EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0385

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 1994 dwar it-tpoġġija fis-suq ta' prodott li jikkonsisti f'organiżmu ġenetikament modifikat, żerriegħa tat-tabakk tat-tip ITB 1000 OX reżistenti għall-erbiċidà, skond l-artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

OJ L 176, 9.7.1994, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 059 P. 11 - 12
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 059 P. 11 - 12
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 016 P. 236 - 237
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 015 P. 107 - 108
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 015 P. 107 - 108
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 063 P. 78 - 79

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/385/oj

31994D0385



Official Journal L 176 , 09/07/1994 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0011
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0011


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta' Ġunju 1994

dwar it-tpoġġija fis-suq ta' prodott li jikkonsisti f'organiżmu ġenetikament modifikat, żerriegħa tat-tabakk tat-tip ITB 1000 OX reżistenti għall-erbiċidà, skond l-artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

(94/385/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 t'April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonali fl-ambjent t'organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) [1], u partikolarment l-Artikolu 13 tagħha,

Billi, skond il-Parti Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, hemm proċedura tal-Komunità li tippermetti lill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru li tagħti l-kunsens għat-tpoġġija fis-suq ta' prodotti komposti minn OĠM;

Billi, notifika dwar it-tpoġġija fis-suq ta' tali prodott (varjetà ta' tabakk reżistenti għall-erbiċida) ġiet sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru;

Billi, b'riżultat ta' dan, l-awtorità kompetenti sussegwentament għaddiet id-dokument dwar dan lill-Kummissjoni b'opinjoni favorevoli;

Billi l-Kummissjoni għaddiet id-dokument lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha; billi l-awtoritajiet kompetenti ta' ċerti Stati Membri oġġezzjonaw għat-tali dossier;

Billi, għalhekk, skond l-Artikolu 13(3), il-Kummissjoni hi meħtieġa li tieħu deċiżjoni skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/220/KEE;

Billi taħt id-Direttiva 90/220/KEE huma biss ir-riskji dwar ir-rilaxx ta' pjanta ta' tabakk ġenetikament modifikata li jiġu eżaminati;

Billi, barra minn dan, l-awtorizzazzjoni ta' l-erbiċidi kemikali applikati fuq pjanti u l-istima ta' l-impatt ta' l-użu tagħhom fuq l-ambjent jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ta' l-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta' prodotti li jħarsu l-pjanta [2] u mhux taħt il-kompetenza tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE;

Billi l-Kummissjoni wara li eżaminat id-dokument u wara li ħadet kont ta' l-informazzjoni kollha sottomessa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, inkluż l-evidenza estensivi ta' l-ittestjar, sabet illi r-riskji potenzali għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent preżentati bit-tpoġġija fis-suq u l-kultivazzjoni tal-varjetà tat-tabakk reżistenti għall-erbiċida bromoxynil, m'humiex mistennija jkunu sinifikanti, inkwantu ta' l-aspetti koperti taħt id-Direttiva 90/220/KEE;

Billi, konsegwentament, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni favorevoli dwar it-tpoġġija fis-suq tat-tali prodott taħt id-Direttiva 90/220/KEE;

Billi din id-Deċiżjoni hija skond l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rappreżentanti ta' l-Istati Membri stabbilit taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/220/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjoni favorevoli qiegħda hawhekk tittieħed, li skond tagħha, għandu jingħata l-kunsens taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 90/220/KEE mill-awtoritajiet ta' Franza dwar it-tpoġġija fis-suq tal-prodott li ġej, innotifikat minn Societe nationale d' exploitation industrielle des tabacs et allumettes (Seita) (Numru tan-notifika: C/F/93/08-02):

Żerriegħa ta' Nicotiana tabacum ġenetikament modifikata (isem kommuni: Tabakk), varjetà ITB 1000 OX, hybrid maskili sterili, reżistenti għall-erbiċida bromoxynil u li jkun fih il-ġeni nitrilase mill-Klebsiella ozaenae, l-aġent mexxej RuBisCo SSU mill-Helianthus annuus u l-ġeni nopaline synthase terminatur mill-Agrobacterium tumefaciens pTiA6.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 117, tat-8.5.1990, pġ. 15.

[2] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top