuri tal-limitu għall-protezzjoni tas-saħħa umana u l-limiti ta' alert f'żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-kejl fiss huwa l-uniku sors t'informazzjoni

(a) Sorsi mxerrda

Popolazzjoni ta' agglomerazzjoni jew żona (eluf) | Jekk il-konċentrazzjonijiet jaqbżu il-limitu ta' l-istima għolja | Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi huma bejn il-limitu ta' stima għolja u baxxa | Għall-SO2 u l-NO2, f'agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet massimi huma anqas mil-limitu ta' stima baxxa |

0-250 | 1 | 1 | Mhux applikabbli |

250-499 | 2 | 1 | 1 |

500-749 | 2 | 1 | 1 |

750-999 | 3 | 1 | 1 |

1000-1499 | 4 | 2 | 1 |

1500-1999 | 5 | 2 | 1 |

2000-2749 | 6 | 3 | 2 |

2750-3749 | 7 | 3 | 2 |

3750-4749 | 8 | 4 | 2 |

4750-5999 | 9 | 4 | 2 |

> 6000 | 10 | 5 | 3 |

| Għall-NO2 u materja f' partiċelli: inkluż ta' l-anqas, stazzjon wieħed bi sfond urban, u stazzjon orjentat mit-traffiku | | |

(b) Sorsi tal-punt

Għall-istima ta' tniġġis fil-viċinanza ta' sorsi tal-punt, in-numru ta' punti ta' kampjunar għall-kejl fiss għandu jiġi kkalkulat, u jingħata kont tad-densitajiet t'emmissjoni, il-mudell ta' distribuzzjoni ta' tniġġis fl-arja ambjentali u l-esposizzjoni potenzjali tal-popolazzjoni.

II. Numru minimu ta' punti ta' kampjuni għall-kejl fiss, b'valuri ta' limitu għall-protezzjoni ta' sistemi ekoloġiċi jew veġetazzjonijiet f'żoni oltre l-agglomerazzjonijiet

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-limitu ta' stima għolja | Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi huma bejn il-limitu ta' stima għolja u baxxa |

Stazzjon 1 kull 20000 km2 | Stazzjon 1 kull 40000 km2 |

F'żoni ta' gżejjer il-punti ta' kampjunar għall-kejl fiss għandhom jiġu kkalkulati, billi jittieħed kont tal-mudell tad-distribuzzjoni ta' tniġġis fl-arja ambjentali u l-esposizzjoni potenzjali ta' sistemi ekoloġiċi jew veġetazzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

OBJETTIVI GĦALL-KWALITÀ TA' DATA U L-ĠBIR TA' RIŻULTATI TA' STIMA TAL-KWALITÀ TA' L-ARJA

I. Objettivi għall-kwalità ta' data

Is-segwenti objettivi ta' kwalità ta' data għall-eżattezza ta' metodi ta' stima, ta' ħin minimu, u ta' qbid ta' data ta' kejl huma mniżżla biex jagħtu gwida għall-programmi ta' assigurazzjoni ta' kwalità.

| Dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu | Materja f' partiċelli u ċomb |

Kejl kontinwu

Eżattezza | 15 % | 25 % |

Qbid ta' Data minima | 90 % | 90 % |

Kejl indikattiv

Eżattezza | 25 % | 50 % |

Qbid ta' Data minima | 90 % | 90 % |

Kopertura minima ta' ħin | 14 % (Kejl wieħed kull ġimgħa bl-addoċċ, imqassam l-istess matul is-sena, jew tmien ġimgħat imqassma l-istess matul is-sena) | 14 % (Kejl wieħed kull ġimgħa bl-addoċċ, imqassam l-istess matul is-sena, jew tmien ġimgħat imqassma l-istess matul is-sena) |

Immudellar

Eżattezza:

Medja kull siegħa | 50 % - 60 % | |

Medja kuljum | 50 % | Mhux definita preżentement [1] |

Medja annwali | 30 % | 50 % |

Stima oġġettiva

Eżattezza: | 75 % | 100 % |

L-eżattezza tal-kejl hija mfissra kif imniżżel fil-"Gwida għall-espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl"(ISO 1993) jew fl-ISO 5725-1 "Eżattezza (veraċità u preċiżjoni) ta' metodi ta' kejl u riżultati" (1994). Il-persentaġġi fit-tabella huma mogħtija għall-kejl individwali medju, fuq il-perjodu kunsidrat, bil-valur ta' limitu, għall-intervall li 95 % tafdah (bias + darbtejn l-istandard tad-devjazzjoni). L-eżattezza għall-kejl kontinwu għandu jiġi interpretat bħala applikabbli fir-reġjun tal-valur tal-limitu xieraq.

L-eżattezza għall-immudellar u l-istima oġġettiva hija mfissra bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli ta' konċentrazzjoni mkejla u kkalkulati, fuq il-perjodu kkunsidrat bil-valur tal-limitu, mingħajr ma jittieħed kont il-ħinijiet ta' l-avvenimenti.

Il-ħtiġiet għal data minima li tinqabad u l-ħin, ma jinkludux it-telf ta' data minħabba l-kalibrazzjoni regolari jew il-manteniment normali ta' l-istrumentalizzazzjoni.

Permezz ta' deroga, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kejl saltwarjament, minflok kejl kontinwu tal-materja f' partiċelli u ċ-ċomb, jekk juru lill-Kummissjoni illi l-eżattezza f'intervall li 95 % tista' tafdah għar-rigward ta' monitoraġġ kontinwu huwa bejn 10 %. Kampjunar saltwarju għandu jiġi mifrux l-istess matul is-sena.

II. Riżultati ta' l-istima tal-kwalità ta'l-arja

Is-segwenti informazzjoni għandha tinġabar għal żoni jew agglomerazzjonijiet li fihom sorsi oltre l-kejl huma applikati biex jissupplixxu l-infomazzjoni minn kejl jew bħala l-uniku mezz għall-istima ta' kwalità ta' l-arja:

- deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' stima li jkunu qed isiru;

- il-metodi speċifiċi użati, b'referenzi għad-deskrizzjonijiet tal-metodu;

- is-sorsi tad-data u l-informazzjoni;

- deskrizzjoni tar-riżultati, valuri tal-limitu, inklużi l-eżattezzi, u partikolarment, kwalunkwe wesgħa, jew jekk relevanti, it-tul tat-triq ġoż-żona jew l-agglomerazzjoni li fuqhom il-konċentrazzjonijiet jeċċedu l-valur tal-limitu, jew, kif jista' jkun il-valuri tal-limitu flimkien mal-marġini applikabbli ta' tolleranza u ta' kwalunkwe wesgħa li fiha l-konċentrazzjonijiet jeċċedu l-limitu ta' stima għolja jew il-limitu ta' stima baxxa;

- għall-valuri ta' limitu li l-għan tagħhom huwa l-protezzjoni tas-saħħa umana, il-popolazzjoni potenzjalment esposta għall-konċentrazzjonijiet b'eċċess tal-valur tal-limitu.

Fejn possibbli l-Istati Membri għandhom jiġbru mapep li juru d-distribuzzjonijiet ta' konċentrazzjoni ġo kull żona u agglomerazzjoni.

III. Standardizzar

Għad-dijossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu, il-volum għandu jiġi standardizzat f'temperatura ta' 293 oK u pressjoni ta' 101,3 kPa.

[1] Kwalunwe emenda neċessarja biex tadatta dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

METODI TA' REFERENZA GĦALL-ISTIMA TA' KONĊENTRAZZJONIJIET TA' DIJOSSIDU TAL-KUBRIT, DIJOSSIDU TAN-NITROĠENU U OSSIDI TAN-NITROĠENU, MATERJA F' PARTIĊELLI (PM10 U PM2,5) U ĊOMB

I. Metodu ta' referenza għall-analiżi ta' dijossidu tal-kubrit:

ISO/FDIS 10498 (Standard f'abbozz) Arja ambjentali - determinar ta' dijossidu tal-kubrit - metodu fluorexxenza ultraviolet.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe mezz ieħor li bih jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu msemmija hawn fuq.

II. Metodu ta' referenza għall-analiżi ta' dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu:

ISO 7996: 1985 Arja ambjentali - determinar ta' konċentrazzjonijiet massiċċi ta' ossidi tan-nitroġenu - metodu chemiluminescence.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe metodu ieħor li jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu t'hawn fuq.

III.A Metodu ta' referenza għall-kampjun taċ-ċomb:

Il-metodu ta' referenza għall-kampjunar taċ-ċomb huwa dak deskritt fl-Anness tad-Direttiva 82/884/KEE, sa dak iż-zmien li l-valur tal-limitu fl-Anness IV ta' din id-Direttiva jintlaħaq, fejn il-metodu ta' referenza jkun dak ta' PM10 kif imsemmi f'Sezzjoni IV ta' dan l-Anness.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe metodu ieħor li jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu msemmi hawn fuq.

III.B Metodu ta' referenza għall-analiżi taċ-ċomb:

ISO 9855: 1993 Arja ambjentali - Determinazzjoni ta' kontenut ta' partiċelli taċ-ċomb ta' aerosoli miġbur fil-filtri. Assorbazzjoni atomika bil-metodu spettroskopja.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe metodu ieħor li jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu msemmi hawn fuq.

IV. Metodu ta' referenza għall-kampjunar u kejl ta' PM10

Il-metodu ta' referenza għall-kampjunar u kejl ta' PM10 huwa dak deskritt fl-EN 12341 "Kwalità tal-Arja- Proċedura ta' test fuq il-Post biex Turi Ekwivalenza ta' Referenza għall-Metodi ta' Kampjunar għall-frazzjoni PM10 tal-materja f' partiċelli". Il-prinċipju ta' kejl huwa bbażat fuq il-ġbir fuq filtru ta' frazzjoni PM10 ta' materja f' partiċelli ambjentali u d-determinazzjoni massa gravimetrika.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe metodu ieħor li jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu t'hawn fuq jew kwalunkwe metodu ieħor li l-Istati Membri konċernati jistgħu juru li għandu relazzjoni konsistenti għall-metodu ta' referenza. F'dik l-eventwalità ir-riżultati akkwistati b'dak il-metodu, jridu jiġu korretti permezz ta' fattur relevanti biex jipproduċi riżultati ekwivalenti għal dawk li kienu jiġu akkwistati kieku jintuża l-metodu ta' referenza.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu wżat għall-kampjunar u kejl ta' PM10. Il-Kummissjoni għandha malajr kemm jista' jkun tagħmel l-eżerċizzi ta' interparagun għall-kampjunar ta' PM10 u l-kejl meħud biex tkun tista' tipprovdi l-informazzjoni għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 10.

V. Metodu ta' referenza proviżorju għall-kampjunar u kejl ta' PM2,5

Il-Kummissjoni għandha tipproduċi linji ta' gwida, b'konsultazzjoni mal-kumitat li għalih saret referenza fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 96/62/KEE, għall-metodu ta' referenza proviżorju xieraq, għall-kampjunar u stima tal-PM2,5 sad-19 ta' Lulju 2001.

Stat Membru jista' juża kwalunkwe metodu ieħor li jikkonsidra xieraq.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu użat għall-kampjunar u kejl tal- PM2,5. Il-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun għandha tagħmel l-eżerċizzji interparagun tal-metodi ta' kampjunar u kejl għall- PM2,5 biex tkun tista' tipprovdi l-informazzjoni għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 10.

VI. Metodi ta' teknika ta' referenza:

Metodi ta' teknika ta' referenza ma jistgħux jiġu speċifikati fil-preżent. Kwalunkwe emendi biex jiġi adattat dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku, jridu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE.

--------------------------------------------------

Top