EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0098

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu

OJ L 46, 17.2.1997, p. 25–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 24
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 004 P. 132 - 162
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 004 P. 132 - 162
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 007 P. 68 - 88

No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2016; Imħassar b' 32014L0090 . Latest consolidated version: 30/04/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/98/oj

31996L0098



Official Journal L 046 , 17/02/1997 P. 0025 - 0056


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE

ta' l-20 ta' Diċembru 1996

dwar it-tagħmir marittimu

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Huwa u jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) billi fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tat-trasport aktar miżuri għandhom jitħaddnu biex tiżgura sigurtà fit-trasport marittimu;

(2) Billi l-inċidenti fit-tbaħħir huma materja ta' tħassib serju għall-Komunità, b'mod partikolari dawk li jikkawżaw telf ta' ħajja umana u tniġġiż ta' l-ibħra u linji ta' xtut il-baħar ta' l-Istati Membri;

(3) Billi r-riskju ta' inċidenti ta' tbaħħir jista' jitnaqqas b'mod effettiv permezz ta' standards komuni li jiżguraw livelli għolja ta' sigurtà fir-rendiment tat-tagħmir miżmuma abbord; billi livelli ta' ittestjar u metodi ta' ittestjar jistgħu jkollhom influwenza kbira fuq ir-rendiment gejjieni tat-tagħmir;

(4) Billi l-konvenzjonijiet internazzjonali jeħtieġu li l-Istati ta' bandiera jaraw li it-tagħmir miżmuma abbord tħares ċerti rekwiżiti ta' sigurtà u li joħorġu l-attestati rilevanti; billi għal dan il-għan il-livelli ta' ttestjar għal ċerti tipi ta' tagħmir tal-baħar ġew żviluppati mill-korpijiet internazzjonali ta' standardizzazzjoni u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO); billi l-livelli nazzjonali ta' ttestjar ta' tħaddim tal-livelli internazzjonali jħallu marġini ta' diskrezzjoni lill-awtoritajiet ta' attestazzjoni, li huma stess għandhom livelli differenti ta' kwalifiki u esperjenza; billi dan iwassal għal livelli ta' sigurtà li jvarjaw għal prodotti li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti attestaw bħala li jħarsu l-livelli rilevanti internazzjonali ta' sigurtà u għal riluttanza kbira min-naħa ta' xi Stati Membri li jaċċettaw mingħajr iżjed verifika bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom iġorru tagħmir approvata minn Stati Membri oħra;

(5) Billi regoli komuni għandhom jitniżżlu biex jitwarrbu xi differenzi fit-tħaddim ta' livelli internazzjonali; billi dawn ir-regoli komuni jwasslu biex jitwarrbu spejjeż mhux meħtieġa u proċeduri ta' amministrazzjoni marbuta ma' l-approvazzjoni ta' tagħmir, it-titjib ta' kondizzjonijiet ta' tħaddim u tal-pożizzjoni kompetittiva tat-tbaħħir tal-Komunità u t-tneħħija ta' ostakoli tekniċi għal kummerċ permezz tal-marka ta' konformità mwaħħla fuq it-tagħmir;

(6) Billi fir-risoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni fuq l-ibħra bla periklu [4] il-Kunsill ħeġġeġ il-Kummissjoni biex tissottometti proposti għall-armonizzazzjoni ta' tħaddim ta' livelli OMI u l-proċeduri għall-approvazzjoni ta' tagħmir tal-baħar;

(7) Billi xi azzjoni fuq livell Komunitarju huwa l-uniku mod possibbli biex tinkiseb din l-armonizzazzjoni, bill l-Istati Membri filwaqt li jaġixxu indipendentement jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ma jistgħux iwaqqfu l-istess livell ta' rendiment ta' sigurtà fit-tagħmir;

(8) Billi Direttiva tal-Kunsill hija l-għodda legali xierqa għax tipprovdi qafas ta' applikazzjoni uniformi u obbligatorja tal-livelli internazzjonali ta' ittestjar mill-Istati Membri;

(9) Billi huwa xieraq l-ewwelnett tqies it-tagħmir li l-ġarr tagħha abbord u li l-approvazzjoni tagħha mill-amministrazzjonijiet nazzjonali skond livelli ta' sigurtà preskritti f'konvenzjonijiet internazzjonali jew risoluzzjonijiet huwa obbligatorju skond il-konvenzjonijiet prinċipali internazzjonali;

(10) Billi hemm bosta Direttivi li jiżguraw iċ-ċaqliq ħieles ta' ċerti prodotti li jistgħu jintużaw inter alia, bħala tagħmir abbord iżda li ma jirrigwardawx l-attestazzjoni ta' tagħmir ta' l-Istati Membri skond il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti; billi it-tagħmir li titqiegħed fuq abbord għandha għalhekk tiġi reġolata esklussivament b'regoli ġodda komuni;

(11) Billi livelli ġodda ta' ittestjar għandhom jiġu preskritti, preferibilment fuq livell internazzjonali, għal tagħmir li għaliha livelli bħal dawn ma jeżistux diġà jew mhumiex dettaljati biżżejjed;

(12) Billi l-Istati Membri għandhom jaraw li l-korpijiet mgħarrfa li jagħmlu stima tat-tħaris ta' tagħmir b'livelli ta' ittestjar huma indipendenti, effiċjenti u kompetenti professjonalment biex iwettqu xogħolhom;

(13) Billi t-tħaris tal-livelli internazzjonali ta' ittestjar jista' jiġi ppruvat l-aħjar bi proċeduri ta' stima ta' tħaris bħal dawk preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 li jirrigwardaw il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta' stima ta' tħaris u r-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' l-immarkar KE ta' tħaris, li huwa maħsub li jintużaw fid-Direttivi ta' armonizzazzjoni teknika [5];

(14) Billi xejn f'din id-Direttiva ma jirrestrinġi l-jedd mogħti li xi amministrazzjoni ta' Stat ta' bandiera minn konvenzjonijiet internazzjonali li jwettqu testijiet ta' rendiment ta' tħaddim abbord li dwaru jkun ħareġ attestat ta' sigurtà, sakemm testijiet bħal dawn ma jtennux il-proċeduri ta' stima ta' tħaris;

(15) Billi it-tagħmir kopert minn din id-Direttiva għandha, bħala regola ġenerali, jkollha marka li turi t-tħaris tagħha tar-rekwiżit ta' din id-Direttiva;

(16) Billi l-Istati Membri jistgħu f'ċerti każijiet jieħdu miżuri proviżorji biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta' tagħmir bil-marka ta' tħaris;

(17) Billi l-użu ta' xi tagħmir mingħajr il-marka ta' tħaris jista' jitħalla f'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(18) Billi proċedura simplifikata li tirrigwarda kumitat regolatorju għandha tiġi segwita biex tiġi emendata din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun li tkabbar is-sigurtà fuq il-baħar u l-prevenzjoni ta' tniġġiż tal-baħar permezz ta' l-applikazzjoni uniformi ta' l-istrumenti internazzjonali rilevanti marbuta mat-tagħmir imniżżel fl-Anness A li għandu jitqiegħed fuq bastimenti li dwarhom jinħarġu attestati ta' sigurtà minn jew f'isem l-Istati Membri skond il-konvenzjonijiet internazzjonali u biex jiżguraw iċ-moviment liberu ta' tagħmir bħal dan fi ħdan il-Komunità.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "proċeduri ta' stima ta' tħaris għandha tfisser" il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 10 u l-Anness B;

(b) "tagħmir" għandha tfisser ħwejjeġ imniżżla fl-Anness A 1 u A2 li għandhom jitqiegħdu abbord għall-użu biex tikkonforma ma' l-istrumenti internazzjonali jew jitqiegħdu volontarjament abbord għall-użu, u li għalihom tinħtieġ l-approvazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera skond l-istrumenti internazzjonali;

(ċ) "tagħmir ta radju komunikazzjoni" għandha tfisser it-tagħmir meħtieġa mill-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni Solas ta' 1984, kif emendata fir-rigward ta' l-Hemm Marittimu Globali u Sistema ta' Sigurtà (GMDSS) fl-1988, u l-apparat radjutelefoniku VHF "two-way" mitlub mir-Regolament III/6.2.1 ta' l-istess konvenzjoni;

(d) "konvenzjoni internazzjonali" għandha tfisser:

- il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar il-Linji ta' Tagħbija (LT66),

- il-Konvenzjoni ta' l-1972 fuq ir-Regolamenti Internazzjonali għal Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar (Colreg),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1973 għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-bastimenti (Marpol)

u

- il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' 1974 għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (Solas),

flimkien mal-Protokolli tagħhom u l-emendi għalihom fis-seħħ fid-data tat-tħaddin ta' din id-Direttiva;

(e) "strumenti internazzjonali" għandha tfisser il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, r-risoluzzjonijiet rilevanti u ċ-ċirkolarijiet ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), u l-livelli internazzjonali rilevanti ta' l-ittestjar;

(f) "marka" għandha tfisser is-simbolu msemmi fl-Artikolu 11 u preskritt fl-Anness D;

(g) "korp mgħarraf" għandha tfisser organizzazzjoni nominata mill-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti ta' xi Stati Membru skond l-Artikolu 9;

(h) "mqiegħda abbord" għandha tfisser installata u mqiegħda abbord fuq bastiment;

(i) "attestati ta" sigurtà għandha tfisser l-attestati maħruġa minn jew f'isem Stati Membri skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(j) "bastiment" għandha tfisser bastiment li jaqa' fi ħdan il-għan tal-konvenzjonijiet internazzjonali; bastimenti tal-gwerra mhumiex koperti;

(k) "Bastiment tal-Komunità" għandha tfisser bastiment li għalih jinħarġu attestati ta' sigurtà minn jew f'isem l-Istati Membri skond konvenzjonijiet internazzjonali. Din id-definizzjoni m'għandiex tinkludi xi amministrazzjoni ta' Stat Membru li toħroġ attestat għal bastiment fuq talba ta' l-amministrazzjoni ta' pajjiż terz;

(l) "bastiment ġdid" għandha tfisser bastiment li l-prim tiegħu mqiegħed jew li jinsab fi stadju simili ta' kostruzzjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ jew wara ta' din id-Direttiva. Għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni, "stadju simili ta" kostruzzjoni' għandha tfisser l-istadju li fih:

(i) tibda l-kostruzzjoni identifikabbli ma' xi bastiment speċifiku

u

(ii) l-armar ta' dak il-bastiment beda, li jinkludi ta' l-inqas 50 tunnellata jew 1 % tal-massa stmata ta' materjal strutturali, hu liema hu l-inqas;

(m) "bastiment eżistenti" għandha tfisser bastiment li mhux bastiment ġdid;

(n) "livelli ta' ittestjar" għandha tfisser il-livelli stabbiliti minn-

- l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO),

- l-organizzazzjoni internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO),

- il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC),

- il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN),

- il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec)

u

- Istitut Ewropew ta' Livelli ta' Telekomunikazzjoni (ETSI)

fis-seħħ fid-data ta' tħaddin ta' din id-Direttiva, u stabbilita skond il-konvenzjonijiet rilevanti internazzjonali u r-risoluzzjonijiet u ċirkulari rilevanti IMO li jiddefinixxu metodi ta' ittestjar u riżultati tat-testijiet, iżda fil-forma biss imsemmija fl-Anness A;

(o) "approvazzjoni tat-tip" għandha tfisser il-proċeduri biex tivaluta it-tagħmir skond il-livelli xierqa ta' l-ittestjar u l-ħruġ ta' l-attestat xieraq.

L-Artikolu 3

1. Din id-Direttiva għandha tgħodd għal tagħmir għall-użu abbord:

(a) bastiment ġdid tal-Komunità sew jekk jinsab fi ħdan il-Komunità fiż-żmien tal-kostruzzjoni sew jekk le;

(b) bastiment tal-Komunità eżistenti

- fejn tagħmir bħal dan ma kienx jinġarr abbord

jew

- fejn tagħmir li qabel kien jinġarr abbord jinbidel, ħlief meta l-konvenzjonijiet internazzjonali jippermettu mod ieħor,

sew jekk il-bastiment jinsab fi ħdan il-Komunità meta t-tagħmir jitpoġġa abbord sew jekk le.

2. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal tagħmir li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ikun diġà tpoġġa abbord.

3. Minkejja l-fatt li it-tagħmir msemmi fil-paragrafu 1 jista' jaqa' fi ħdan il-għan ta' Direttivi barra minn din id-Direttiva għall-għan tal-moviment liberu, u b'mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mal-kompatibbilità elettromanjetika [6] u 89/686/KEE tal- 21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mat-tagħmir ta' protezzjoni personali [7], dan it-tagħmir għandu jkun soġġetta biss għal din id-Direttiva, bl-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha għal dawn l-għanijiet.

L-Artikolu 4

Kull Stat Membru jew l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f'ismu għandu jara, meta joħroġ jew iġedded l-attestati ta' sigurtà rilevanti, li t-tagħmir abbord il-bastimenti tal-Komunità li għalihom joħroġ attestat ta' sigurtà jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

1. It-tagħmir imniżżel fl-Anness A.1 li jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità fid-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 20(1) jew wara għandu jħares ir-rekwiżiti applikabbli ta' l-istrumenti internazzjonali msemmija f'dan l-Anness.

2. Il-konformità tat-tagħmir mar-rekwiżiti applikabbli tal-konvenzjonijiet internazzjonali u tar-risoluzzjonijiet rilevanti u ċ-ċirkolarijiet ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għandu jiġi ppruvat biss skond il-livelli ta' ittestjar rilevanti u l-proċeduri ta' stima ta' tħaris imsemmija fl-l-Anness A.1. Għal ħwejjeġ imniżżla fl-Anness A. 1, fejn jingħataw iż-żewġ livelli ta' ittestjar IEC u ETSI, dawn il-livelli għandhom ikunu alternattivi u fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jista' jiddeċiedi liema waħda minnhom għandha tintuża.

3. It-tagħmir imniżżel fl-Anness A.1 u fabbrikat qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1 jista' wkoll jitqiegħed fis-suq u abbord bastiment tal-Komunità li l-attestati tiegħu inħarġu minn u f'isem xi Stat Membru b'konformità ma' konvenzjonijiet internazzjonali matul is-sentejn ta' wara din id-data jekk kienet ġiet iffabbrikata skond il-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip diġà fis-seħħ ġewwa t-territorju ta' dan l-Istat Membru qabel id-data ta' tħaddin ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

1. Ebda Stat Membru ma għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid abbord xi bastiment tal-Komunità ta' xi tagħmir imsemmi fl-Anness A.1 li jkollu l-marka jew għal raġunijiet oħra jħares din id-Direttiva jew jiċħad il-ħruġ jew it-tiġdid ta' attestati ta' sigurtà marbuta miegħu.

2. Liċenzja tar-radju għandha tinħareġ skond ir-regolamenti internazzjonali tar-radju mill-awtorità kompetenti qabel ma jinħareġ l-attestat ta' sigurtà rilevanti.

L-Artikolu 7

1. Wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Komunità għandha tissottometti talba lill-IMO jew lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni, skond kif xieraq, għat-twaqqif ta' livelli, inklużi livelli dettaljati ta' ittestjar, għal tagħmir imniżżel fl-Anness A.2.

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha issir:

- mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni, meta tintbagħat lill-IMO,

- mill-Kummissjoni, skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tippreskrivi proċedura għall-provista ta' tagħrif fil-qasam ta' livelli tekniċi u regolamenti [8], meta jintbagħat lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni. Il-mandati maħruġa mill-Kummissjoni għandhom jimmiraw għall-iżvilupp ta' livelli internazzjonali permezz ta' proċeduri għal kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej u l-kontropartijiet tagħhom fuq livell internazzjonali.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-IMO, jiżviluppaw dawn il-livelli b'mod espedjenti.

4. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp tal-livelli ta' l-ittestjar fuq bażi regolari.

5. Jekk l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-IMO, jonqsu milli jew jiċħdu li jħaddnu livelli xierqa ta' ittestjar għal xi biċċa speċifika ta' tagħmir f'ħin raġjonevoli, l-livelli bbażati fuq ix-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni jistgħu jitħaddnu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

6. Meta l-livelli ta' ittestjar imsemmija fil-paragrafi 1 jew 5 jitħaddnu jew jidħlu fis-seħħ, kif xieraq, għal xi biċċa speċifika ta' tagħmir, din it-tagħmir tista' tiġi trasferita mill-Anness A2 għall-Anness A.1 skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 u, l-Artikolu 5 għandu jgħodd mid-data ta' dan it-trasferiment.

L-Artikolu 8

1. Fil-każ ta' bastiment ġdid li, tkun xi tkun il-bandiera tiegħu, mhux reġistrat f'xi Stat Membru iżda jrid jiġi trasferit fir-reġistru ta' xi Stat Membru, dan il-bastiment għandu, hekk kif jiġi trasferit, jkun soġġett għall-ispezzjoni mill-Istat Membru li jirċevih biex jivverifika li l-kondizzjoni attwali tat-tagħmir tiegħu taqbel ma' l-attestati ta' sigurtà u jew tħares din id-Direttiva u jkollha l-marka jew hija ekwivalenti, għas-sodisfazzjon ta' l-amministrazzjoni ta' dan l-Istat Membru, għall-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir skond din id-Direttiva.

2. Kemm-il darba it-tagħmir jew ma jkollux il-marka jew din l-amministrazzjoni ma tqishiex bħala ekwivalenti, għandha tiġi mibdula.

3. It-tagħmir li jitqies ekwivalenti skond dan l-Artikolu għandu jingħata attestat mill-Istat Membru li għandu jinżamm dejjem flimkien mat-tagħmir u li jagħti l-permess ta' l-Istat Membru tal-bandiera biex it-tagħmir jitqiegħed abbord u jimponi xi restrizzjonijiet jew jippreskrivi xi dispożizzjonijiet marbuta ma' l-użu ta' dan it-tagħmir.

4. Fil-każ ta' tagħmir ta' radjukomunikazzjonijiet, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha titlob li tagħmir bħal din ma' teffettwax għal xejn ir-rekwiżiti ta' l-ispettru ta' radju-frekwenza.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar il-korpijiet li huma nnominaw biex iwettqu l-proċeduri fl-Artikolu 10 flimkien ma' xogħol speċifiku li dawn il-korpijiet mgħarrfa gew nominati biex iwettqu u n-numri ta' identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni. Kull organizzazzjoni għandha tissottometti lill-Istat Membru li beħsiebu jinnomina tagħrif sħiħ li jirrigwarda, u evidenza ta' tħaris tal-kriterji preskritti fl-Anness Ċ.

2. Ta' l-inqas darba kull sentejn kull Stat Membru għandu jagħmel mod li verifika tad-dmirijiet li l-korpijiet mgħarrfa qegħdin iwettqu f'ismu ttiwettaq mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni barranija imparzjali maħtura mill-amministrazzjoni. Din il-verifika għandha tiżgura li kull korp mgħarraf ikompli jħares il-kriterji preskritti fl-Anness Ċ.

3. Stat Membru li jkun innomina korp għandu jirtira n-nomina jekk isib li dan il-korp mhux aktar qed iħares il-kriterji preskritti fl-Anness Ċ. Għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond il-ħtieġa.

L-Artikolu 10

1. Il-proċedura ta' stima ta' tħaris, li d-dettalji tagħha huma mniżżla fl-Anness B, għandha tkun:

(i) eżami tip KE (modulu B) u, qabel mat-tagħmir jitqiegħed fis-suq u skond l-għażla magħmula mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat minnu stabbilit ġewwa l-Komunità mill-possibbilitajiet murija fl-Anness A.1, kull tagħmir għandu jiġi soġġett għal:

(a) id-dikjarazzjoni KE ta' tħaris tat-tip (modulu Ċ);

(b) id-dikjarazzjoni KE ta' tħaris tat-tip (assikurazzjoni produzzjoni-kwalità) (modulu D);

(ċ) id-dikjarazzjoni KE ta' tħaris tat-tip (assikurazzjoni produzzjoni-kwalità) (modulu E);

(d) id-dikjarazzjoni KE ta' tħaris tat-tip (verifika tal-prodott) (modulu F); jew

(ii) assikurazzjoni ta' kwalità sħiħa KE (modulu H).

2. Id-dikjarazzjoni ta' tħaris tat-tip għandha tkun bil-miktub u għandha tagħti t-tagħrif speċifikat fl-Anness B.

3. Fejn settijiet ta' tagħmir jiġu prodotti individwalment jew fi kwantitajiet żgħar u mhux f'serje jew fil-massa, il-proċedura ta' stima ta' tħaris tista' tkun il-verifika KE ta' l-unitajiet (modulu G).

4. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata ta' tagħmir approvata u applikazzjonijiet irtirati jew miċħuda u għandha tagħmilha disponibbli lill-partijiet interessati.

L-Artikolu 11

1. It-tagħmir imsemmi fl-Anness A.1 li jħares l-istrumenti internazzjonali rilevanti u hi fabbrikata skond il-proċeduri ta' stima ta' tħaris għandha jkollha l-marka mwaħħla magħha mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat stabbilit ġewwa l-Komunità.

2. Il-marka għandha jkollha warajha n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp mgħarraf li jkun wettaq il-proċedura ta' stima ta' tħaris, jekk dan il-korp huwa koinvolt fil-fażi ta' kontroll ta' produzzjoni, u l-aħħar żewġ figuri tan-numru tas-sena li fiha titwaħħal il-marka. In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp mgħarraf għandu jitwaħħal fuq ir-responsabbilità tiegħu jew mill-korp innifsu jew mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità.

3. Il-forma tal-marka li għandha tiġi użata għandha tkun kif preskritt fl-Anness D.

4. Il-marka għandha titwaħħal mat-tagħmir jew mal-pjanċa tat-tagħrif biex tkun tidher, tinqara u ma tistax titħassar matul iż-żmien li wieħed jistenna li jservi t-tagħmir. Iżda, fejn dan ma jkunx possibbli jew mhux mitlub minħabba n-natura tal-biċċa tagħmir, għandha titwaħħal ma' l-ippakkjar tal-prodott, ma' tabella jew ma' fuljett.

5. Ebda marka jew iskrizzjoni li tista' tqarraq partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew il-grafika tal-marka msemmija f'din id-Direttiva ma tista' titwaħħal.

6. Il-marka għandha titwaħħal fl-aħħar tal-fażi ta' produzzjoni.

L-Artikolu 12

1. Minkejja l-Artikolu 6, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jitwettqu kontrolli ta' kampjuni fuq tagħmir bil-marka li tkun fis-suq tiegħu u li tkun għadha ma tqegħditx abbord, biex jiżgura li qiegħda tħares din id-Direttiva. Kontrolli ta' kampjuni li għalihom m'hemmx dispożizzjonijiet fil-moduli ta' stima ta' tħaris fl-Anness B għandhom jitwettqu bl-spejjeż ta' l-Istat Membru.

2. Minkejja l-Artikolu 6, wara l-installazzjoni tat-tagħmir li tħares din id-Direttiva abbord xi bastiment tal-Komunità, l-istima mill-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera ta' dan il-bastiment ta' dan it-tagħmir għandha titħalla ssir meta testijiet ta' rendiment ta' tħaddim abbord jintalbu mill-istrumenti internazzjonali għas-sigurtà u/jew għanijiet ta' prevenzjoni ta' tniġġiż, sakemm dawn ma jtennux il-proċeduri ta' stima ta' tħaris diġà mwettqa. L-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jista' jitlob lill-fabbrikant tat-tagħmir, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ġewwa l-Komunità jew il-persuna responsabbli mill-kummerċ tat-tagħmir ġewwa l-Komunità biex tipprovdi r-rapporti ta' spezzjoni/ittestjar.

L-Artikolu 13

1. Fejn xi Stat Membru jaċċerta permezz ta' spezzjoni jew mod ieħor li, minkejja l-fatt li għandha l-marka, biċċa tagħmir imsemmija fl-Anness A. 1, meta tkun installata sewwa, miżmuma u użata għall-għan maħsub tagħha, tista' tikkomprometti s-saħħa u/jew is-sigurtà tal-baħrin, il-passiġġieri jew, fejn hu applikabbli, xi persuni oħra, jew teffettwa ħażin l-ambjent tal-baħar, dan għandu jieħu l-miżuri kollha interim sabiex jirtira dik il-biċċa tagħmir mis-suq jew jipprojbixxi jew iżomm li tiġi mqiegħda fis-suq jew li tintuża abbord xi bastiment li għalih toħroġ l-attestati ta' sigurtà. l-Istat Membru għandu minnufih jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minn din il-miżura u juri r-raġunijiet ta' deċiżjoni tiegħu u, b'mod partikolari, jekk in-nuqqas ta' tħaris ta' din id-Direttiva huwa minħabba:

(a) nuqqas li jitħares l-Artikolu 5(1) u (2);

(b) applikazzjoni skorretta tal-livelli ta' ittestjar msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2); jew

(ċ) nuqqasijiet fil-livelli ta' ittestjar innifishom.

2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsulta mal-partijiet interessati kemm jista' jkun malajr. Fejn, wara din il-konsultazzjoni, l-Kummissjoni ssib li:

- il-miżuri huma ġustifikati, għandha minnufih tgħarraf lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra; fejn id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija ġejja minn nuqqasijiet fil-livelli ta' ittestjar, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati, ġġib il-biċċa quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa d-deċizjoni biħsiebu jżommha u jibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 18,

- il-miżuri mhumiex iġġustifikati, għandha minnufih tgħarraf lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat stabbilit ġewwa l-Komunità.

3. Fejn biċċa tagħmir mhux konformi jkollha l-marka, il-miżuri xierqa għandhom jittieħdu mill-Istat Membru li għandu awtorità fuq min hu dak li waħħal il-marka; dan l-Istat Membru għandu jinforma l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkun ħa.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu mgħarrfa bil-progress u r-riżultati ta' din il-proċedura.

L-Artikolu 14

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, f'ċirkustanzi eċċezzjonali ta' innovazzjoni teknika, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera tista' tippermetti li tagħmir li ma jħarisx il-proċeduri ta' stima ta' tħaris jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità jekk jinstab permezz ta' provi jew xi mod ieħor għas-sodisfazzjon ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera li tagħmir bħal dan huwa ta' l-inqas effettiv daqs tagħmir li jħares il-proċeduri ta' stima ta' tħaris.

Fil-każ ta' tagħmir ta' radjukomunikazzjonijiet, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha titlob li tagħmir bħal dan ma jeffettwax għal xejn ir-rekwiżiti ta' l-ispettru ta' radju-frekwenza.

2. Proċeduri ta' provi bħal dawn m'għandhomx bl-ebda mod jiddiskriminaw bejn tagħmir prodott fl-Istat Membru ta' bandiera u tagħmir prodott fi Stati oħra.

3. It-tagħmir kopert minn dan l-Artikolu għandu jingħata attestat mill-Istat Membru ta' bandiera li għandu jinżamm dejjem flimkien mat-tagħmir u li jagħti l-permess ta' l-Istat Membru tal-bandiera biex it-tagħmir jitqiegħed abbord u jimponi xi restrizzjonijiet jew jippreskrivi xi dispożizzjonijiet marbuta ma' l-użu tat-tagħmir.

4. Fejn xi Stat Membru jippermetti li tagħmir kopert minn dan l-Artikolu jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità, dan l-Istat Membru għandu minnufih iwassal il-karatteristiċi tiegħu flimkien mar-rapporti tal-provi, stimi u proċeduri ta' stima ta' tħaris lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

5. Tagħmir bħal dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied ma' l-Anness A.2 b'konformità mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 18.

6. Fejn bastiment b'tagħmir abbord kopert mill-paragrafu 1 jiġi trasferit lejn xi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta' bandiera li jirċievi jista' jwettaq il-miżuri meħtieġa, li jistgħu jinkludu testijiet u provi prattiċi, biex jiżgura li t-tagħmir huwa ta' l-inqas effettiv daqs tagħmir li jħares il-proċeduri ta' stima ta' tħaris.

L-Artikolu 15

1. Minkejja l-Artikolu 5, amministrazzjoni ta' Stat ta' bandiera tista' tippermetti li tagħmir li ma jħarisx il-proċeduri ta' stima ta' tħaris jew mhux kopert mill-Artikolu 14 jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità għal raġunijiet ta' ittestjar jew valutazzjoni, iżda biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin huma mħarsa:

(a) it-tagħmir għandu jingħata attestat mill-Istat Membru ta' bandiera li għandu jinżamm dejjem flimkien mat-tagħmir u li jagħti l-permess ta' l-Istat Membru tal-bandiera biex it-tagħmir jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità u jimponi xi restrizzjonijiet jew jippreskrivi xi dispożizzjonijiet marbuta ma' l-użu tat-tagħmir;

(b) il-permess għandu jkun limitat għal perjodu qasir ta' ħin;

(ċ) it-tagħmir m'għandux jiġi fdat flok tagħmir li jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u m'għandux jissostitwixxi tagħmir bħal din, li għandu jibqa' abbord il-bastiment tal-Komunità mħaddma u lesta għall-użu immedjat.

2. Fil-każ ta' tagħmir ta' radjukomunikazzjonijiet, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha titlob li tagħmir bħal din ma jeffettwax bla bżonn ir-rekwiżiti ta' l-ispettru ta' radju-frekwenza.

L-Artikolu 16

1. Fejn tagħmir jeħtieġ li jinbidel f'port barra mill-Komunità u f'ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu ġustifikati kif jixraq ma' l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera fejn mhux prattikabbli f'termini ta' ħin raġonevoli, dewmin u spejjeż biex tqiegħed abbord tagħmir li hu approvat għat-tip KE, xi tagħmir ieħor jista' jitqiegħed abbord skond il-proċedura li ġejja:

(a) it-tagħmir għandu jkun flimkien ma' dokumentazzjoni maħruġa minn organizzazzjoni magħrufa ekwivalenti għal korp mgħarraf, fejn intlaħaq ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiz terz interessat fil-għarfien reċiproku ta' organizzazzjonijiet bħal dawn;

(b) jekk ikun impossibbli li tikkonforma ma' (a), tagħmir b'dokumentazzjoni maħruġa minn xi Stat Membru ta' l-IMO li huwa parti mill-konvenzjonijiet rilevanti, li tiċċertifika t-tħaris tar-rekwiżiti IMO rilevanti, jista' jitpoġġa abbord, bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3.

2. L-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha tiġi mgħarrfa minnufih bin-natura u l-karatteristiċi ta' tagħmir ieħor bħal dan.

3. L-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha, ma' l-eqreb opportunità, tiżgura li it-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' ittestjar, tħares ir-rekwiżiti rilevanti ta' l-istrumenti internazzjonali u ta' din id-Direttiva.

4. Fil-każ ta' tagħmir ta' radjukomunikazzjonijiet, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ta' bandiera għandha titlob li tagħmir bħal din ma jeffettwax għal xejn ir-rekwiżiti ta' l-ispettru ta' radju-frekwenza.

L-Artikolu 17

Din id-Direttiva tista' tiġi emendata b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 18, sabiex:

- jiġu applikati emendi sussegwenti ta' strumenti internazzjonali għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,

- jiġi aġġornat l-Anness A, sew billi jiddaħħal tagħmir ġdid sew billi tittrasferixxi tagħmir mill-Anness A.2 sa l-Anness A.1 u viċi versa,

- tiżdied il-possibbilità li jintużaw il-moduli B + Ċ u l-modulu H għal tagħmir imniżżel fl-Anness A.1,

- jiġu inklużi organizzazzjonijiet oħra ta' standardizzazzjoni fid-definizzjoni ta' "livelli ta' ittestjar" fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 18

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 Settembru 1993 li tirrigwarda rekwiżiti minimi għal bastimenti destinati għal jew huma u ħerġin minn portijiet tal-Komunità u li jkunu qegħdin iġorru merkanzija perikoluża jew li tniġġes [9] skond il-proċedura preskritta f'dan l-Artikolu.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu sejrin jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-president jista' jippreskrivi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jħaddan fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu bil-mod preskritt f'dan l-Artikolu. Il-president ma għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tħaddan l-miżuri previsti jekk ikunu bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti m'humiex bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, minnghajr dewmin, tissottometti lill-Kunsill proposta marbuta mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' referenza lilu, il-Kummissjoni għandha tħaddan il-miżuri proposti.

L-Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom joffru lil xulxin għajnuna reċiproka bi ħsieb ta' twettiq effettiv u rinfurzar ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 20

1. L-Istati Membri għandhom iħaddnu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 1998.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta' Jannar 1999.

Meta l-Istati Membri jħaddnu l-miżuri msemmija fil-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkollhom riferenzi għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn riferenzi bħal dawn mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru dawn ir-riferenzi għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom iwasslu minnufih lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jħaddnu fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Barrett

[1] ĠU C 218, tat-23.8.1995, p. 9.

[2] ĠU C 101, tat-3.4.1996, p. 3.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-29 ta' Novembru 1995 (ĠU C 339, tat-18.12.1995, p. 21), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 248, tas-26.8.1996, p. 10) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 t'Ottubru 1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996).

[4] ĠU C 271, tas-7.10.1993, p. 1.

[5] ĠU C 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[6] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tal-31.8.1993, p. 1).

[7] ĠU L 399, tat-30.12.1989, p. 18. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/95/KEE (ĠU L 276, tad-9.11.1993, p. 11).

[8] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att tas-Sħubija 1994.

[9] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

Moduli għal stima ta' tħaris

EŻAMI TAT-TIP KE (MODULU B)

1. Korp mgħarraf għandu jaċċerta u jattesta li kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, iħares id-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għalih.

2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandħa tintbagħat mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità lil korp mgħarraf magħżul minnu.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

- l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk l-applikazzjoni tintbagħat mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz ukoll,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ntbagħtitx fl-istess ħin lil xi korp ieħor mgħarraf,

- id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta f'punt 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp mgħarraf kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba u minn issa 'l quddiem imsejħa "tip" [1]. Il-korp mgħarraf jista' jitlob aktar kampjuni jekk meħtieġ għall-programm tat-test.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li ssir stima tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali rilevanti. Għandha, sa kemm ikun rilevanti għal stima bħal din, tkopri id-disinn, il-livell ta' kostruzzjoni, il-manifattura, l-installazzjoni u t-tħaddim tal-prodott skond id-deskrizzjoni tad-dokumentazzjoni teknika preskritta fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

4. Il-korp mgħarraf għandu:

4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u jivverifika li t-tip ġie fabbrikat skond id-dokumentazzjoni teknika;

4.2. iwettaq l-eżamijiet xierqa u t-testijiet meħtieġa jew iqabbad li min iwettaqhom biex jikkontrolla kemm ir-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali rilevanti attwalment tħarsu;

4.3. jiftiehem ma' l-applikant dwar il-post fejn l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa ser isiru.

5. Fejn it-tip iħares d-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti internazzjonali rilevanti, l-korp notifikat għandu joħroġ attestat ta' eżami tat-tip KE lill-applikant. L-attestat għandu jagħti l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, dettalji dwar it-tagħmir, l-konklużjonijiet ta' l-eżami, il-kondizzjonijiet tal-validità tiegħu u t-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tintehmeż ma' l-attestat u tinżamm kopja mill-korp mgħarraf.

Jekk fabbrikant jiġi miċħud attestazzjoni tat-tip, il-korp mgħarraf għandu jagħti r-raġunijiet dettaljati ta' din iċ-ċaħda.

Fejn xi fabbrikant jerġa' japplika għal approvazzjoni tat-tip għal tagħmir li għaliha attestat tat-tip ġie miċħud, is-sottomissjoni tiegħu lill-korp mgħarraf għandha tinkludi d-dokumentazzjoni kollha rilevanti, inklużi r-rapporti oriġinali tat-testijiet, ir-raġunijiet dettaljati taċ-ċaħda preċedenti u d-dettalji tat-tibdil kollu magħmul fuq it-tagħmir.

6. L-applikant għandu jinforma lill-korp mgħarraf li għandu d-dokumentazzjoni teknika li tirrigwarda l-attestat ta' eżami tat-tip KE bit-tibdiliet fuq il-prodott approvat, li għandu jirċievi approvazzjoni addizzjonali fejn tibdiliet bħal dawn jistgħu jeffettwaw it-tħaris tar-rekwiżiti tal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Approvazzjoni addizzjonali bħal din għandha tingħata taħt forma ta' żieda ma' l-attestat KE oriġinali ta' eżami tat-tip.

7. Kull korp mgħarraf għandu, fuq talba, jipprovdi lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' bandiera u l-korpijiet mgħarrfa l-oħra bit-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-attestati KE ta' eżami tat-tip u żidiet maħruġa u irtirati.

8. Il-korpijiet mgħarrfa l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati KE ta' eżami tat-tip u/jew iż-żidiet tagħhom. L-Annessi ta' l-attestati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpijiet l-oħra mgħarrfa.

9. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm flimkien mad-dokumentazzjoni teknika kopji ta' l-attestati KE ta' eżami tat-tip u ż-żidiet tagħhom għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun gie fabbrikat.

TĦARIS TAT-TIP (MODULU Ċ)

1. Fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jiżgura u jiddikjara li l-prodotti msemmija jħarsu t-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għalihom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jrid iwaħħal il-marka ma' kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub ta' tħaris.

2. Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta' manifattura jiżgura li l-prodotti manifatturati jħarsu it-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip u jħarsu r-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għalihom.

3. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm kopja ta' l-attestat ta' tħaris għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun gie fabbrikat.

ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ TA' PRODUZZJONI (MODULU D)

1. Fabbrikant li jissodisfa d-dmirijiet ta' punt 2 għandu jiżgura u jiddikjara li l-prodotti msemmija jħarsu t-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jwaħħal il-marka ma' kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub ta' tħaris. Il-marka trid tkun flimkien mas-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli tas-sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għal produzzjoni, spezzjoni tal-prodott finali w ittestjar kif speċifikat f'punt 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jibgħat applikazzjoni għal stima tas-sistema tiegħu ta' kwalità lil xi korp mgħarraf li jixtieq hu għall-prodotti msemmija.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

- l-informazzjoni kollha rilevanti għal kategorija ta' prodott maħsub,

- id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja ta' l-attestat KE ta' eżami tat-tip.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura li l-prodotti jħarsu t-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet mħaddna mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u bl-ordni taħt forma ta' politika, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjan, manwali u rekords.

Għandha tinkludi, b'mod partikolari, deskrizzjoni xierqa ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabilitajiet u l-poteri tad-direzzjoni fir-rigward ta' kwalità ta' prodott,

- it-teknika tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u l-assikurazzjoni ta' kwalità, il-proċessi u l-azzjoni sistematika li tkun ser tintuża,

- l-eżaminijiet u t-testijiet li jkunu ser jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jkunu ser jitwettqu,

- ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.,

- il-mezz ta' monitoraġġ tal-kisba tal-kwalità ta' prodott meħtieġa u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex jiddetermina jekk tħarisx ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2. Għandu jittieħed bħala meqjus it-tħaris tar-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi ta' kwalità li jħaddmu l-livell armonizzat rilevanti.

It-tim ta' awdituri għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed b'esperjenza ta' valutazzjoni fit-teknologija tal-prodott imsemmi. Il-proċedura ta' valutazzjoni għandha tinkludi żjara fil-bini tal-fabbrikant.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

3.4. Il-fabbrikant għandu jidħol għat-tħaris tad-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità hekk kif tkun approvata u jagħti l-appoġġ tiegħu biex tibqa' xierqa u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm lil-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull aġġornament maħsub ta' dik is-sistema ta' kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tat-tibdil propost u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula hiex ser tkompli tħares ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima oħra.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp mgħarraf

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li tiżgura li l-fabbrikant iħares b'mod xieraq id-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jipprovdi lill-korp mgħarraf b'aċċess għal għanijiet ta' spezzjoni fil-postijiet ta' manifattura, spezzjoni u t-testjar u ħażna u għandu jipprovdih bit-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.

4.3. Il-korp mgħarraf għandu kull tant żmien iwettaq verifiki biex jiżgura li l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapporti ta' verifika.

4.4. Barra minn hekk, il-korp mgħarraf jista' jagħmel żjarat mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn iż-żjarat il-korp mgħarraf jista' jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu biex jikkontrolla li s-sistema ta' kwalità qed taħdem sewwa, jekk ikun meħtieġ. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport taż-żjara u, jekk jkun sar xi test, b'rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott jkun fabbrikat, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni daħla tat-tieni paragrafu ta' punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu ta' punt 3.4,

- id-deċiżjoni u r-rapporti mill-korp mgħarraf imsemmija fil-paragrafu aħħari ta' punt 3.4, punt 4.3 u punt 4.4.

6. Kull korp mgħarraf għandu, fuq talba, jipprovdi lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' bandiera u l-korpijiet mgħarrfa l-oħra bit-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa u irtirati.

ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ TA' PRODUZZJONI (MODULU E)

1. Fabbrikant li jħares id-dmirijiet ta' punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-prodotti msemmija jħarsu t-tip kif inhu deskritt fl-attestat KE ta' l-eżami tat-tip. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jwaħħal il-marka ma' kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub ta' tħaris. Il-marka għandha tkun flimkien mas-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għal spezzjoni aħħarija u ttestjar kif speċifikat f'punt 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jibgħat applikazzjoni għal stima tas-sistema tiegħu ta' kwalità għall-prodotti msemmija lil xi korp mgħarraf li jixtieq hu.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

- l-informazzjoni kollha rilevanti għal kategorija ta' prodott maħsub,

- dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja ta' l- attestat KE ta' eżami tat-tip.

3.2. Taħt is-sistema ta' kwalità, kull prodott għandu jiġi eżaminat u testijiet xierqa għandhom jitwettqu biex ikun żgurat jekk iħarisx ir-rekwiżiti rilevanti ta' l-istrumenti internazzjonali. L-elementi kollha, r-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet imħaddna mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u bl-ordni taħt forma ta' politika, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tiżgura li jkun hemm ftehim komuni tal-programmi ta' kwalità, pjan, manwali u rekords.

Għandha tinkludi, b'mod partikolari, deskrizzjoni xierqa ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, r-responsabilitajiet u l-poteri tad-direzzjoni fir-rigward ta' kwalità ta' prodott,

- l-eżaminijiet u t-testijiet li ser jitwettqu wara l-manifattura,

- il-mezz ta' monitoraġġ tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.

3.3 Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex jiddetermina jekk tħarsux ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2. Għandu jittieħed bħala meqjus it-tħaris tar-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi ta' kwalità li jħaddmu l-livell armonizzat rilevanti.

It-tim ta' awdituri għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed b'esperjenza ta' assessur fit-teknologija tal-prodott imsemmi. Il-proċedura ta' valutazzjoni għandha tinkludi żjara fil-bini tal-fabbrikant.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

3.4. Il-fabbrikant għandu jidħol għat-tħaris tad-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif approvata u biex iżommha b'mod xieraq u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm lil-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull aġġornament maħsub ta' dik is-sistema ta' kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jivvaluta t-tibdil propost u jiddeċidi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula hiex ser tkompli tħares ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima oħra.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjonijiet. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp mgħarraf

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li tiżgura li l-fabbrikant iħares b'mod xieraq id-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jipprovdi lill-korp mgħarraf b'aċċess għal għanijiet ta' spezzjoni fil-postijiet ta' spezzjoni, t-testjar u ħażna u għandu jipprovdih bit-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.

4.3. Il-korp mgħarraf għandu kull tant żmien iwettaq verifiki biex jiżgura li l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapporti ta' verifiki.

4.4. Barra minn hekk, il-korp mgħarraf jista' jagħmel żjariet mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul żjarat bħal dawn il-korp mgħarraf jista' jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu testijiet biex jikkontrolla li s-sistema ta' kwalità qed taħdem sewwa, jekk jinħtieġ. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport taż-żjara u, jekk jkun sar xi test, b'rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott jkun fabbrikat, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet daħla tat-tieni paragrafu ta' punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu ta' punt 3.4,

- id-deċiżjoni u r-rapporti mill-korp mgħarraf imsemmija fil-paragrafu aħħari ta' punt 3.4, punt 4.3 u punt 4.4.

6. Kull korp mgħarraf għandu fuq talba jipprovdi lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' bandiera u l-korpijiet mgħarrfa l-oħra bit-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa u irtirati.

VERIFIKA TAL-PRODOTT (MODULU F)

1. Fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-komunità għandu jikkontrolla u jattesta li l-prodotti soġġetti għal punt 3 jħarsu t-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip.

2. Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta' manifattura jiżgura li l-prodotti jħarsu t-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip. Għandu jwaħħal il-marka ma' kull prodott u jikteb dikjarazzjoni ta' tħaris.

3. Il-korp mgħarraf għandu jwettaq l-eżamijiet xierqa u t-testijiet biex jikkontrolla li l-prodott jħares ir-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali jew billi jeżamina u jittestja kull prodott kif speċifikat f'punt 4 jew billi jeżamina u jittestja l-prodotti fuq bażi statistika, kif speċifikat f'punt 5, fuq l-għażla tal-fabbrikant.

3a. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm kopja ta' l-attestat ta' tħaris għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun gie fabbrikat.

4. Verifika b'eżami u test ta' kull prodott

4.1. Il-prodotti kollha għandhom jiġu eżaminati u testijiet xierqa għandhom jitwettqu sabiex jiġi verifikat t-tħaris tagħhom tat-tip kif deskritt fl-attestat KE ta' eżami tat-tip.

4.2. Il-korp mgħarraf għandu jwaħħal s-simbolu ta' identifikazzjoni tiegħu jew iġiegħel li jitwaħħal fuq kull prodott approvat u jagħmel attestat bil-miktub ta' tħaris marbut mat-testijiet mwettqa.

4.3. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jiżgura li għandu ħila jipprovdi l-attestat ta' tħaris tat-tip tal-korp mgħarraf fuq talba ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ta' bandiera.

5. Verifika statistika

5.1. Il-fabbrikant għandu jippreżenta l-prodotti tiegħu taħt forma ta' lottijiet omoġeneji u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta' manifattura jiżgura l-omoġenjità ta' kull lott li jiġi prodott.

5.2. Il-prodotti kollha għandhom ikunu disponibbli taħt forma ta' lottijiet omoġeneji. Kampjun bl-addoċċ għandu jittieħed minn kull lott. Il-prodotti f'kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u testijiet xierqa għandhom jitwettqu biex tiżgura li jħarsu r-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li japplikaw għalihom u biex tiddetermina jekk il-lott għandux jiġi aċċettat jew imwarrab.

5.3. Fil-każ ta' lottijiet aċċettati, il-korp mgħarraf għandu jwaħħal s-simbolu ta' identifikazzjoni tiegħu jew iġiegħel li jitwaħħal fuq kull prodott approvat u jagħmel attestat bil-miktub ta' tħaris marbut mat-testijiet mwettqa. Il-prodotti kollha fil-lott jistgħu jitqiegħdu fis-suq ħlief dawk il-prodotti mill-kampjun li jinstab li m'humiex konformi.

Jekk xi lott jiġi mwarrab, il-korp mgħarraf jew l-awtorità kompetenti għandu jieħu miżuri xierqa biex ma jħallix li dan il-lott jitqiegħed fis-suq. Fil-każ ta' twarrib frekwenti ta' lottijiet l-korp mgħarraf jista' jissospendi l-verifika statistika.

Il-fabbrikant jista', taħt ir-responsabiltà tal-korp mgħarraf, iwaħħal is-simbolu ta' identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar matul il-proċess ta' manifattura.

5.4. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jiżgura li għandu ħila jipprovdi l-attestat ta' tħaris tat-tip tal-korp mgħarraf fuq talba ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ta' bandiera.

VERIFIKA TA' l-UNITÀ (MODULU G)

1. Il-fabbrikant għandu jiżgura u jiddikjara li l-prodott imsemmi, li għalih inħareġ l-attestat msemmi f'punt 2, iħares ir-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li japplikaw għalih. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jwaħħal il-marka mal-prodott u jikteb dikjarazzjoni ta' tħaris.

2. Il-korp mgħarraf għandu jeżamina l-prodott individwali u jwettaq it-testijiet xierqa biex jiżgura li jħares ir-rekwiżiti rilevanti ta' l-istrumenti internazzjonali.

Il-korp mgħarraf għandu jwaħħal s-simbolu ta' identifikazzjoni tiegħu jew iġiegħel li jitwaħħal fuq il-prodott approvat u jagħmel attestat ta' tħaris marbut mat-testijiet mwettqa.

3. L-għan tad-dokumentazzjoni teknika hu li tippermetti li t-tħaris tar-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali jiġi valutat u li d-disinn, manifattura u t-tħaddim tal-prodott jiġi mifhum.

ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ SĦIĦA (MODULU H)

1. Fabbrikant li jħares id-dmirijiet ta' paragrafu 2 għandu jiżgura u jiddikjara li l-prodotti msemmija jħarsu r-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għalihom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jwaħħal il-marka ma' kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub ta' tħaris. Il-marka għandha tkun flimkien mas-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għad-disinn, manifattura u spezzjoni tal-prodott finali u ttestjar kif speċifikat f'punt 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jibgħat applikazzjoni għal stima tas-sistema tiegħu ta' kwalità lil xi korp mgħarraf.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

- t-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija ta' prodott maħsub u

- dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta' kwalità.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura li l-prodotti jħarsu r-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għalihom.

L-elementi kollha, r-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet mħaddna mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u bl-ordni taħt forma ta' politika, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tiżgura li jkun hemm ftehim komuni tal-poltika ta' kwalità u proċeduri bħal programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u rekords.

Għandha tinkludi, b'mod partikolari, deskrizzjoni xierqa ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabilitajiet u l-poteri tad-direzzjoni fir-rigward ta' kwalità ta' prodott,

- il-karatteristiċi ta' disinn tekniku, inklużi l-livelli, li ser jiġu applikati u l-assikurazzjoni u r-rekwiżiti essenzjali ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għall-prodotti ser jitħarsu,

- it-teknika ta' kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li ser jintużaw fid-disinn tal-prodotti li jagħmlu parti mill-kategorija ta' prodotti koperti,

- it-teknika ta' manifattura korrispondenti, il-kontroll ta' kwalità u l-assikurazzjoni ta' kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li ser jintużaw,

- l-eżaminijiet u t-testijiet li jkunu ser jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jkunu ser jitwettqu,

- ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.,

- il-mezzi ta' monitoraġġ tal-kisba tad-disinn meħtieġ u tal-kwalità ta' prodott u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex jiddetermina jekk tħarisx ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2. Għandu jittieħed bħala meqjus it-tħaris tar-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi ta' kwalità li jħaddmu l-livell armonizzat rilevanti.

It-tim ta' awdituri għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed b'esperjenza ta' assessur fit-teknoloġija tal-prodott imsemmi. Il-proċedura ta' valutazzjoni għandha tinkludi żjara fil-bini tal-fabbrikant.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

3.4. Il-fabbrikant għandu jidħol għat-tħaris tad-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità hekk kif tkun approvata u jagħti l-appoġġ tiegħu biex tibqa xierqa u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżomm lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull aġġornament maħsub ta' dik is-sistema ta' kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jivvaluta t-tibdil propost u jiddeċidi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula hiex ser tkompli tħares ir-rekwiżiti preskritti f'punt 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima oħra.

Il-fabbrikant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjonijiet. It-tagħrif għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni raġunata ta' valutazzjoni.

4. Sorveljanza KE taħt ir-responsabbiltà tal-korp mgħarraf

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li tiżgura li l-fabbrikant iħares b'mod xieraq id-dmirijiet li ġejjin mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jipprovdi lill-korp mgħarraf b'aċċess għal għanijiet ta' spezzjoni fil-postijiet ta' disinn, manifattura, spezzjoni u t-testjar u ħażna u għandu jipprovdih bit-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità kif għalihom hemm provdut fil-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità, bħar-riżultati ta' analiżi, kalkoli, testijiet, eċċ.,

- ir-rekords ta' kwalità kif għalihom hemm provdut fil-parti ta' manifattura tas-sistema ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjoni u d-data tat-testijiet, id-data ta' kalibratura, r-rapporti ta' kwalifika ta' l-impjegati interessati, eċċ.

4.3. Il-korp mgħarraf għandu kull tant żmien iwettaq verifiki biex jiżgura li l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapporti ta' verifika.

4.4. Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista' jagħmel żjajjar mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul żjarat bħal dawn, il-korp mgħarraf jista' jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu testijiet biex jikkontrolla li s-sistema ta' kwalità qed taħdem sewwa, jekk jinħtieġ. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport taż-żjara u, jekk jkun sar xi test, b'rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott jkun fabbrikat, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni daħla tat-tieni paragrafu ta' punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu ta' punt 3.4,

- id-deċiżjoni u r-rapporti mill-korp mgħarraf imsemmija fil-paragrafu aħħari ta' punt 3.4, punt 4.3 u punt 4.4.

6. Kull korp mgħarraf għandu, fuq talba, jipprovdi lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' bandiera u l-korpijiet mgħarrfa l-oħra bit-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa u irtirati.

7. Eżami tad-disinn

7.1. Il-fabbrikant għandu jibgħat applikazzjoni għal eżami tad-disinn lil xi korp wieħed mgħarraf.

7.2. L-applikazzjoni għandha tagħmel li jkun possibbli li d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott jiftehmu u li ssir stima tat-tħaris tar-rekwiżiti ta' l-istrumenti internazzjonali.

Għandha tinkludi:

- il-karatteristiċi ta' disinn tekniku, inklużi l-livelli, li jkun ġew applikati u

- ix-xhieda meħtieġa ta' appoġġ għall-adegwatezza tagħhom, b'mod partikolari fejn il-livelli speċifikati fl-Artikolu 5 ma ġewx applikati fis-sħiħ. Xhieda ta' appoġġ bħal din għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet mwettqa minn laboratorju xieraq tal-fabbrikant stess jew f'ismu.

7.3. Il-korp mgħarraf għandu jeżamina l-applikazzjoni u fejn id-disinn iħares dawk id-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti internazzjonali li jgħoddu għandu joħroġ attestat KE ta' eżami ta' disinn lill-applikant. L-attestat għandu jinkludi fih il-konklużjonijiet ta' l-eżami, l-kondizzjonijiet tal-validità tiegħu, d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat u, fejn huwa rilevanti, deskrizzjoni tat-tħaddim tal-prodott.

7.4. L-applikant għandu jżomm lill-korp mgħarraf li jkun ħareġ l-attestat KE ta' eżami ta' disinn infurmat b'kull tibdil fid-disinn approvat. Tibdil fid-disinn approvat għandu jkollu approvazzjoni addizzjonali mill-korp mgħarraf li jkun ħareġ l-attestat KE ta' eżami ta' disinn fejn tibdiliet bħal dawn jistgħu jeffetwaw it-tħaris tar-rekwiżiti rilevanti ta' l-istrumenti internazzjonali jew il-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Approvazzjoni addizzjonali bħal din għandha tingħata taħt forma ta' żieda ma' l-attestat KE oriġinali ta' eżami tad-disinn.

7.5. Il-korpijiet mgħarrfa għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-amministrazzjoni ta' l-Istati Membri ta' bandiera u lill-korpijiet mgħarrfa bit-tagħrif rilevanti li jirrigwarda:

- l-attestati KE ta' eżami ta' disinn u żidiet maħruġa u

- l-approvazzjonijiet KE ta' disinn u approvazzjonijiet addizzjonali irtirati.

[1] Tip jista' jkopri bosta verżjonijiet tal-prodott sakemm id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jeffettwawx il-livell ta' sigurtà jew ir-rekwiżiti l-oħra li jirrigwardaw ir-rendiment tal-prodott.

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

Kriterji minimi li jridu jitqiesu mill-Istati Membri għan-nomina tal-korpijiet

1. Il-korpijiet mgħarrfa għandhom jħarsu r-rekwiżiti tas-serje EN 45000 rilevanti.

2. Korp mgħarraf għandu jkun indipendenti u m'għandux ikun ikkontrollat mill-fabbrikanti jew mill-fornituri.

3. Korp mgħarraf għandu jkun stabbilit ġewwa t-territorju tal-Komunità.

4. Fejn approvazzjonijiet tat-tip jinħarġu minn korp mgħarraf f'isem xi Stat Membru, l-Istat Membru għandu jara li l-kwalifiki, l-esperjenza teknika u l-impjegati tal-korp mgħarraf huma tali li jagħtuh il-ħila li joħroġ approvazzjonijiet tat-tip li jħarsu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li jiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà.

5. Korp mgħarraf għandu jkun f'pożizzjoni li jipprovdi perizja marittima.

Korp mgħarraf huwa intitolat li jwettaq proċeduri ta' stima ta' tħaris għal kull operatur ekonomiku stabbilit ġewwa jew barra mill-Komunità.

Korp mgħarraf jista' jwettaq proċeduri ta' stima ta' tħaris f'kull Stat Membru jew Stat barra mill-Komunità billi juża jew il-mezz tiegħu bbażat f'pajjiżu jew l-impjegati ta' l-uffiċju tal-fergħa tiegħu barra mill-pajjiż.

Jekk xi sussidjarju ta' korp mgħarraf iwettaq proċeduri ta' stima ta' tħaris, id-dokumenti kollha marbuta mal-proċeduri ta' stima ta' tħaris għandhom jinħarġu minn u f'isem il-korp mgħarraf u mhux f'isem is-sussidjarju.

Sussidjarju ta' korp mgħarraf li jkun stabbilit f'xi Stat Membru ieħor jista', iżda, joħroġ dokumenti marbuta ma' proċeduri ta' stima ta' tħaris jekk ikun mgħarraf minn dan l-Istat Membru.

--------------------------------------------------

L-ANNESS D

Marka ta' tħaris

Il-marka ta' tħaris għandha tieħu l-għamla li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka tiċċekken jew titkabbar il-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija kalibrata ta' hawn fuq għandhom jinżammu.

Il-bosta komponenti tal-marka għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess qies wieqaf, li ma jistax ikun anqas minn 5 mm.

Dan id-daqs minimu jista' jiġi rinunċjat għal xi mezzi żgħar.

--------------------------------------------------

Top