Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0350

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1993 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/59/KEFA, KEE, Euratom li jistbbilixxi Qorti tal-Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

OJ L 144, 16.6.1993, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 01 Volume 003 P. 21 - 22
Special edition in Swedish: Chapter 01 Volume 003 P. 21 - 22
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 001 P. 244 - 245
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 001 P. 107 - 108
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 001 P. 107 - 108
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 005 P. 21 - 22

No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/350/oj

31993D0350



Official Journal L 144 , 16/06/1993 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0021
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta' Ġunju 1993

li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/59/KEFA, KEE, Euratom li jistbbilixxi Qorti tal-Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(93/350/Euratom, KEFA, KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 32d tiegħu,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168a tiegħu,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140a tiegħu,

Wara li kkunsidra il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, iffirmat f'Pariġi nhar it-18 ta' April 1951,

Wara li kkunsidra it-talba mill-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

billi ż-żieda tal-Qorti tal-Prim' Istanza mal-Qorti tal-Ġustizzja bid-Deċiżjoni 88/591/KEFA,KEE u Eruatom [2] hi intiża sabiex, billi tiġi stabbilita Qorti oħra, b'mod partikolari fejn jidħlu azzjonijiet li jeħtieġu eżami mill-viċin tal-fatti komplessi, sabiex tittejjeb il-protezzjoni ġuridika tal-interessi ta' l-individwi u sabiex tinżamm il-kwalità u l-effikaċità ta' reviżjoni ġudizzjarja fl-ordni legali tal-Komunità, billi tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċentra l-attivitajiet tagħha fuq il-kompitu fondamentali li tassigura l-interpretazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kommunità;

billi, bil-għan li jintlaħqu l-istess funzjonijiet, ikun xieraq, wara li tiġI kkunsidrata esperjenza li diġa hemm fil-qasam tat-tkabbir tal-ġurisdizzjoni trasferita fil-Qorti tal-Prima Istanza li tisma' u tiddeċiedi, fl-ewwel Istanza ċertu klassi ta' azzjonijiet jew proċeduri magħmula minn persuni naturali u ġuridiċi;

billi Deċiżjoni 88/591/KEFA, KEE, Euratom għandha, bħala konsegwenza, tkun emendata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Deċiżjoni 88/591/KEFA, EEC, Euratom hi b'dan emedata kif ġej:

1. L-Artikolu 3(1) għandu jiġi sostitwit b'dan il ġej:

"Il-Qorti ta' Prim' Istanza għandha teżerċita fl-ewwel istanza l-ġurisdizzjoni mogħtija lill-Qrorti tal-Ġustizzja mit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet u fl-atti adottati fl-implimentazzjoni tagħhom, bla ħsara fejn hemm miktub xort' oħra f'att li jistabbilixxi korp regolat mill-liġi tal-Komunità:

(a) fil-kwistjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 179 tat-Trattat tal-KEE u l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-EAEC;

(b) f'azzjonijiet magħmula minn persuni naturali jew ġuridiċi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 33, l-Artikolu 35, l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 40 u l-Artikolu 42 tat-Trattat tal-ECSC;

(ċ) f'azzjonijiet magħmula minn persuni naturali jew ġuridiċi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 173, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 175 u l-Artikoli 178 u 181 tat-trattat tal-KEE;

(d) f'azzjonijiet magħmula minn persuni naturali jew ġuridiċi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 146, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 148 u l-Artikoli 151 u 153 tat-Trattat tal-EAEC.";

2. paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 3 huma b'dan imħassrin;

3. l-Artikolu 4 għandu jkun sostiwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Salv kif provdut hawnhekk iżjed 'il quddiem, l-Artikoli 34, 36, 39, 44 u 92 tat-Trattat tal-KEFA, l-Artikoli 172, 174, 176, 184 sa 187 u 192 tat-Trattat tal-KEE u l-Artikoli 49, 83, 144b, 147, 149, 156 sa 159 u 164 tat-Trattat tal-Euratom għandhom jgħoddu għall-Qorti tal-Prim' Istanza."

Artikolu 2

"B' deroga mill-Artikolu 44 tat-Trattat, deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jiddikjaraw li deċiżjoni ġenerali jew opinjoni ġenerali hi mingħajr effett għandha tiġi fis-seħħ biss mid-data ta' meta jagħlaq il-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 ta' l-Istatut, jew jekk ikun sar appell f'dan il-perjodu, mid-data ta' meta l-appell ikun ġie miċħud, mingħajr l-ebda preġudizzju, madanakollu, lejn id-dritt li parti għandu li japplika lill-Qorti tal-Ġustizzja skond it-tieni u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat, għas-sospensjoni ta' l-effetti ta' xi att li jkun ġie ddikjarat mingħajr effett jew għall-preskrizzjoni ta' xi miżura."

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; madankollu, fl-azzjonijiet li jkunu saru minn persuni naturali jew ġuridiċi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 33, l-Artikolu 35u l-ewwel u t-tieni paragraffi ta' l-Artikolu 40 tat-trattat tal-KEFA li jikkonċernaw atti li huma relatati ma' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 74 tat-Trattat fuq atti magħmula minn persuni naturali jew ġuridiċi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 173, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 175 u l-Artikolu 178 tat-Trattat tal-KEE u li hu relatat mal-miżuri li jipproteġu l-kummerċ fl-iskop ta' l-Artikolu 113 ta' l-istess Trattat f'każ ta' dumping jew sussidji, id-data tad-dħul ta' din id-Deċiżjoni għanda tiġi differita għal data li l-Kunsill, b'mod unanimu jkun iffissa.

Id-dispożizzjonijiet relatati ma' atti magħmula taħt l-Artikolu 42 tat-Trattat tal-ECSC, l-Artikolu 181 tat-Trattat tal KEE jew l-Artikolu 153 tat-Trattat tal-EAEC għandhom japplikaw biss għal kuntratti li ġew konklużi wara d-data tad-dħul ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-Każijiet li jaqgħu taħt l-iskop ta' l-Artikolu3 tad-Deċiżjoni nru. 88/591/KEFA, KEE, Euratom, kif emendati b'din id-Deċiżjoni, u li l-Qorti tkun ħadet konjizzjoni tagħhom fid-data ta' meta din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ imma li r-rapport preliminari skond l-Artikolu 44(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jkun x għadu ingħatalha, għandhom jiġu mogħtija lill-Qorti tal-Prim' Istanza.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-8 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Helveg Petersen

[1] ĠU C 241, tal-21.9.1992, p. 1.

[2] ĠU No L 319, tal-25.11.1988, p. 1. Verżjoni kkoreġuta ppublikata fil-ĠU C 215, tal-21.8.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

Top