EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0048
Commission Directive 93/48/EEC of 23 June 1993 setting out the schedule indicating the conditions to be met by fruit plant propagating material and fruit plants intended for fruit production, pursuant to Council Directive 92/34/EEC
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/48/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi pjan li jindika l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv tal-pjanti tal-frott u mill-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni ta’ frott, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/48/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi pjan li jindika l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv tal-pjanti tal-frott u mill-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni ta’ frott, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE
OJ L 250, 7.10.1993, p. 1–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 052 P. 231 - 237
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 052 P. 231 - 237
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 015 P. 83 - 90
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 013 P. 255 - 262
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 013 P. 255 - 262
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 055 P. 64 - 71
No longer in force, Date of end of validity: 04/11/2014; Imħassar b' 32014L0098
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogated in | 11994NN15/07/F | F.. | 31/12/1996 | ||
Repealed by | 32014L0098 | 05/11/2014 |
Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0001 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0231
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/48/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi pjan li jindika l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv tal-pjanti tal-frott u mill-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni ta’ frott, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’April 1992 dwar is-suq ta’ materjal propagattiv ta’ pjanti tal-frott u s-suq ta’ pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, Billi, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hu xieraq li wieħed jikkunsidra ċ-ċikli ta’ produzzjoni tal-materjali differenti; Billi, permezz tal-punt (i) ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/34/KEE, ħtiġiet rigward id-dokument tal-fornitur li jakkompanjaw materjal propagattiv u pjanti tal-frott CAC għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 4; Billi sistema ta’ ċertifikazzjoni għal materjal bħal dan (għal dak li jirrigwarda ċerti speċi) ġie żviluppat jew qed jiġi sviluppat f’livell internazzjonali mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO/OEPP); Billi il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu kunsidrati bħala standard minimu aċċettabbli bħalissa meta tqis il-kondizzjonijiet kurrenti ta’ produzzjoni fil-Komunità; billi ser jiġu progressivament żviluppati u raffinati biex fl-aħħar jilħqu livell għoli ta’ kwalità; Billi l-mizuri li hemm provediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Ġeneri u Speċi ta’ Materjal Propagattiv u Pjanti tal-Frott, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-iskeda referuta fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/34/KEE, u tistabilixxi kondizzjonijiet meħtieġa għal-ittikkettjar u s-siġillar referuti fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva. 2. L-iskeda tapplika għall-uċuh li jikbru u l-materjal propagattiv (inklużi zkuk bl-għeruq), u pjanti tal-frott derivati minnhom, ta’ kull ġeneru u speċi referuti f’L-Anness II tad-Direttiva 92/34/KEE, u għal zkuk bl-għeruq ta’ ġeneri u speċi oħrajn referuti fil-punt (iii) ta’ l-Artikolu 4(1), irrispettivament mis-sistema propagattiva użata, dawk l-oġġetti minn hawn il-quddiem referuti bhala ‘il-materjal’. 3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati progressivament, billi jittieħed kont taċ-ċikli tal-produzzjoni tal-materjal referut fil-paragrafu 2. Artikolu 2 Il-materjal għandu, meta applikabbli, jkun konformi mal-kondizzjonijiet relevanti għas-saħħa tal-pjanti kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE2 [2]. Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, fil-każ ta’ materjal CAC, il-materjal għandu jkun, mill-anqas fuq l-ispezzjoni viżiva, sostanzjalment ħieles minn organiżmi ta’ ħsara u mard li jdgħajfu l-kwalità, jew sinjali jew sintomi oħrajn, li jnaqqsu l-utilità tal-materjal propagattiv jew tal-pjanti tal-frott u li jkun partikolarment ħieles minn dawk l-organiżmi u l-mard elenkati fl-Anness rigward il-ġeneri u l-ispeċi konċernati. 2. Kull materjal li juri sinjali jew sintomi visibbli ta’ organiżmi ta’ hsara jew tal-mard referut fil-paragrafu 1 waqt l-istadju tat-kabir ta’ l-uċuh għandu jkun trattat kif imiss immedjatament malli jidhru jew, meta xieraq, jkun imwarrab. 3. Fil-każ ta’ materjal taċ-ċitru dawn il-ħtiġiet li ġejjin għandhom ikunu mħarsa: (i) ikun derivat minn materjal inizjali li: - jkun ġie vverifikat u nstab li ma wera l-ebda sintomi tal-virus relevanti, tal-organiżmi li jixbħu l-virus jew tal-mard elenkati fl-Anness t’hawnhekk, - ikun ġie ttestjat individwalment b’metodi xierqa għas-sejba ta’ virus, l-organiżmi li jixbħu l-virus jew tal-mard bħal dawn u jkun instab ħieles minnhom; (ii) ikun ġie kontrollat u nstab sostanzjalment ħieles minn virus, l-organiżmi li jixbħu l-virus u mard bħal dawn mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu tal-veġitazzjoni; u (iii) fil-każ ta’ żbir, ikun miżbur fuq zkuk bl-għeruq li m’humiex suxxettibbli għal virojdi. Artikolu 4 1. Il-materjal CAC ikollu identità u purtà adekwati relativi għall-ġeneru u l-ispeċi msemmija u wkoll, mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 92/34/KEE, ikollu identità u purità rigward il-varjetà. 2. Fil-każ ta’ varjetajiet normalment magħrufa kif referuri fil-punt(i) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, l-isem uffiċjali tal-varjetà għandu jkun użat mill-fornitur. 3. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma diġa suġġetti ta’ applikazzjoni għad-drittijiet ta’ min ikabbar il-pjanti jew tar-registrazzjoni uffiċjali referiti fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/kEE, ir-referenza ta’ min ikabbar jew l-isem propost għandhom jintużaw sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni. 4. Fil-każ ta’ varjetajiet f’listi miżmuma mill-fornituri permess tal-punt (ii) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, il-ħtieġa referuta fil-paragrafu 1 rigward il-varjetà għandha tkun bażata fuq deskrizzjonijiet dettaljati kif mogħtija fil-listi miżmuma mill-fornituri. Artikolu 5 Il-materjal CAC irid ikun sostanzjalment ħieles minn kull difetti li jistgħu jnaqqsu il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti tal-frott. Artikolu 6 Fil-każ ta’ materjal pre-bażiku, bażiku u ċertifikat, il-ħtiġiet stabbiliti f’L-Artikoli 3, 4 (1) u 5 ta’ din huma applikabbli sakemm l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni referuti fl-Artikolu 7 ma jimponux kondizzjonijiet aktar iebsa. Artikolu 7 Sakemm tkun stabbilita skema ta’ ċertifikazzjoni tal-Komunità, il-materjal pre-bażiku, bażiku u ċertifikat għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet għal kull kategorija rispettiva kif elenkata fi skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni basta li dawn ikunu konformi, sakemm hu possibbli, ma skemi internazzjonali eżistenti ta’ ċertifikazzjoni. Artikolu 8 1. Id-dokument tal-fornitur rigward materjal CAC referut fl-Artikolu 11(i) tad-Direttiva 92/34/KEE għabdu jkun ta’ materjal adattat li ma jkunx intuża qabel u jkun stampat f’mill-anqas waħda mill-lingwi tal-Komunità. Ikollu fih dawn l-intestaturi informattivi: (i) l-indikazzjoni "kwalità KEE"; (ii) l-indikazzjoni tal-kodiċi ta’ l-Istat Membru tal-KEE; (iii) l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi distintiv tiegħu; (iv) in-numru ta’ reġistrazzjoni jew ta’ l-akkreditament; (v) l-isem tal-fornitur; (vi) in-numru individwali tas-serje, tal-gimgħa jew tal-grupp; (vii) id-data ta’ ħruġ tad-dokument tal-fornitur; (viii) l-isem botaniku; (ix) l-isem tal-varjetà: fil-każ ta’ zkuk bl-għeruq, l-isem il-varjetà jew id-desinjazzjoni tagħha; (x) il-kwantità; (xi) il-kategorija; (xii) fil-każ ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, isem il-pajjiż fejn sar il-qtugħ. 2. Meta l-materjal hu akkumpanjat minn passaport ta’ pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [3], dan il-passaport jista, jekk il-fornitur hekk jixtieq, iservi ta’ dokument tal-fornitur kif referut fil-paragrafu 1. B’dana kollu l-indikazzjoni ‘kwalità KEE’ u indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli permezz tad-Direttiva 92/34/KEE għandu jingħata flimkien ma’ referenza għall-isem tal-varjetà jew taz-zkuk bl-għeruq u l-kategorija. Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, l-isem tal-pajjiż tal-qtugħ għandu wkoll ikun mogħti. Din l-informazzjoni tista’ tkun fl-stess dokument bħal ma hu l-passaport ta’ pjanti imma separata b’mod ċar. Artikolu 9 1. Il-kondizzjonijiet tal-ittikkettjar u s-siġillar tal-materjal kwalifikat bħala pre-bażiku, bażiku jew ċertifikat permezz tal-punt (ii) ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/34/KEE, huma dawk stabbiliti fl-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazjoni referuti fl-Artikolu 7 tiegħu. 2. L-Istati Membri għandhom b’dana kollu jassiguraw li l-ittikkettjar uffiċjali bħal dan ma jinkludix l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Artikolu 8(1) ta’ din, bl-eċċezzjoni ta’ l-intestaturi (iv), (v) u (vii), dik l-informazzjoni għandha tkun miżjuda. Apparti minn hekk, l-indikazzjoni jekk il-materjal hux ‘ħieles minn virus’ jew ‘ittestjat kontra l-virus’ għandha tingħata wkoll. Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993. Huma għandhom minnufih jinformaw b’dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom refernza ghal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-wat tal-publikazzjoni ufiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-ligi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 11 Din id-direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-23 ta’ Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni RENE Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10. [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20. [3] ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS LISTA TA’ ORGANIŻMI TA’ ĦSARA U MARD SPEĊIFIKU LI JISTGĦU JAFFETTWAW IL-KWALITÀ Genus jew speċi | Organiżmi u mard speċifiċi li jagħmlu ħsara | –Citrus aurantifolia (Christm) Swing–Citrus Limonn L. Burm. F–Citrus paradisi Macf.–Citrus reticulata Blanco–Citrus sinensis (L.) Osbeck | Insetti, miti u nematojdi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurothrixus floccosus (Mashell)Meloidogyne spp.Parabemisia myricae (Kuwana)Tylenchulus semipenetrans | Fungi (faqiegħ) Phytophthora spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarme nt Weraq taċ-ċitru rugoseMard li jinduċi s-sintomi tal-weraq ġdid qisu psorosis bħal ngħidu aħna: psorosis, tikka forma ta' ċurkett, cristacortis, impietratura, ħanek konkaviVarjegazzjoni infettużaVirojdi bħal exocortis, cachexiaxloporosis | –Corylus avellana | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Epidiaspis leperiiEriphis avellanaePseudaulacaspis pentagonaQuadraspidiotus perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciansXanthomonas campestris pv. corylina | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhyllactinia guttataVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikularment Il-virus mużajk tat-tuffieħHazel maculatura lineare MLO | –Cydonia Miller–Pyrus communis L. | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaEriosoma lanigeriumInsetti tal-qoxra, partikolarment:Epidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Amillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhytophthora spp.Rosellinia necatrixVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus Kollha | –Fragaria x ananassa duch | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides spp.Ditylenchus dispaciTarsonemidae | Fungi (faqqiegħ) Phtophthora cactorumVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Il-werqa ħadra tal-frawli MLO | –Juglans regia L. | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Insetti tal-qoxra, partikolarment:Epidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotis perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaNectria galligenaChondrostereum purpureumPhytophtora spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Cherry leaf roll virus | –Malus Miller | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia leneatellaEriosoma lanigerumInsetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotis perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhytophtora cavtorumRosellinia necatrixVenturia spp.Verticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus Kollha | –Olea europea | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Eusophera pinguisMeloidogyne spp.Saissetia oleae | Batteria Pseudomonas syringae pv. savastanoi | Fungi (faqqiegħ) Verticillium dahliae | Virus u organiżmi bħal virus Kollha | –Pistacia Vera | Fungi (faqqiegħ) Verticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus Kollha | –Prunus domestica L.–Prunus salicina | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aculops fockeuiCapnodis tenebrionisEriophyes similisMeloidogyne spp.Insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett | –Prunus armeniaca (L.)–Prunus amygdalus Batsch–Prunus Petrsica (L.) Batsch | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaCaġpnodis tenebrionisMeloidogyne spp.insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixTaphrina deformansVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett | –Prunus aavium (L.)–Prunus cerasus | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Caġpnodis tenebrionisMeloidogyne spp.insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus | Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett | –Ribes | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides spp.Cecidophyopsis ribis | Batteria Agrobacterium tumefaciens | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaNectria cinnabarinaRosellinia necatrixVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Taqlib tal-pasolina sewdaAġent infettus tal-varjegazzjoni tal-pasolina sewda | –Rubus | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aceria essigi | Batteria Agrobacterium rhizogenesAgrobacterium tumefaciensRhodococcus fascians | Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaDidymelia applanataPernospora rubiPhytophthora fragariae var. rubiVerticillium spp. | Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Raspberry bushy dwarf virusRaspberry leaf curl virus | --------------------------------------------------