Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R2027

Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2027/93 tas- 26 ta’ Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2999/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri għall-provvista ta’ frott u ħxejjex ipproċessat lill-Madeira b’mod partikolari biex jiddetermina il-bilanċ tal-provvista prevista għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju 1994.

OJ L 184, 27.7.1993, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 014 P. 345 - 346

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2001; Impliċitament imħassar minn 32002R0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2027/oj

31993R2027



Official Journal L 184 , 27/07/1993 P. 0021 - 0022


Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2027/93

tas- 26 ta’ Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2999/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri għall-provvista ta’ frott u ħxejjex ipproċessat lill-Madeira b’mod partikolari biex jiddetermina il-bilanċ tal-provvista prevista għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju 1994.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jikkonċerna l-miżuri speċifiċi għall-Ażores u Madeira rigward ċerti prodotti agrikoli [1]kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 [2]u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi l-kwantitajiet tal-prodotti eliġibbli għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista jiġu stabbiliti permezz ta’ tbassir minn żmien għal żmien tal-bilanċi mistennija li jistgħu jiġu riveduti skond l-esiġenzi essenzjali tas-suq waqt li jitqiesu l-produzzjoni lokali u t-tendenzi kummerċjali tradizzjonali; billi, biex ikun iggarantit li dawn il-ħtiġiet jiġu ssodisfati f’dik li hi l-kwantità, l-prezz u l-kwalità u biex ikun assigurat li l-proporzjon tal-prodotti fornuti mill-Komunità jiġi ppreservat, l-għajnuna li għandha tkun mogħtija għall-prodotti li joriġinaw fil-bqija tal-Komunità huwa ffissata skond il-kondizzjonijiet ekwivalenti għall-konsumatur li jirriżultaw minn eżenzjoni mid-dazju ta’ l-importazzjoni fuq prodotti importati li joriġinaw minn pajjiżi terzi;

Billi r-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2999/92 [3]jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ frott u ħxejjex ipproċessati għal Madeira u l-bilanċ mistenni li jiffissa l-kwantitajiet eliġibbli għall-arranġamenti speċifi ta’ provvista għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 1992 sat-30 ta’ Ġunju 1993;

Billi l-valutazzjoni ta’ l-eżiġenzi tas-suq ta’ Madejra għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju 1994 wasslet għall-istabbeliment tal-bilanċ tal-provvista mistennija għall-Gżejjer Kanarji għall-prodotti kkonċernati fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u li jkun jikkonsisti fl-istess kwantitajiet li kienu ġew definitivament stabbiliti għall-perjodu preċedenti;

Billi l-eżami ta’ l-operat tal-liċenzi u l-arranġamenti dwar iċ-ċertifikati matul il-perjodu Lulju 1992 sa Ġunju 1993 wassal għall-konklużjoni li t-terminu tal-validità tal-liċenzi u ċ-ċertfikati għandu jkun estiż b’xahrejn meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ estjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2999/92 huwa b’hekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b’ dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92, ammont ta’ għajnuna ta’ 10 ECU kull 100 kg għall-prodotti u l-kwantitajiet koperti mill-bilanċ tal-provvista mistennija għandu jkun stabbilit fl-Anness II. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat b’tali mod li l-proporzjon tal-prodotti fornuti mill-Komunità jkun ippreservat, waqt li jitqiesu t-tendenzi tradizzjonali tal-kummerċ.";

2. L-Artikolu 6 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

It-terminu tal-validità taċ-ċertifikati u tal-liċenzi għandu jeskadi fl-aħħar jum tat-tielet xahar li jiġi wara li jkunu nħarġu.";

3. L-Anness huwa mibdul mill-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jkun japplika mill-1 ta’ Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kumissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1.

[2] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 23.

[3] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Bilanċ tal-provvista mistennija li tkopri l-frott u l-ħxejjex ipproċessati għal Madeira għall-perjodu mill-1 ta’Lulju 1993 sat-3 ta’ Ġunju 1994

tonna |

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kwantità |

2008 | Frott, ġews u partijiet edibbli oħrajn ta' pjanti, b'mod ieħor ippreparati jew ippreservati, seww jekk, u anki jekk le, jkun fihom żidea ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa jew xi spirit, li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi | |

2008 20 | – Ananas | 300 |

2008 30 | – Frott taċ-ċitru | 40 |

2008 40 | – Lanġas | 80 |

2008 60 | – Cirasa | 60 |

2008 70 | – Ħawħ | 120 |

| – Oħrajn, inklużi taħlitiet apparti minn dawk tas-subintestatura 2008 19 | |

2008 92 | – – Taħlitiet | 50 |

2008 99 | – – Apparti milli il-qlub tal-palmi u taħlitiet | 30 |

| Total | 680 |

--------------------------------------------------

Top