EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0176

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 1995 li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill tal-KEE 92/65 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u importazzjoni fil-Komunità ta' bhejjem, sperma, bajd u embrijuni li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE

OJ L 117, 24.5.1995, p. 23–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 017 P. 302 - 309
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 016 P. 247 - 254
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 016 P. 247 - 254
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 029 P. 116 - 122

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/176/oj

31995D0176



Official Journal L 117 , 24/05/1995 P. 0023 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' April 1995

li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65 KKE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u importazzjoni fil-Komunità ta' bhejjem, sperma, bajd u embrijuni li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE

(95/176/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, sperma, bajd u embrijuni li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali stabiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm riferenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi fil-kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni ta' korpi, istituti jew ċentri, referenzi għandhom isiru, jekk iżommu annimali intiżi għal-laboratorji esperimentali, għad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-ħarsien ta' annimali u l-iskopijiet xjentifiċi l-oħra [2], sabiex ikunu konformi dawn il-kondizzjonijiet fil-Komunità u għall-pajjiżi terzi;

Billi ċerti adattamenti tekniċi huma meħtieġa fir-rigward ta' l-approvazzjoni u s-superviżjoni taċ-ċentri tal-ġbir, id-dħul ta' żwiemel tar-refgħa u l-ħtiġiet applikabbli għall-isperma, il-bajd u l-embrijuni;

Billi huwa meħtieġ li jinbidlu l-Kapitoli I, II. A, Ċ, III u IV ta' l-Anness D;

Billi din id-Deċiżjoni bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 92/65/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness Ċ.1, il-punt li ġej huwa miżjud:

"(j) jekk iżomm annimali intiżi għal-laboratorji esperimentali konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE."

2. L-Anness D, il-Kapitolu I huwa mibdul bl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

3. L-Anness D, il-Kapitolu II, il-punt A huwa mibdul bl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

4. L-Anness D, il-Kapitolu II, il-punt Ċ huwa mibdul bl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

5. L-Anness D, il-Kapitolu III huwa mibdul bl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

6. L-Anness D, il-Kapitolu IV huwa mibdul bl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni preżenti tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 1995.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' April 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 54.

[2] ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"IL-KAPITOLU I

I. Kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-ġbir ta' sperma

Iċ-ċentri tal-ġbir ta' l-isperma għandhom:

1. jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta' "veterinarju taċ-ċentru";

2. ikollhom ta' l-anqas

(a) akkomodazzjoni ta' l-annimali li tissakkar u jekk meħtieġ spazju għall-eżerċizzju ta' l-ekwini li jkunu mifruda fiżikament mill-faċilitajiet tal-ġbir, mill-kmamar ta' l-ipproċessar u tal-ħażna;

(b) faċilitajiet ta' l-iżolament li ma jkollhomx komunikazzjoni diretta ma' l-akkomodazzjoni normali ta' l-annimali;

(ċ) faċilitajiet għall-ġbir ta' l-isperma inkluża kamra separata għat-tindif u d-disinfettar jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

(d) kamra għall-ipproċessar ta' l-isperma separata mill-faċilitajiet għall-ġbir li mhux neċessarjament ikunu fl-istess post;

(e) kamra għall-ħażna ta' l-isperma li ma mhux neċessarjament tkun fl-istess post;

3. ikunu mibnija jew isolati b'mod li ma jkunx jista' jsir kuntatt mal-qobla ta' barra;

4. ikunu mibnija b'mod li ċ-ċentru kollu bl-eċċezzjoni tal-kmamar ta' l-uffiċini u, fil-każ ta' ekwini, in-naħa ta' l-eżerċizzju, tista' tkun faċilment imnaddfa u ddisinfettata.

II. Kondizzjonijiet għas-sorveljanza taċ-ċentri għall-ġbir ta' l-isperma

Iċ-ċentri għall-ġbir ta' l-isperma għandhom:

1. ikunu ssorveljati li jkun fihom biss annimali ta' l-ispeċi li għandha tinġabar l-isperma tagħha;

B'danakollu, annimali domestiċi oħra jistgħu jiddaħħlu, basta li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' l-infezzjoni għal dawk l-ispeċi li tinġabar l-isperma tagħhom u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabiliti mill-veterinarju taċ-ċentru.

Jekk fil-każ ta' l-ekwidi ċ-ċentru tal-ġbir jikkondividi post ta' ċentru jew servizz għal inseminazzjoni artifiċjali, hekk jiddaħħlu dwieb, żwiemel tar-refgħa għat-taħrik u żwiemel tar-refgħa għal servizz naturali kemm-il darba jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness D il-Kapitolu II il-paragrafi A(1), (2), (3) u (4);

2. ikunu osservati regolarment biex jassiguraw li jinżammu r-reġistri li juru:

- l-ispeċi, r-razza, d-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta' kull annimal preżenti fiċ-ċentru,

- kull moviment ta' l-annimali li jidħlu jew jitilqu miċ-ċentru,

- il-profil ta' saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, il-kura u t-tilqim imwettaq fuq l-annimali miżmuma,

- id-data tal-ġbir u l-ipproċessar ta' l-isperma,

- id-destinazzjoni ta' l-isperma,

- il-ħażna ta' l-isperma;

3. ikunu spezzjonati minn veternarju uffiċjali matul l-istaġun tat-tgħammir ta' mill-anqas darba fis-sena fil-każ ta' l-annimali li jitgħammru staġjonalment u darbtejn f'sena fil-każ ta' tgħammir mhux staġjonali sabiex jikkunsidra u jivverifika l-materji kollha relatati mal-kondizzjonijiet ta' l-approvazzjoni u s-superviżjoni;

4. ikun hekk issorveljat li ma jitħalliex dħul ta' persuni mhux awtorizzati. B'żieda ma' dan, visitaturi awtorizzati jistgħu jkunu meħtieġa li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stipulati mill-veterinarju taċ-ċentru;

5. jimpjegaw staff kompetenti li jkunu rċievew taħriġ adegwat dwar it-teknika tad-diżinfettar u l-iġjene biex jippreveni l-firxa tal-mard;

6. ikunu osservati kontinwament sabiex:

- l-ebda mill-annimali miżmuma fiċ-ċentru ma jintużaw għat-tgħammir naturali ta' l-anqas 30 jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir,

- il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta' l-isperma jitwettaq biss fil-post maqtugħ għalih għal dawn l-iskopijiet,

- l-utensili li jiġu f'kuntatt ma l-isperma jew ma l-annimal donatur matul il-ġbir jew l-ipproċessar ikunu jew iddisinfettati jew sterilizzati kif jixraq qabel ma jintużaw jew ikunu ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara li jintużaw,

Jekk, fil-każ ta' l-ekwini, iċ-ċentru tal-ġbir jikkondividi post ma' ċentru ta' l-inseminazzjoni artifiċjali jew ma' ċentru ta' servizz, għandu jkun hemm separazzjoni stretta bejn l-istrumenti u t-tagħmir għall-inseminazzjoni artifiċjali jew is-servizz naturali u l-istrumenti u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt ma' l-annimali donaturi jew ma l-annimali l-oħra miżmuma fiċ-ċentru tal-ġbir u l-isperma,

- il-prodotti ta' l-oriġini mill-annimali bħal ma huma dilwenti, addittivi jew estensuri jintużaw fl-ipproċessar ta' l-isperma, li ma jippreżentaw l-ebda riskju għal saħħet l-annimali jew li jkun sarihom trattament minn qabel biex teskludi dan ir-riskju,

- fil-każ ta' sperma ffriżata jew imkessħa, jintużaw aġenti krijoġeniċi, li ma jkunux intużaw qabel għall-prodotti oħra ta' l-oriġini ta' l-annimali,

- kull reċipjent għall-ħażna jew il-ġarr ta' l-isperma jkun jew iddisinfettat jew sterilizzat kif jixraq qabel ma jintuża jew ikella jkun ġdid, li ma jintużax darbtejn jew li jintrema wara li jintuża;

7. jassiguraw li kull doża individwali ta' l-isperma tkun identifika b'mod li ma jitħassarx hekk li l-Istat Membru ta' l-oriġini, id-data ta' ġbir, l-ispeċi, ir-razza, l-identità ta' l-annimal donatur u l-isem u/jew in-numru taċ-ċentru approvat li jkun ġabar l-isperma jistgħu jkunu sabbiliti."

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"A. STALLIONS

Stallion biss li jkun għas-sodisfazzjon tal-veterinarju taċ-ċentru u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin jista' jintuża għall-ġbir ta' l-isperma:

1. m’għandu juri l-ebda sinjal ta' mard infettiv jew li jittieħed fil-ħin tad-dħul u fil-jum li tinġabar l-isperma;

2. għandu jiġi mit-territorju jew, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni, mill-parti tat-territorju ta' Stat Membru jew minn pajjiż terz u minn impriża taħt superviżjoni veterinarja, hekk li kull wieħed minnhom jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE;

3. għandu jkun inżamm għal 30 jum qabel il-ġbir ta' l-isperma f'impriżi fejn l-ebda ekwin ma jkun wera xi sinjal kliniku ta' arterite virali ekwina matul dak il-perijodu;

4. għandu jkun inżamm għal 60 jum qabel il-ġbir ta' l-isperma f'impriżi fejn l-ebda ekwin ma jkun wera xi sinjal kliniku ta' mitrite kontaġjuża ekwina matul dak il-perijodu;

5. m'għandux jintuża għal tgħammir naturali matul it-tletin jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir;

6. għandu jkun soġġett għat-testijiet li ġejjin, imwettqa u ċċertifikati f'laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-programm stabbilit fil-paragrafu 7:

(i) test għal agar-gel immuno-diffusion (Coggins test) għall-enemija infettiva ekwina b'riżultat negattiv;

(ii) test ta' newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina. Kemm-il darba ma jinkisibx riżultat negattiv f'serum dilution ta' 1 f' 4, għandu jitwettaq test għall-iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv fuq alikwant ta' l-isperma kollha taż-żiemel tar-refgħa donatur;

(iii) test għall-metrite kontaġġjuża ekwina mwettaq f'żewġ okkażjonijiet b'intervall ta' sebat ijiem mill-iżolament tat-Taylorella equigenitalis mill-fluwidu qabel ma jeġakula jew kampjun ta' l-isperma minn mesħiet meħuda mill-ġarretta tal-penil, l-uretra u l-fetħa ta' l-uretra b'riżultat negattiv f'kull każ;

7. għandha tkun soġġetta għal wieħed mill-programmi ta' testijiet li ġejjin:

(i) Meta l-isperma tinġabar għal kummerċ bħala sperma friska jew imkessħa:

- u stallion donatur ikun kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir għal ta' l-anqas 30 jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir, u l-ebda ekwin fiċ-ċentru tal-ġbir ma jkunx ġie f'kuntatt dirett mal-ekwini ta' livell ta' saħħa anqas stallion donatur, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru ta' l-anqas 14-il jum wara l-bidu tal-perijodu ta' residenza msemmi aktar qabel u ta' l-anqas sena mill-bidu ta' l-istaġun tat-tgħammir.

- u stallion donatur ma jkunx kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir, u/jew ekwini oħra fiċ-ċentru tal-ġbir jiġu f'kuntatt dirett mal-ekwini ta' livell ta' saħħa anqas, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru f'perijodu ta' 14-il jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u ta' l-anqas sena mill-bidu ta' l-istaġun tat-tgħammir. B'żieda ma' dan, it-test meħtieġ fil-paragrafu 6(i) għandu jiġi rrepetut ta' l-anqas kull 120 jum matul il-perijodu tal-ġbir ta' l-isperma. It-test meħtieġ fil-paragrafu 6(ii) għandu jsir mhux aktar minn 30 jum qabel kull ġbir ta' l-isperma, kemm-il darba l-kondizzjoni li ma titferrixx ta' stallions seropożittiv għal arterite virali ekwina tkun konfermata mit-test ta' l-iżolament tal-virus li għandu jsir ta' kull sena.

(ii) Meta l-isperma tinġabar għan-negozju fi sperma ffriżata, il-programmi ta' l-ittestjar kif deskritti fil-paragrafu 7(i) l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom japplikaw jew, b'mod alternattiv, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru matul il-perijodu obbligatorju ta' tletin jum ta' ħażna ta' l-isperma u mhux anqas minn 14-il jum wara l-ġbir ta' l-isperma, irrispettivament mill-kondizzjoni tar-residenza taż-żiemel tar-refgħa."

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"Ċ. Jekk xi wieħed mit-testijiet imsemmija f'A jew f'B jkun pożittiv, dak l-annimal għandu jkun iżolat u l-isperma miġbura minnu mill-aħħar test negattiv m'għandhiex tkun ikkummerċjalizzata. L-istess jgħodd għall-isperma miġbura minn annimali oħra suxxettibbli għall-mard relatat fl-impriża jew ċentru tal-ġbir mid-data li fiha t-test pożittiv ikun sar. Il-kummerċ m'għandux ikompli sa ma l-kondizzjoni tas-saħħa taċ-ċentru tkun stabbilità mill-ġdid."

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"IL-KAPITOLU III

REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-ISPERMA, L-BAJD U IL-EMBRIJUNI

L-isperma, il-bajd u l-embrijuni għandhom jinġabru, ikunu pproċessati u ppreservati bi qbil mal-prinċipji li ġejjin:

(a) Il-ħasil tal-bajd u l-embrijuni wkoll fil-każ ta' l-ekwini għandu jsir skond il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 26. Sakemm isseħħ l-adozzjoni ta' din il-kondizzjoni, in-normi internazzjonali huma applikabbli.

Iż-żona pelluċida tal-bajd u l-embrijuni għandha tibqa' intatta qabel u wara l-ħasil.

Il-bajd u l-embrijuni biss mill-istess donatur jistgħu jinħaslu fl-istess waqt.

Wara l-ħasil, iż-żona pelluċida ta' kull bajda jew ta' kull embrijun għandha tkun eżaminata mal-firxa kollha tal-wiċċ tagħha taħt tkabbir ta' mhux l-anqas 50 u tkun iċċertifikata bħala li hija intatta u ħielsa minn kull materjal li jeħel magħha.

(b) Il-medja u t-taħlitiet użati għall-ġbir, l-ipproċessar (l-eżaminar, il-ħasil u t-trattament), il-konservazzjoni jew l-iffriżar tal-bajd u l-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati bi qbil mal-metodi approvati u mqandla b'tali mod li jibqgħu sterili.

L-antibijotiċi għandhom jiġu miżjuda mal-mezzi tal-ġbir, tal-ħasil u tal-konservazzjoni tal-bajd u ta' l-embrijuni u mad-dilwenti għall-isperma. Jekk ikunmeħtieġ, regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26.

(ċ) Il-materjali kollha użati għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ikkonservar jew għall-iffriżar ta' l-isperma, tal-bajd u ta' l-embrijuni għandhom ikunu jew iddisinfettati jew issterilizzati kif jixraq qabel ma jintużaw jew ikella jkunu ġodda, li jintużaw darba biss jew skartati wara li jintużaw.

(d) Testijiet addizzjonali jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26, partikolarment fir-rigward tal-ġbir tal-likwidi tal-ħasil, hekk li jistabbilixxu li ma jkun hemm l-ebda patoġeni.

(e) Il-bajd u l-embrijuni, li jkun sarilhom b'suċċess l-eżami previst f'(a), u l-isperma għandhom jitqiegħdu f'kontenituri sterili, li jkunu identifikati kif imiss, ikollhom fihom biss il-prodotti minn donatur wieħed, maskil jew femminil, u jkunu ssiġillati minnufih.

L-identifikazzjoni li għandha tkun stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandha tassigura li ta' l-anqas il-pajjiż ta' l-oriġini, id-data tal-ġbir, l-ispeċi, ir-razza, l-identità ta' l-annimal donatur u l-isem u/jew in-numru taċ-ċentru/grupp tal-ġbir, ikunu stabbiliti.

(f) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni ffriżati għandhom jitqiegħdu f'kontenituri sterili b'nitroġenu likwidu li ma jippreżentaw l-ebda riskju ta' kontaminazzjoni lill-prodott.

(g) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni ffriżati għandhom jinħażnu f'kondizzjonijiet approvati għall-perijodu minimu ta' 30 jum qabel ma jintbagħtu.

(h) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni għandhom jinġarru f'kontenituri li jew ikunu tnaddfu, iddisinfettati jew sterilizzati kif jixraq qabel l-użu jew ikunu ġodda, li jintużaw darba biss jew li jiġu skartati wara li jintużaw."

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

"IL-KAPITOLU IV

DONATURI FEMMINILI

Il-femminili jistgħu jintużaw biss għall-ġbir ta' l-embrijuni jew għall-bajd jekk huma, u l-merħliet li minnhom joriġinaw jissodisfaw, għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, ir-rekwiżiti tad-Direttivi relevanti dwar il-kummerċ intra-komunitarju f'annimali ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni għall-ispeċi relatati.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE japplikaw għall-majjali u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE japplikaw għall-annimali tar-razez tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

B'żieda mar-rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE ekwini għandhom jinżammu qabel il-ġbir tal-bajd jew ta' l-embrijuni għal 60 jum f'reċinti ħielsa minn sinjali kliniċi ta' merite kontaġġjuża ekwina. M'għandhomx jintużaw għat-tnissil naturali matul il-perijodu ta' 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd jew l-embrijuni."

--------------------------------------------------

Top