EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0075

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 75/98 tat-12 ta' Jannar 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 7, 13.1.1998, p. 3–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 008 P. 404 - 426
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 010 P. 185 - 207
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 010 P. 185 - 207
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 013 P. 198 - 219

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/75/oj

31998R0075



Official Journal L 007 , 13/01/1998 P. 0003 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 75/98

tat-12 ta' Jannar 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KOMUNITÀ TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 82/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 miġjub fih,

Billi huwa xieraq li tiddaħħal fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1427/97 [4], definizzjoni tal-kliem "pajjiżi EFTA", kif użati fil-kuntest tar-regoli Komunitarja ta' transitu; billi kont għandu għalhekk jingħata tal-fatt li pajjiżi barra minn dawk ta' l-Istati oriġinali tal-Komunità u EFTA aċċedew għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' transitu [5], hawnhekk iżjed "l quddiem imsejjħa" l-Konvenzjoni;

Billi d-dispożizzjonijiet dwar it-transitu u l-prova ta' l-istatus tal-Komunità ta' oġġetti li jinġarru bil-baħar jeħtieġ li jiġu emendati biex ikunu simplifikati l-kompiti kemm ta' l-operaturi ekonomiċi u kemm ta' l-amministrazzjonijiet doganali;

Billi d-dispożizzjonijiet dwar it-transitu u l-prova ta' l-istatus tal-Komunità ta' oġġetti li jinġarru bil-baħar m'humiex adegwati minħabba l-fatturi partikolari tat-trasport bil-baħar li ma għandhom ebda kontroparti f'tipi oħra ta' trasport; billi huwa konsegwentement impossibbli taħt id-dispożizzjonijiet kurrenti li jiġi garantit il-ġbir tad-debitu doganali u tariffi oħra fuq oġġetti;

Billi l-proċedura tat-transitu fil-Komunità, li hija obbligatorja għat-trasport bil-baħar ta' oġġetti mhux tal-Komunità, hija kważi mpossibbli li tiġi applikata fil-prattika minħabba dawk il-fatturi;

Billi hi meħtieġa garanzija biex tassigura l-ġbir tad-debitu doganali u tariffi

Billi hu meħtieġ li jiġi stabbilit mod għall-identifikazzjoni ta' oġġetti kunsinnati lil jew minn parti tat-territorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/95/KE [7], ma japplikawx; billi dawn l-oġġetti għandhom jiġu identifikati permezz tad-dokument T2LF jew, fejn huma mwettqa taħt il-proċedura nterna ta' transitu Komunitarja, permezz ta' daħla speċifika fil-formola tad-dikjarazzjoni T2;

Billi l-oġġetti Komunitarji kunsinnati minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, li jinġarru kollha kemm huma bil-baħar jew bl-ajru mit-territorju ta' pajjiż wieħed jew iktar li aċċedew għall-Konvenzjoni, m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiċċaqalqu taħt ir-regoli interni ta' transitu tal-Komunità unikament minħabba li jinġarru mit-territorju ta' dawk il-pajjiżi;

Billi l-esperjenza wriet li hu ta' min jirrestrinġi l-projbizzjoni fuq l-użu tal-garanzija komprensiva fi ħdan ir-reġim ta' transitu Komunitarju għall-perjodu limitat;

Billi, bl-iskop tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, jidher li huwa ta' min jarmonizza d-diversi formoli wżati fil-proċedura Komunitarja u l-proċedura ta' transitu komuni, u li jiġu kombinati f'lista waħda l-listi ta' ċerti oġġetti sensittivi li jinsabu fl-Annessi 52 u 56 li jinsabu mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

Billi l-estensjoni tal-proċedura Komunitarja ta' transitu għal Andorra u San Marino teħtieġ xi bidliet għall-formoli;

Billi l-perjodu ta' transizzjoni għan-negozju bejn il-Komunità kif kostitwit fil-31 ta' Diċembru 1985, minn naħa waħda, u l-Spanja u l-Portugall mill-oħra, u n-negozju bejn dawk iż-żewġ Stati Membri, intemm fil-31 ta' Diċembru 1995, bir-riżultat li d-dokumenti u l-proċeduri m'għadhomx iktar meħtieġa biex jiġu identifikati oġġetti hekk kummerċjati; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 409/86 [8], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3716/91 [9], għandu għalhekk jiġi mħassar;

Billi l-Artikolu 188 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kodiċi", jagħti tnaqqis tat-tariffa fuq l-importazzjoni ta' prodotti mis-sajd maqbuda minn bastimenti Komunitarji fl-ibħra territorjali ta' pajjiż terz; billi ċertifikat fil-forma ta' mudell standard li jinkorpora d-dikjarazzjonijiet neċessarji kollha meħtieġa fis-sostenn għad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kien ikun l-aħjar mod kif jiġu ttrattati dawn il-prodotti;

Billi obbligazzjoni sempliċi min-naħa ta' l-Istati Membri biex iżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-listi tal-każijiet imsemmija fl-Artikoli 870 u 889(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hija biżżejjed mhux biss biex tippermetti verifiki mwettqa fil-qafas ta' kontrolli tar-riżorsi tagħhom stess li jiġu mwettqa kif suppost imma wkoll biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità; billi hu għalhekk konvenjenti, bil-għan tas-simplifikazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri, li l-obbligazzjoni biex dawn il-listi jintbagħtu lill-Kummissjoni tiġi mitmuma;

Billi l-kodiċi stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jkoprux oġġetti ritornati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 185 tal-Kodiċi jew oġġetti minn pajjiżi terzi rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'pajjiż li miegħu il-Komunità kkonkludiet ftehim ta' unjoni doganali qabel ma jerġgħu jiġu mibgħuta lura lill-Komunità; billi, għalhekk, dawk il-kategoriji għandhom jiġu nklużi fil-lista tal-kodiċi;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 309, il-punt li ġej (f) huwa miżjud:

"(f) "pajjiżi EFTA"; tfisser:

il-pajjiżi EFTA kollha u xi pajjiż li aċċeda għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' transitu [10].";

2. L-Artikolu 311 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (b) hu mħassar;

(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"L-oġġetti koperti bil-punt (a) ta' l-ewwel paragrafu li li jinġarru kollha kemm huma bil-baħar jew bl-ajru m'għandhomx ikunu meħtieġa jiċċaqalqu taħt ir-regoli Komunitarja interni ta' transitu.";

3. it-titolu tat-Taqsima II, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-istatus doganali ta' l-oġġetti";

4. L-Artikolu 313 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 313

1. Bla ħsara għall-Artikolu 180 tal-Kodiċi u għall-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-oġġetti kollha fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom jiġu meqjusa li huma oġġetti Komunitarji, sakemm ma jiġix stabbilit li m'għandhomx status Komunitarju.

2. Dawn li ġejjin m'għandhomx jitqiesu li huma oġġetti Komunitarji sakemm ma jiġix stabbilit skond l-Artikoli 314 sa 323 li għandhom status Komunitarju:

(a) oġġetti miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità skond l-Artikolu 37 tal-Kodiċi;

(b) oġġetti f’ħażna temporanja jew f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles;

(ċ) oġġetti mqiegħda taħt proċedura ta' sospensjoni.

B’deroga minn din id-dispożizzjoni u skond l-Artikolu 38(5) tal-Kodiċi, l-oġġetti miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom jiġu meqjusa li huma oġġetti Komunitarji sakemm ma jiġix stabbilit li m’ għandhomx status Komunitarju:

- fejn, jekk imġarra bl-ajru, l-oġġetti ġew mgħobbija jew trasbordati fl-ajruport tal-Komunità, għal kunsinna lill-ajruport ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, u meħuda taħt il-koperta ta' dokument wieħed tat-trapsort imħejji fi Stat Membru,

- jew fejn, jekk imġarra bil-baħar, l-oġġetti nġarru bil-baħar bejn portijiet fit-territorju doganali tal-Komunità b'servizz regolari tal-bastimenti skond l-Artikoli 313a u 313b.";

5. l-Artikoli li ġejjin 313a u 313b huma mdaħħla:

"L-Artikolu 313a

1. Servizz regolari tal-bastimenti jfisser servizz regolari li jġorr oġġetti f'bastimenti li jivvjaġġaw biss bejn portijiet li jinsabu fit-territorju doganali tal-Komunità u ma jistgħux jiġu minn, imorru jew jidħlu f'xi punti barra dan it-territorju jew f'żona ħielsa ta' port f'dan it-territorju.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu prova li d-dispożizzjonijiet dwar servizzi awtorizzati tal-bastimenti ġew osservati.

Meta l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li d-dispożizzjonijiet dwar servizzi awtorizzati tal-bastimenti ma ġewx osservati, għandhom immedjatament jinfurmaw l-awtoritajiet doganali kollha konċernati.

Artikolu 313b

1. Meta kumpanija tal-bastimenti tagħmel applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita l-kumpanija jew rappreżentata jistgħu, permezz ta' ftehim ma’ l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra konċernati, jawtorizzaw it-twaqqif ta' servizz bil-baħar regolari.

2. L-applikazzjoni għandu jkollha d-dettalji li ġejjin:

(a) il-portijiet konċernati;

(b) l-ismijiet tal-bastimenti awtorizzati biex jipprovdu servizzi regolari; u

(ċ) kull informazzjoni oħra meħtieġa mill-awtoritajiet doganali, b'mod partikolari l-iskeda tas-servizzi tal-bastimenti.

3. L-Awtorizazzjoni għandha tingħata biss lill-kumpaniji tal-bastimenti li:

a. huma stabbiliti jew rappresentati fit-territorju doganali tal-Komunità u li r-rekords tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet doganali kompetenti;

b. ma jkunux ikkommettew xi offiżi serji jew ripetuti kontra l-leġislazzjoni doganali jew tat-taxxi;

c. jistgħu jissodisfaw lill-awtoritajiet doganali li joperaw servizz regolari tal-bastimenti kif definit fl-Artikolu 313a(1); u

d. jintrabtu li:

- fuq ir-rotot li għalihom hi mitluba l-awtorizzazzjoni, ebda żjarat ma jsiru fl-ebda port f’ pajjiż terz jew f'xi żona ħielsa f'port fit-territorju doganali tal-Komunità, u li ebda trasbordi ma jsiru f'ibħra internazzjonali, u li

- iċ-ċertifikat ta' l-awtorizazzjoni jkun abbord il-bastiment u ppreżentat fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti doganali.

4. Meta jirċievu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li lilu l-applikazzjoni tkun saret (l-awtoritajiet li jawtorizzaw) għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra li fit-territorji tagħhom il-portijiet maħsuba għas-sejħa tas-servizz regolari tal-vapuri jinsabu (l-awtoritajiet korrispondenti).

L-awtoritajiet korrispondenti għandhom jikkonfermaw li jkunu rċevew l-applikazzjoni.

Fi żmien 60 ġurnata mid-data fi fiha jirċievu n-notifikazzjoni, l-awtoritajiet korrispondenti għandhom jikkonfermaw l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tagħhom. Fejn Stat Membru jirrifjuta applikazzjoni, għandu jiddikjara r-raġunijiet. Meta ma tingħata ebda tweġiba l-awtorità li tawtorizza għandha toħroġ awtorizazzjoni li għandha tkun aċċettata mill-Istati Membri konċernati.

L-awtoritajiet li jawtorizzaw għandhom joħorġu ċertifikat ta' awtorizazzjoni, f'kopja waħda jew iktar kif meħtieġ u li jikkonformaw mal-mudell imniżżel fl-Anness 42 A, u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet korrispondenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn konċernati. Kull ċertifikat ta' l-awtorizazzjoni għandu jkollu numru tas-serje li permezz tiegħu jista’ jkun identifikat. Il-kopji kollha ta' kull ċertifikat għandu jkollhom l-istess numru.

5. Malli servizz regolari tal-bastimenti jkun ġie awtoriżżat, il-kumpanija tal-bastimenti konċernata għandha tkun meħtieġa li tużah. Il-kumpanija tal-bastimenti għandha tikkomunika kull irtirar jew bidla fil-karatteristiċi tas-servizz awtorizzat lill-awtoritajiet li jawtorizzaw.

6. Fejn awtorizazzjoni tiġi rtirata, jew servizz regolari tal-bastimenti jieqaf jopera, l-awtoritajiet li jawtorizzaw għandhom javżaw lill-awtoritajiet korrispondenti ta' l-Istati Membri konċernati. L-awtoritajiet li jawtorizzaw għandhom ukoll javżaw lill-awtoritajiet korrispondenti b’ kull tibdil fis-servizz regolari tal-bastimenti, bl-użu tal-proċedura prevista fil-paragrafu 4.

7. Meta bastiment tat-tip imsemmi fl-Artikolu 313a(1) jiġi sfurzat f’ ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom li jittrasborda fuq il-baħar jew temporanjament jidħol f'port ta' pajjiż terz jew żona ħielsa ta' port fit-territorju doganali tal-Komunità, il-kumpanija tal-bastimenti għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet doganali tal-portijiet sussegwenti li jidħol fihom matul ir-rotta skedata tal-bastiment.";

6. L-Artikolu 314 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 314

1. Fejn l-oġġetti mhumiex meqjusa li huma oġġetti Komunitarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 313, l-istatus Komunitarju tagħhom ma jistax ikun stabbilit taħt il-paragrafu 2 sakemm:

a. (a)ma jkunux inġiebu minn Stat Membru ieħor mingħajr ma qasmu t-territorju ta' pajjiż terz waqt li kienu ġejjin; jew

b. inġiebu minn Stat Membru ieħor u għaddew mit-territorju ta' pajjiż terz, u inġarru taħt il-kopertura ta' dokument waħdieni tat-trasport maħruġ fi Stat Membru; jew

c. kienu trasbordati f'pajjiż terz fuq mezz ta' trasport li ma kienx dak li fuqu kienu inzjalment mgħobbija u dokument ġdid tat-trasport inħareġ, sakemm id-dokument il-ġdid ikollu miegħu kopja tad-dokument oriġinali li jkopri l-ġarr mill-Istat Membru tat-tluq sa l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Skond il-ħtiġijiet tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandhom iwettqu tfitxxijiet post-clearance biex jiddeterminaw l-eżattezza ta' l-informazzjoni mdaħħla fil-kopja tad-dokument oriġinali tat-trasport.

2. Prova li l-oġġetti għandhom status Komunitarju tista’ tiġi stabbilita unikament:

(a) permezz ta' wieħed mid-dokumenti hekk kif previst fl-Artikoli 315 sa 318; jew

(b) skond ir-regoli preskritti fl-Artikoli 319 sa 323; jew

(ċ) permezz tad-dokument li jakkumpanjahom imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2719/92 [11]; jew

(d) permezz tad-dokument hekk kif previst fl-Artikolu 325; jew

(e) permezz tad-dokument hekk kif previst fl-Artikolu 816 li jiċċertifika l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti; jew

(f) permezz tal-kopja ta' kontroll T5 deskritta fl-Artikolu 843.

3. Id-dokumenti jew ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhomx jiġu wżati fir-rigward ta' oġġetti li għalihom il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni ġew kompletati jew li ġew imqiegħda taħt il-proċedura ‘l ġewwa ta' l-proċessar (is-sistema ta' rifużjoni).

4. Meta d-dokumenti jew ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 huma wżati għal oġġetti Komunitarji bl-ippakkeġġjar li m'għandux status Komunitarju, id-dokument li jiċċertifika l-istatus Komunitarju għandu jkun ittimbrat b'waħda mill-frażijiet li ġejjin:

- envases N

- N-emballager

- N-Umschließungen

- Σνσκενασια Ν

- N packaging

- emballages N

- imballaggi N

- N-verpakkingsmiddelen

- embalagens N

- N-pakkaus

- N förpackning."

7. L-Artikolu 315 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Fejn prova ta' l-istatus Komunitarju ta' oġġetti tingħata permezz tal-produzzjoni tad-dokument T2L id-dokument imsemmi għandu jitħejja skond il-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.";

(b) il-paragrafu li ġej 1a huwa mdaħħal:

"1a. Prova ta' l-istatus Komunitarju ta' oġġetti kunsinnati lil jew minn parti tat-territorju doganali tal-Komunità fejn id-Direttiva 77/388/KEE ma tapplikax għandha tkun fornita permezz tal-produzzjoni tad-document T2LF.

Il-Paragrafi 2 sa 7 u l-Artikoli 316 sa 324 għandhom japplikaw mutatis mutandis.";

8. L-Artikolu 317 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Prova ta' l-istatus Komunitarju ta' oġġetti għandha tiġi fornita, skond il-kondizzjonijiet imniżżla hawn taħt, permezz tal-produzzjoni tad-dokument tal-fattura jew tat-trasport li jirrelata ma’ l-oġġetti.";

(b) il-paragrafu 4 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"4. Jekk il-valur totali ta' l-oġġetti Komunitarji koperti mill-fattura jew mid-dokument tat-trasport, kompletat u ffirmat skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 224, ma jaqbiżx l-10000 ECU, id-dikjarant m'għandhux ikun meħtieġ li jissottometti dak id-dokument jew dik il-fattura għall-konferma mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq.

F'dak il-każ, il-fattura jew id-dokument tat-trasport għandhom jinkludu, b'żieda ma’ l-informazzjoni imniżżla fil-paragrafu 2, il-partikolaritajiet ta' l-uffiċċju tat-tluq.";

9. l-Artikolu 317a li ġej huwa mdaħħal:

"L-Artikolu 317a

1. Prova ta' l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti għandha tiġi fornita, skond il-kondizzjonijiet imniżżla hawn taħt, permezz tal-produzzjoni tal-manifest li jirrelata ma’ l-oġġetti tal-kumpanija tal-bastimenti.

2. Il-manifest għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kumpanija tal-bastimenti;

(b) l-isem tal-bastiment;

(ċ) il-post u d-data tat-tagħbija;

(d) il-post tal-ħatt.

Il-manifest għandu aktar jinkludi, għal kull kunsinna:

(a) ir-referenza għal polza ta' kargu jew dokument kummerċjali ieħor;

(b) in-numru, id-deskrizzjoni, il-marki u n-numri ta' referenza tal-pakketti;

(ċ) id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti;

(d) il-massa gross f'kilogrammi;

(e) in-numri ta' l-identifikazzjoni tal-kontenitur, fejn japplika; u

(f) l-indikaturi li ġejjin dwar l-istatus doganali:

- "Ċ"; kontra kull oġġett fil-manifest dikjarat li għandu status Komunitarju, jew

- "F"; għal oġġetti kunsinnati lil jew minn parti tat-territorju doganali tal-Komunità meta d-Direttiva 77/388/KEE ma tapplikax, jew

- "N"; għat-tipi l-oħrajn kollha ta' kunsinna.

3. Fuq it-talba tal-kumpanija tal-bastimenti, il-manifest, debitament kompletat u ffirmat mill-kumpanija, għandu jkun awtentikat permezz ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq. Din l-awtentikazzjoni għandha tinkludi l-isem u t-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq, il-firma ta' l-uffiċjal kompetenti u d-data ta' l-awtentikazzjoni.";

10. l-Artikolu 323a li ġej huwa mdaħħal:

"L-Artikolu 323a

1. Fejn skond l-Artikolu 91(2)(f) tal-Kodiċi, l-oġġetti mhux Komunitarji jinġarru minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità bil-posta (inkluża l-posta tal-pakketti), l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom ikunu meħtieġa iwaħħlu fuq l-ippakkettjar u d-dokumenti li jakkumpanjaw tikketta tat-tip murija fl-Anness 42, jew ikollhom tiketta ta' dan it-tip hekk imwaħħla.

2. Fejn l-oġġetti Komunitarja jintbagħtu bil-posta (inkluża l-posta tal-pakketti) lejn jew minn parti tat-territorju doganali tal-Komunità fejn id-Direttiva 77/388/KEE ma tapplikax, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom ikunu meħtieġa jwaħħlu ma’ l-ippakkettjar u d-dokumenti li jakkumpanjaw tikketta tat-tip murija fl-Anness 42 B, jew li jkollhom tikketta ta' dan it-tip hekk imwaħħla.";

11. L-Artikoli 362(2) u (3) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2. Il-perjodu massimu li għalih l-użu tal-garanzija komprensiva għandu jiġi pprojibit fir-rigward ta' xi oġġetti għandu jkun ta' 12-il xahar, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix li testendi l-perjodu skond il-proċedura tal-Komunità,";

12. L-Artikolu 376(1)(b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) li huma elenkati fl-Anness 52 bħala li jinvolvu riskji miżjuda, fejn il-kwantità taqbeż dik murija fil-kolonna 3.";

13. fl-Artikolu 381 il-paragrafu li ġej 1a huwa mdaħħal:

"1a. Fejn dikjarazzjoni T2 hija meħtieġa għal oġġetti tat-tip imsemmi fl-Artikolu 311(ċ), l-ittra "F"; għandha tiġi mdaħħla wara s-simbolu "T2"; fit-tielet subdiviżjoni tal-kaxxa 1 tal-formola, li l-mudell tagħha huwa muri fl-Annessi 31 sa 34.";

14. L-Artikolu 389 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 389

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 317(4), l-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu jawtorizzaw persuna, hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejħa "l-kunsinnatur awtorizzat";, li jissodisfa l-ħtiġiet preskritti fl-Artikolu 390 u jipproponi li jistabbilixxi l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti permezz tad-dokument T2L skond l-Artikolu 315(1) jew permezz ta' wieħed mid-dokumenti stipulati fl-Artikoli 317 u 317a, hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejħa "dokumenti kumerċjali";, li juża dawn id-dokumenti mingħajr ma jkollu jippreżentahom għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq.";

15. L-Artikolu 419(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. L-uffiċċju tat-tluq għandu jdaħħal b'mod ċar fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq il-paġni 1, 2 u 3 tan-nota tal-kunsinna CIM:

(a) is-simbolu "T1";, fejn l-oġġetti qegħdin jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern;

(b) is-simbolu "T2";, fejn l-oġġetti, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 311(ċ), qegħdin jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 165 tal-Kodiċi;

(ċ) is-simbolu "T2F";, fejn l-oġġetti qegħdin jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 311(ċ).

Is-simboli "T2"; jew "T2F"; għandhom jiġu awtentikati permezz ta' l-applikazzjoni tat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq.";

16. L-Artikolu 434(2), (3) u (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-uffiċċju tat-tluq għandu jdaħħal b'mod ċar fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq il-paġni 1, 2, 3A u 3B tan-nota tat-trasferiment TR:

(a) is-simbolu "T1"; fejn l-oġġetti qegħdin jiċċaqalquu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern;

(b) is-simbolu "T2";, fejn l-oġġetti, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 311(ċ), qegħdin jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 165 tal-Kodiċi;

(ċ) is-simbolu "T2F";, fejn l-oġġetti qegħdin jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 311(ċ).

Is-simboli "T2"; jew "T2F"; għandom jiġu awtentikati permezz ta' l-applikazzjoni tat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq.

3. L-uffiċċju tat-tluq għandu jdaħħal fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq il-paġni 1, 2, 3A u 3B tan-nota tat-trasferiment TR referenzi separati għall-kontenitur(i) skond liema tip ta' oġġetti jkun fihom u s-simbolu "T1";, "T2"; jew "T2F";, kif xieraq, kull fejn nota ta' trasferiment TR tkopri:

(a) kontenituri li jġorru oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern; u

(b) kontenituri li jġorru oġġetti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 311(ċ), li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 165 tal-Kodiċi;

(ċ) kontenituri li jġorru oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 311(ċ).

4. Fil-każijiet koperti bill-paragrafu 3, fejn listi ta' kontenituri kbar huma wżati, listi separati għandhom isiru għal kull kategorija ta' kontenitur u n-numru tas-serje jew in-numri tal-lista jew il-listi konċernati għandhom jiġu mdaħħla fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq il-paġni 1, 2, 3A u 3B tan-nota ta' trasferiment TR. Is-simboli "T1";, "T2"; jew "T2F";, kif xieraq għall-kategorija ta' kontenitur użata, għandhom jiġu mdaħħla ma ġenb in-numru(i) tas-serje tal-lista(i),";

17. L-Artikolu 444 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Fejn l-oġġetti li għandhom jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u l-oġġetti li għandhom jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern, kif previst fl-Artikolu 311(ċ) tal-Kodiċi, jinġarru simultanjament f'operazzjoni tat-trasport waħda, l-oġġetti għandhom ikunu elenkati fuq manifesti separati.";

(b) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-manifest jew il-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkollhom endorsjar datat u ffirmat mill-linja ta' l-ajru li tidentifikahom bħala dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju u li jispeċifika l-istatus doganali ta' l-oġġetti li jirrelata għalihom. Hekk kompletati u ffirmati, il-manifest jew il-manifesti għandhom jiġu trattati bħala dikjarazzjoni T1 jew dikjarazzjoni T2, skond il-każ.

Fejn kunsinna elenkata f'manifest tikkonsisti f'oġġetti diġa koperti minn proċedura ta' transitu jew li jinġarru taħt l-ipproċessar ’l ġewwa, il-magazzinaġġ doganali jew il-proċedura ta' ammissjoni temporanja, il-linja ta' l-ajru għandha ddaħħal l-ittri "TD"; kontra l-oġġett relevanti fil-manifest. Għandha wkoll iddaħħal l-ittri "TD"; fil-waybill ta' l-ajru li jikkorrispondi, u tiddikkjara l-proċedura wżata, in-numru ta' referenza tad-dokument ta' transitu jew ta' trasferiment, id-data tal-ħruġ tiegħu u l-isem ta' l-uffiċċju tal-ħruġ.";

(ċ) fil-paragrafu 11(ċ), it-tielet inċiż huwa sostitut b'dan li ġej:

- "il-linja ta' l-ajru għandha ddaħħal fil-manifest is-simbolu "T1"; ma’ ġenb kull oġġett li jiċċaqlaq taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern, l-ittri "TF"; ma’ ġenb kull oġġett li jiċċaqlaq taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern kif previst fl-Artikolu 311(ċ) u l-ittra "Ċ"; ma’ ġenb kull oġġett lli jinġarr la taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u lanqas taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern kif previst fl-Artikolu 311(ċ); fejn kunsinna elenkata f'manifest tikkonsisti f’oġġetti diġà koperti minn proċedura ta' transitu jew li qed jinġarru taħt is-sistema ta' pproċessar ’l ġewwa, il-magazzinaġġ doganali jew proċedura temporanja ta' importazzjoni, il-linja ta' l-ajru għandha ddaħħal l-ittri "TD"; ma’ ġenb l-oġġett rilevanti fil-manifest. Għandha wkoll iddaħħal l-ittri "TD"; fil-waybill ta' l-ajru li jikkorrispondi waqt li tiddikjara l-proċedura wżata, in-numru ta' referenza tad-dokument ta' transitu jew trasferiment u l-isem ta' l-uffiċċju tal-ħruġ.";

18. L-Artikoli 446 u 447 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"L-Artikolu 446

L-użu tal-proċedura ta' transitu Komunitarju għandu jkun obbligatorju għal oġġetti li jinġarru bil-baħar biss fejn huma jinġarru minn servizz regolari tal-bastimenti skond l-Artikolu 313a.

Artikolu 447

1. Fil-każ ta' oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura ta' transitu kif previst fl-Artikolu 446, għandha tiġi fornita garanzija biex tassigura l-ħlas tad-debitu doganali u tariffi oħra li x'aktarx ikunu dovuti fir-rigward ta' l-oġġetti.

2. M'għandux ikun meħtieġ li tiġi fornita garanzija għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 448.";

19. L-Artikolu 448 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Malli tiġi riċevuta talba, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpanija tal-bastimenti hija stabbilita jew rappresentata għandhom javżaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorju tagħhom il-portijiet maħsuba għat-tluq u d-destinazzjoni jinsabu,";

(b) il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4. L-awtorizazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistipula li, fejn l-operazzjoni tat-trasport tinvolvi kemm oġġetti li għandhom jinġarru taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u oġġetti li għandhom jinġarru taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern kif previst fl-Artikolu 311(c), l-oġġetti għandhom jiġu elenkati fuq manifesti separati.

5. Il-manifest jew il-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom iġorru l-konferma datata u ffirmata mill-kumpanija tal-bastimenti li jidentifikhom bħala dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju u li jispeċifika l-istatus doganali ta' l-oġġetti li jirrelata għalihom. Hekk kompletati u ffirmati, il-manifest jew il-manifesti għandhom jiġu meqjusa li huma dikjarazzjoni T1 jew dikjarazzjoni T2, kif xieraq.

Fejn kunsinna elenkata f'manifest tikkonsisti f'oġġetti diġà koperti minn proċedura ta' transitu jew li qed jinġarru taħt il-proċedura ta' l-ipproċessar ‘l ġewwa, ta' maħżen doganali, jew ammissjoni temporanja, il-kumpanija tal-bastimenti għandha ddaħħal l-ittri "TD"; kontra l-oġġett rilevanti fil-manifest. Għandha wkoll iddaħħal l-ittri "TD"; fil-polza tat-tagħbija li tikkorrispondi jew xi dokument kummerċjali ieħor, kif xieraq, flimkien mal-proċedura wżata, in-numru ta' referenza tat-transitu jew id-dokument tat-trasferiment, id-data tiegħu tal-ħruġ u l-isem ta' l-uffiċċju li li jkun ħarġu.";

(ċ) fil-paragrafu 11(a), l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(a) Fil-każ ta' kumpaniji internazzjonali tal-bastimenti li huma jew stabbiliti jew rappreżentati fit-territorju doganali tal-Komunità u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-punt (b), il-proċedura ta' transitu Komunitarju deskritta fil-paragrafi 1 sa 10 tista’ tiġi iktar simplifikata fuq talba.

Ma l-irċevuta ta' talba, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li lilhom tkun saret it-talba għandhom javżaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħrajn, li fit-territorji tagħhom il-portijiet masħuba għat-tluq u d-destinazzjoni jinsabu.";

(d) fil-paragrafu 11(ċ) it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

- "il-kumpanija tal-bastimenti għandha ddaħħal fil-manifest is-simbolu "T1"; kontra kull oġġett li jiċċaqlaq taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern, l-ittri "TF"; kontra kull oġġett li jiċċaqlaq taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern kif previst fl-Artikolu 311(ċ) u l-ittra "Ċ"; kontra kull oġġett li la jiċċaqlaq taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u lanqas taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern kif previst fl-Artikolu 311(ċ); fejn kunsinna elenkata fil-manifest tikkonsisti f’oġġetti diġà koperi minn proċedura ta' transitu jew li qed jinġarru taħt il-proċedura ta' pproċessar ‘l ġewwa, maħżen doganali jew importazzjoni temporanja, il-kumpanija tal-bastimenti għandha ddaħħal l-ittri "TD"; kontra l-oġġett rilevanti fil-manifest. Għandha wkoll iddaħħal l-ittri "TD"; fil-polza tat-tagħbija li tikkorrispondi jew xi dokument kummerċjali ieħor, flimkien mal-proċedura wżata, in-numru ta' referenza tat-transitu jew id-dokument tat-trasferiment, id-data tal-ħruġ tiegħu u l-isem ta' l-uffiċċju tal-ħruġ,";

20. L-Artikolu 449 hu mħassar;

21. It-Titolu tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Operazzjonijiet privileġġjati

TITOLU I

OĠĠETTI RITORNATI LURA";

22. It-test li ġej hu miżjud wara l-Artikolu 856:

"TITOLU II

PRODOTTI TAS-SAJD FUQ IL-BAĦAR U PRODOTTI OĦRAJN MEĦUDA MILL-BAĦAR TERRITORJALI TA' PAJJIŻ TERZ MINN BASTIMENTI KOMUNITARJI TAS-SAJD

Artikolu 856a

1. Eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 188 tal-Kodiċi għandha tkun suġġetta għal preżentazzjoni ta' ċertifikat li jsostni d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fejn għandhom x'jaqsmu dawk il-prodotti.

2. Għall-prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 329(a) sa (d), il-kaptan tal-bastiment Komunitarju li jagħmel il-qabda għandu jimla l-kaxxi 3, 4 u 5 u, fejn meħtieġ, il-kaxxa 9, taċ-ċertifikat. Jekk il-qabda tkun ġiet ipproċessata abbord, il-kaptan tal-bastiment għandu wkoll jimla l-kaxxi 6, 7 u 8.

L-Artikoli 330, 331 u 332 għandhom japplikaw għall-mili tal-kaxxi li jikkorrispondu fuq iċ-ċertifikat.

Meta ssir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' dawn il-prodotti, id-dikjarant għandu jimla l-kaxxi 1 u 2 taċ-ċertfiikat.

3. Iċ-ċertifikat għandu jikkonforma mal-mudell imniżżel fl-Anness 110a u għandu jitħejja skond il-paragrafu 2.

4. Fejn il-prodotti huma dikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-port fejn kienu nħattu mill-bastiment Komunitarju tas-sajd li għamel il-qabda, id-deroga msemmija fl-Artikolu 326(2) għandha tapplika mutatis mutandis..

5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, it-tifsira ta' "bastiment Komunitarju tas-sajd" u "bastiment fabbrika Komunitarju" għandha tkun kif definita fl-Artikolu 325(1) waqt li "prodotti" għandha tittieħed li tfisser dawk il-prodotti u l-oġġetti msemmija fl-Artikoli 326 sa 332, fejn hi magħmula referenza għal dawk id-dispożizzjonijiet.

6. Sabiex ikun assigurat li jkun hemm konformità mal-paragrafi 1 sa 5, l-amministrazzjonijiet ta' l-Istat Membru għandhom jakkordaw lil xulxin assistenza komuni fil-verifika li ċ-ċertifikati huma awtentiċi u l-partikolaritajiet fihom eżatti."

;

23. L-Artikolu 870 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 870

Kull Stat Membru għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista tal-każijiet fejn id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 869(a), (b) jew (c) ġew applikati.";

24. L-Artikolu 889(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Kull Stat Membru għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista tal-każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ġew applikati.";

25. L-Anness 37 huwa emendat skond l-Anness I hawn mehmuż;

26. L-Anness 38 huwa emendat skond l-Anness II hawn mehmuż;

27. L-Anness 42 A, kif muri fl-Anness III li jinsab ma’ dan ir-Regolament, huwa mdaħħal;

28. L-Anness 42 B, kif muri fl-Anness IV li jinsab ma’ dan ir-Regolament, huwa mdaħħal;

29. Fl-Annessi 46, 47 u 54 is-simboli "T2ES" u "T2PT" huma sostitwiti bis-simbolu "T2F";

30. L-Annessi 48, 49, 50 u 51 huma sostitwiti bl-Annessi V, VI, VII u VIII hawn mehmuża rispettivament;

31. L-Anness 52 (lista ta' oġġetti li, meta trasportati, jagħtu lok għal żieda fil-garanzija fir-rata bażika) huwa sostitwit bl-Anness IX hawn mehmuż;

32. L-Anness 56 (lista ta' oġġetti li jippreżentaw riskji miżjuda li għalihom it-tneħħija tal-garanzija ma tapplikax) huwa mħassar;

33. L-Anness 110a, kif muri fl-Anness X li jinsab ma’ dan ir-Regolament, huwa mdaħħal.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 409/86 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 3

Il-formoli msemmija fil-punti 29 u 30 ta' l-Artikolu 1 li kienu fl-użu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jintużaw, suġġetti għall-bidliet xierqa mdaħħla, sakem il-ħażniet jispiċċaw jew sal-31 ta' Diċembru 1999 l-iktar tard.

Artikolu 4

Il-Punt 11 ta' l-Artikolu 1 għandu wkoll japplika għad-Deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 362(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jibqgħu applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Punti 12, 26 (fir-rigward tal-punti 2 u 3 ta' l-Anness II), 31 u 32 ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 1998.

Il-Punti 2 sa 10, 13 sa 20, 25, 26 (fir-rigward tal-punt 1 ta' l-Anness II), u 27, 28 u 29 ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 24.

[5] ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 2.

[6] ĠU L 145, tattat-13.6.1977, p. 1.

[7] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 89.

[8] ĠU L 46, tal-25.2.1986, p. 5.

[9] ĠU L 351, tal-20.12.1991, p. 21.

[10] ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 2.

[11] ĠU L 276, tad-19.9.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Fit-Titolu II A 1 ta' l-Anness 37, it-tielet paragrafu għandu jġi sostitwit b'dan li ġej:

"Fit-tielet subdiviżjoni, daħħal "T1", "T2" jew "T2F" fejn il-proċedura ta' transitu Komunitarju tintuża, jew "T2L" jew "T2LF" fejn il-proċedura ta' transitu Komunitarju ma tintużax iżda l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti għandu jiġi ppruvat."

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

L-Anness 38 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-tielet subdivisjoni tal-kaxxa 1, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Din is-subdivisjoni għandha timtela biss fejn il-formola għandha tintuża għall-iskopijiet tal-proċedura ta' transitu Komunitarju jew bħala dokument li jipprova l-istatus Komunitarju ta' oġġetti.

Il-marki li ġejjin għandhom jintużaw kif muri hawn taħt:

T1 : għal oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern;

T2 : għal oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 165 tal-Kodiċi, barra minn oġġetti ta' l-Artikolu 311(ċ);

T2F : għal oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 311(ċ);

T - huma oġġetti li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern,

- huma oġġetti, ħlief dawk koperti bl-Artikolu 311(ċ), li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern skond l-Artikolu 165 tal-Kodiċi,

- huma oġġetti tat-tip koperti mill-Artikolu 311(ċ) li jiċċaqalqu taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern;

T2L : Id-Dokument li jipprova l-istatus Komunitarju ta' oġġetti;

T2LF : Id-Dokument li jipprova l-istatus Komunitarju ta' oġġetti kunsinnati lil jew minn parti mit-territorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388/KEE ma japplikawx."

2. Nota ta' taħt

[1]

għandha tiżdied mal-kliem li jirrelata mal-kodiċi 3 fil-lista ta' l-ewwel ċifri tal-kodiċi għall-kaxxa 36 biex taqra kif ġej :

"3. Preferenzi oħrajn tat-tariffa (EUR 1, ATR [2] jew dokument ekwivalenti)"

3. Dan li ġej għandu wkoll jiżdied mal-lista tal-kodiċi għall-kaxxa 36:

(a) l-ewwel ċifra tal-kodiċi:

"0 Ebda wieħed minn dan li ġej".

(b) iż-żewġ ċifri li jmiss:

"99 In-nuqqas ta' impożizzjoni ta' dazji doganali taħt il-leġislazzjoni Komunitarja jew id-dispożizzjonijiet tal-patti ta' ftehim ta' l-unjoni doganali konklużi mill-Komunità."

[1] Fejn dan jintuża biex jistabbilixxi l-istatus ta' oriġini.

[2] Fejn dan jintuża biex jistabbilixxi l-istatus ta' oriġini.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

"

L-ANNESS 42 A

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"

L-ANNESS 42 B

IT-TIKETTA S-SAFRA

+++++ TIFF +++++

Kulur:

ittri suwed fuq sfond isfar.

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

"

L-ANNESS 48

KAMPJUN I

PROĊEDURA TA' TRANSITU KOMUNI/TRANSITU KOMUNITARJU

GARANZIJA KOMPRENSIVA

(Garanzija komprensiva li tkopri diversi operazzjonijiet taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura ta' transitu komuni/diversi operazzjonijiet ta' transitu Komunitarju taħt ir-regolamenti relevanti tal-Komunità)

I. Obbligazzjoni mill-garanti

1. Jiena hawn taħt iffirmat [1]…

li noqgħod [2]… b'dan niggarantixxi flimkien… u separatament, fl-uffiċċju tal-garanzija ta'…

sa l-ammont massimu ta'…

favur il-Komunità Ewropea magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u l-Prinċipalità ta' Andorra, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' San Marino, ir-Repubblika Slovakka, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika Ċeka [3] kull ammont ta' kapital, aktar responsabbiltajiet, spejjeż u inċidentali –inklużi dazji, taxxi u tariffi oħra iżda esklużi multi.

— li għalihom [4] …

nista' nkun jew insir responsabbli lejn l-Istati msemmija hawn fuq minħabba xi nuqqasijiet jew irregolaritajiet kommessi fil-kors ta' l-operazzjoni ta' transitu mwettqa mill-prinċipal taħt il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' transitu komuni/proċedura ta' transitu tal-Komunità.

2. Jiena hawn taħt iffirmat nintrabat li nħallas ma’ l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma nkun nista niddifferixxi l-ħlas ‘l hinn minn 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni, is-somom mitluba, sal-limitu ta' l-ammont massimu msemmi hawn fuq, sakemm hu jew hi jew xi persuna oħra konċernata ma tistabbilixxix qabel ma jintemm dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura komuni ta' transitu/il-proċedura ta' transitu Komunitarju kien imwettaq mingħajr xi nuqqas jew irregolarità skond it-tifsira tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq it-talba tas-sottoskritt għal kull raġuni magħrufa li tkun valida, jiddifferixxu l-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom mitluba ‘l hinn mill-perjodu ta' 30 ġurnata mid-data ta' l-applikazzjoni għall-ħlas. L-ispejjeż li jsiru minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kull imgħax, għandhom ikunu kalkolati b'dak il-mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kien jintalab għal dak il-għan fis-suq monetarju jew is-suq finanzjarju fl-Istat konċernat.

Dan l-ammont m'għandux jitnaqqas b'xi somom diġà mħallsa biex titħares din l-obbligazzjoni sakemm ma jkunx sar rikors lis-sottoskritt fir-rigward ta' operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' transitu komuni/proċedura ta' transitu Komunitarju li bdiet qabel ma ġiet riċevuta l-applikazzjoni aktar kmieni għall-ħlas jew matul it-30 jum li jiġu wara dak ir-riċeviment.

3. Din l-obbligazzjoni hija valida mill-jum ta' l-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanziji. Din il-garanzija tista’ tiġi kanċellata f'kull żmien mis-sottoskritt, jew mill-Istat li fit-territorju tiegħu jkun lokat l-uffiċċju tal-garanziji.

Il-kanċellament għandu jkollu effett fis-16-il jum li jiġi wara n-notifika tiegħu lill-parti l-oħra. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas tas-somom li jsiru dovuti fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura ta' transitu komuni/proċedura ta' transitu Komunitarju koperti b'din l-obbligazzjoni li bdew qabel id-data li fiha jibda jseħħ il-kanċellament, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għas-servizz [5] bħala [6]…

u, f'kull wieħed mill-Istati l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bħala c/o:

Stat | Kunjom u ismijiet jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza kolla u avviżi u kull formalitajiet jew proċeduri li jirrelataw ma’ din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew effettwati bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għas-servizz għandhom ikunu aċċettati bħala debitament imwassla lilu.

Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jaġġorna l-indirizzi tiegħu għas-servizz, u jekk ikollu jbiddel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma bil-quddiem lill-uffiċċju tal-garanziji.

Magħmul fi … fi …

(Firma) [7]

II. Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanziji

Uffiċċju tal-garanziji…

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fi…

(Timbru u firma)

"

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Ħassar l-isem ta' xi Parti fil-Kuntratt jew Stat (Andorra, San Marino) li mit-territorju tiegħu ma jkunux ser jinġarru l-oġġetti.

[4] Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta u l-indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[5] Jekk, fil-liġi ta' l-Istat, ma jkun hemm ebda dispożizzjoni għall-indirizz għas-servizz il-garanti għandu jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1, aġent awtorizzat li jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha ndirizzati lilu. Il-qrati tal-postijiet li fihom l-indirizzi għas-servizz tal-garanti jew ta' l-aġenti tiegħu ikunu jinsabu għandu jkollhom ġurisdizzjoni dwar disputi li jikkonċernaw din il-garanzija.

[6] Indirizz sħiħ.

[7] Il-firma għandha tkun preċeduta b'dan li ġej bil-kaligrafija tal-firmatarju nnifsu: "Garanzija għall-ammont ta'…", bl-ammont miktub sħiħ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

"

L-ANNESS 49

KAMPJUN II

PROĊEDURA TA' TRANSITU KOMUNI/TRANSITU KOMUNITARJU

GARANZIJA GĦAL OPERAZZJONI WAĦDA

(Garanzija li operazzjoni waħda ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura ta' transitu komuni/operazzjoni waħda ta' transitu Komunitarju taħt ir-regolamenti relevanti tal-Komunità)

I. Obbligazzjoni mill-garanti

1. Jiena hawn taħt iffirmat [1]…

li noqgħod [2]…

niggarantixxi flimkien u separatament, fl-uffiċċju tat-tluq ta'…

sa l-ammont massimu ta'…

favur il-Komunità Ewropea magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u l-Prinċipalità ta' Andorra, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' San Marino, ir-Repubblika Slovakka, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika Ċeka [3],

kull ammont li għaliħ il-prinċipal [4] …

jista' jkun jew sar responsabbli lejl l-Istati msemmija hawn fuq minħabba xi nuqqas jew irregolaritajiet fil-kors ta' operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' transitu komuni/proċedura ta' transitu Komunitarju mwettaq minn dik il-persuna

mill-uffiċċju tat-tluq ta' …

lejn l-uffiċċju ta' destinazzjoni ta' …

fir-rigward ta' l-oġġetti msemmija hawn taħt, inklużi taxxi, dazji u tariffi oħra – bl-eċċezzjoni ta' penali pekjunjari – fir-rigward ta' kapital u responsabbiltajiet oħra, spejjeż u inċidentali:…

2. Jiena hawn taħt iffirmat nintrabat li nħallas ma’ l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma nkun nista niddifferixxi l-ħlas ‘l hinn minn 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni is-somom mitluba sakemm hu jew hi jew xi persuna oħra konċernata ma tistabbilixxix qabel ma jintemm dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura komuni ta' transitu/il-proċedura ta' transitu Komunitarju kien imwettqa mingħajr xi nuqqas jew irregolarità skond it-tifsira tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq it-talba tas-sottoskritt għal kull raġuni magħrufa li tkun valida, jiddifferixxu l-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom mitluba 'l hinn mill-perjodu ta' 30 ġurnata mid-data ta' l-applikazzjoni għall-ħlas. L-ispejjeż li jsiru minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kull imgħax, għandhom ikunu kalkolati b'dak il-mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kien jintalab għal dak il-għan fis-suq monetarju jew is-suq finanzjarju fl-Istat konċernat.

3. Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mid-data ta' l-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tat-tluq.

4. Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għas-servizz [5], bħala [6]…

u, f'kull wieħed mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1, bħala c/o:

Stat | Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza kolla u avviżi u kull formalitajiet jew proċeduri li jirrelataw ma' din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew effettwati bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għas-servizz għandhom ikunu aċċettati bħala debitament imwassla lilu.

Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jaġġorna l-indirizzi tiegħu għas-servizz jew, u jekk ikollu jbiddel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma bil-quddiem lill-uffiċċju tat-tluq.

Magħmula fi … fi.…

(Firma) [7]

II. Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tat-tluq

Uffiċċju tat-tluq…

Obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fi…

biex tkopri l-operazzjoni ta' transitu T1/T2F [8], maħruġa fi…

…taħt numru…

(Timbru u firma)

"

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Ħassar l-isem ta' xi Parti fil-Kuntratt jew Stat (Andorra, San Marino) li mit-territorju tiegħu ma jkunux ser jinġarru l-oġġetti.

[4] Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta u l-indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[5] Jekk, fil-liġi ta' l-Istat, ma jkun hemm ebda dispożizzjoni għall-indirizz għas-servizz il-garanti għandu jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1, aġent awtorizzat li jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha ndirizzati lilu. Il-qrati tal-postijiet li fihom l-indirizzi għas-servizz tal-garanti jew ta' l-aġenti tiegħu ikunu jinsabu għandu jkollhom ġurisdizzjoni dwar disputi li jikkonċernaw din il-garanzija. L-għarfien fit-tieni subparagrafu u l-obbligazzjoni fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom isiru b'mod li jkunu jikkorrispondu.

[6] Indirizzi sħaħ.

[7] Il-firma għandha tkun preċeduta b'dan li ġej bil-kaligrafija tal-firmatarju nnifsu: "Garanzija għall-ammont ta'…", bl-ammont miktub sħiħ.

[8] Ħassar kif xieraq.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

"

L-ANNESS 50

KAMPJUN III

IL-PROĊEDURA TRANŻITORJA KOMUNI

GARANZIJA

(Sistema ta' garanzija)

I. Obbligazzjoni mill-garanti

1. Jiena hawn taħt iffirmat [1]…

li noqgħod [2]…

niggarantixxi flimkien u separatament, fl-uffiċċju tat-tluq ta'…

favur il-Komunità Ewropea magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża,ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u l-Prinċipalità ta' Andorra, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' San Marino, ir-Repubblika Slovakka, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika Ċeka, kull ammont ta' kapital, aktar responsabbiltajiet, spejjeż u inċidentali – inklużi dazji, taxxi u tariffi oħra iżda esklużi multi – li għalihom prinċipal jista jkun jew isir responsabbli lejn l-Istati msemmija hawn fuq minħabba xi nuqqas jew irregolaritajiet kommessi fil-kors ta' operazzjoni ta' transitu mwettqa taħt il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' transitu/proċedura ta' transitu Komuniraju fir-rigward li għaliha s-sottoskritt kien qabel li jkun responsabbli bil-ħruġ ta' dokumenti ta' garanzija sa massimu ta' EKU 7000 għal kull dokument ta' garanzija.

2. Jiena hawn taħt iffirmat nintrabat li nħallas ma’ l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma nkun nista niddifferixxi l-ħlas ‘l hinn minn 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni is-somom mitluba sa EKU 7000 għal kull dokument ta' garanzija sakemm hu jew hi jew xi persuna oħra konċernata ma tistabbilixxix qabel ma jintemm dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar il-proċedura komuni ta' transitu/il-proċedura ta' transitu Komunitarju kien imwettqa mingħajr xi nuqqas jew irregolarità skond it-tifsira tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq it-talba tas-sottoskritt għal kull raġuni magħrufa li tkun valida, jiddifferixxu l-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom mitluba 'l hinn mill-perjodu ta' 30 ġurnata mid-data ta' l-applikazzjoni għall-ħlas. L-ispejjeż li jsiru minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kull mgħax, għandhom ikunu kalkolati b'dak il-mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kien jintalab għal dak il-għan fis-suq monetarju jew is-suq finanzjarju fl-Istat konċernat.

3. Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mid-data ta' l-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-ġaranziji tat-tluq.

Din il-garanzija tista’ tiġi kanċellata f'kull żmien mis-sottoskritt, jew mill-Istat li fit-territorju tiegħu ikun jinsab l-uffiċċju tal-garanziji.

Il-kanċellazzjoni għandha sseħħ fis-16-il jum wara notifikazzjoni lill-parti l-oħra. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas tas-somom li jkunu dovuti fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' transitu taħt il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' transitu komuni/proċedura ta' transitu Komunitarju koperta b'din l-obbligazzjoni qabel id-data li fiha jseħħ il-kanċellament, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għas-servizz [3], bħala [4]…

u, f'kull wieħed mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1, bħala c/o:

Stat | Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza kolla u avviżi u kull formalitajiet jew proċeduri li jirrelataw ma' din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew effettwati bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għas-servizz għandhom ikunu aċċettati bħala debitament imwassla lilu.

Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jaġġorna l-indirizzi tiegħu għas-servizz jew, u jekk ikollu jbiddel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma bil-quddiem lill-uffiċċju tal-garanziji.

Magħmula fi … fi…

(Firma) [5]

II. Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tat-tluq

Uffiċċju tal-garanziji…

Aċċettazzjoni ta' l-obbligazzjoni tal-garanti fi…

(Timbru u firma)

"

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Jekk, fil-liġi ta' l-Istat, ma jkun hemm ebda dispożizzjoni għall-indirizz għas-servizz il-garanti għandu jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1, aġent awtorizzat li jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha ndirizzati lilu. Il-qrati tal-postijiet li fihom l-indirizzi għas-servizz tal-garanti jew ta' l-aġenti tiegħu ikunu jinsabu għandu jkollhom ġurisdizzjoni dwar disputi li jikkonċernaw din il-garanzija. L-għarfien fit-tieni subparagrafu u l-obbligazzjoni fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom isiru b'mod li jkunu jikkorrispondu.

[4] Indirizzi sħaħ.

[5] Il-firma għandha tkun preċeduta b'dan li ġej bil-kaligrafija tal-firmatarju nnifsu: "Garanzija għall-ammont ta'…", bl-ammont miktub sħiħ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

"

L-ANNESS 51

TC31 -- ĊERTIFIKAT TA' GARANZIJA

(Front)

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS IX

"

L-ANNESS 52

LISTA TA' L-OĠĠETTI LI, META TRASPORTATI, JAGĦTU LOK GĦAL ŻIEDA FIL-GARANZIJA TAR-RATA BAŻIKA

LISTA TA' L-OĠĠETTI LI JIPPREŻENTAW RISKJI MIŻJUDA LI GĦALIHOM IT-TNEĦĦIJA TAL-GARANZIJA MA TAPPLIKAX

Kodiċi HS | Deskrizzjoni | Kwantità li tikkorrispondi ma' l-ammont standard ta' EKU 7000 |

1 | 2 | 3 |

01.02 | Annimali bovini ħajjin | 4000 kg |

02.02 | Laħam ta' annimali bovini, ffriżat | 3000 kg |

04.02 | Ħalib u krema, konċentrati jew li jkun fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa | 5000 kg |

ex 04.05 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut derivati mill-ħalib | 3000 kg |

08.03 | Banana, inklużi pjantaġġini, friski jew imnixxfa | 8000 kg |

17.01 | Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida | 7000 kg |

2207.10 | Alkoħol etiliku snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' 80 % vol jew għola | 3 hl |

ex 22.08 | Spirti, likuri u xorb ieħor spirituż | 5 hl |

2402.20 | Sigarretti | 35000 wieħed |

"

--------------------------------------------------

"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top