Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0030

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/30/KE tat-13 ta' Mejju 1996 li temenda d-Direttiva 94/80/KE li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u li wieħed jippreżenta ruħu bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini ta' l-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li ma għandhomx iċ-ċittadinanza tiegħu

OJ L 122, 22.5.1996, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 001 P. 350 - 350
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 001 P. 175 - 175
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 001 P. 175 - 175
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 002 P. 60 - 60

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/30/oj

31996L0030



Official Journal L 122 , 22/05/1996 P. 0014 - 0014


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/30/KE

tat-13 ta' Mejju 1996

li temenda d-Direttiva 94/80/KE li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u li wieħed jippreżenta ruħu bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini ta' l-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li ma għandhomx iċ-ċittadinanza tiegħu

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8b(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 KE li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u li wieħed jippreżenta ruħu bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini ta' l-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru li ma għandhomx iċ-ċittadinanza tiegħu [3], jelenka l-unitajiet bażiċi tal-gvern lokali f'kull Stat Membru;

Billi, wara l-adeżoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, l-Anness tad-Direttiva 94/80/KE għandu jiġi emendat sabiex jipprovdi referenza għall-unitajiet basiċi tal-gvern lokali ta' dawn it-tliet pajjiżi;

Billi, skond l-Att ta' Adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi, id-Direttiva 94/80/KE hija applikabbli għall-gżejjer Åland, fejn ċittadini Finlandiżi li ma jgawdux iċ-ċittadinanza reġjonali ta' dawk il-gżejjer u ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni huma soġġetti għall-istess kondizzjoni relatata mal-perjodu ta' residenza għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u li wieħed jippreżenta ruħu bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

"fl-Awstrija:

Gemeinden, Bezirke in der Stadt Wien

fil-Finlandja:

kunta, kommun, kommun på Åland

fl-Isvezja:

kommuner, landsting.'"

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-13 ta' Mejju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Agnelli

[1] ĠU C 65, ta' l-4.3.1996, p. 201.

[2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Frar 1996 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 368, tat-30.12.1994, p. 38.

--------------------------------------------------

Top