Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0104

Council Directive 92/104/EEC of 3 December 1992 on the minimum requirements for improving the safety and health protection of workers in surface and underground mineral-extracting industries (twelfth individual Directive within the meaning of Article 16 (1) of Directive 89/391/EEC)

OJ L 404, 31.12.1992, p. 10–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 05 Volume 006 P. 27 - 42
Special edition in Swedish: Chapter 05 Volume 006 P. 27 - 42
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 002 P. 134 - 149
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 003 P. 27 - 42
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 003 P. 27 - 42
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 006 P. 21 - 36

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/104/oj

31992L0104



Official Journal L 404 , 31/12/1992 P. 0010 - 0025
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0027


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE

tat-3 ta' Diċembru 1992

dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema ta' l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art (it-tnax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni [1], mfassla wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni tas-Sigurtà u s-Saħħa għall-Industriji tal-Minjieri u ta' l-Estrazzjoni Oħra,

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' Direttivi, ħtiġijiet minimi li jinkoraġġixxu t-titjib, l-aktar fl-ambjent tax-xogħol, biex jiggarantixxi livell ogħla ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Billi, skond dak l-Artikolu, dawn id-Direttivi għandhom jevitaw li jimponu limiti amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li jżommu lura il-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju;

Billi t-titjib tas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huwa għan li m'għandux jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 tikkonċerna l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [4] ma tapplikax għall-industriji estrattivi;

Billi l-konformità mal-ħtiġijiet minimi intiżi biex jiggarantixxu livell ogħla tas-sigurtà u s-saħħa fl-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art, hija essenzjali biex tiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Billi l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq l-art kif ukoll taħt l-art huma attivitajiet li x'aktarx jesponu l-ħaddiema għal livelli ta' riskju partikolarment għolja;

Billi din id-Direttiva hija Direttiva partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 għad-dħul ta' miżuri li jinkoraġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [5]; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw kollha kemm huma għall-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq u taħt l-art mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva;

Billi l-installazzjonijiet awżiljarji fuq wiċċ l-art ta' industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art li mhumiex essenzjali għall-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq u taħt l-art kif definiti fl-Artikolu 2(a) ta' din id-Direttiva, huma suġġetti għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/654/KEE;

Billi, fit-3 ta' Novembru 1992, il-Kunsill adotta din id-Direttiva 92/91/KEE dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-ħdax-il Direttiva individwali fis sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [6];

Billi din id-Direttiva preżenti hija kontribuzzjoni prattika għall-ħolqien tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TAQSIMA I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Suġġett

1. Din id-Direttiva, li hi t-tnax-il Direttiva partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tiffissa l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq u taħt l-art fis-sens ta' l-Artikolu 2(a).

2. Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom japplikaw kollha kemm huma fl-isfera msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet iktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

(a) l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq u taħt l-art għandha tfisser l-industriji kollha li jipprattikaw dawn l-attivitajiet:

- l-estrazzjoni, fis-sens strett tal-kelma, ta' materjal minerali, fuq l-art jew taħtha, u/jew

- it-tiftix bl-iskop ta' l-estrazzjoni, u/jew

- il-preparazzjoni ta' materjali estratti għall-bejgħ, esklużi l-attivitajiet ta' l-ipproċċesar tal-materjali estratti,

esklużi l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali permezz ta' tħaffir fis-sens ta' l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 92/91/KEE;

(b) il-post tax-xogħol għandu jfisser l-ispazju kollu intenzjonat għal postijiet tax-xogħol, relatati ma' attivitajiet u stallazzjonijiet immedjati u awżiljarji ta' industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq jew taħt l-art, inkluż miżbliet kbar u depożiti ta' l-iskart u postijiet oħra fejn jinħażen, fejn ipprovdut, li għalihom il-ħaddiema jkollhom aċċess fil-kuntest tax-xogħol tagħhom.

IT-TAQSIMA II

L-OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

L-Artikolu 3

Obbligi ġenerali

1. Biex jissalvagwardja s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a) il-postijiet tax-xogħol ikunu ddisinjati, mibnija, mgħammra, ikkummissjonati, mħaddma u mantnuti b'mod li l-ħaddiema jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom mingħajr ma jpoġġu s-sigurtà u/jew is-saħħa tagħhom u/jew ta' ħaddiema oħrajn fil-periklu;

(b) it-tħaddim tal-postijiet tax-xogħol meta ħaddiema jkunu preżenti jseħħ taħt is-sorveljanza ta' persuna inkarigata;

(ċ) xogħol li jinvolvi riskju speċjali jingħata biss lil ħaddiema kompetenti u jitwettaq skond l-istruzzjonijiet mogħtija;

(d) l-istruzzjonijiet ta' sigurtà kollha għandhom jinftiehmu mill-ħaddiema kollha kkonċernati;

(e) ikunu pprovduti faċilitajiet tajba ta' l-ewwel għajnuna;

(f) l-eżerċizzji kollha ta' sigurtà neċessarja għandhom jitwettqu f'intervalli regolari.

2. Min iħaddem għandu jiżgura li d-dokument li jikkonċerna s-sigurtà u s-saħħa, minn issa 'l quddiem msejjaħ id-'dokument ta' sigurtà u saħħa', li jkopri l-ħtiġijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 6, 9 u 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, hu mfassal u jinżamm aġġornat.

Id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa għandu juri b'mod partikolari li:

- ir-riskji li l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huma esposti għalihom ġew stabbiliti u stmati,

- jittieħdu miżuri adegwati biex jintlaħħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva,

- id-disinn, l-użu u l-manutenzjoni tal-post tax-xogħol u tat-tagħmir mhuwiex perikoluż

Id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa għandu jitfassal qabel ma jibda' x-xogħol u jiġi rivedut jekk saru tibdiliet, estensjonijiet jew konverżjonijiet importanti fil-post tax-xogħol.

3. Meta l-ħaddiema minn diversi impriżi huma preżenti fl-istess post tax-xogħol, kull persuna li tħaddem għandha tkun responsabbli għall-ħwejjeġ kollha taħt il-kontroll tagħha.

Il-persuna li tħaddem li, skond il-liġi u/jew il-prattiċi nazzjonali, hija responsabbli għall-post tax-xogħol, għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha li jikkonċernaw s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u għandha ssemmi, fid-dokument tagħha tas-sigurtà u s-saħħa, l-għan ta' dik il-koordinazzjoni u l-miżuri u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħha.

Il-koordinazzjoni m'għandhiex taffettwa r-responsabbilità ta' persuni individwali li jħaddmu kif tipprovdi d-Direttiva 89/391/KEE.

4. Min iħaddem għandu jirrapporta kull inċident serju u/jew fatali fuq ix-xogħol u sitwazzjonijiet ta' perikolu serju lill-awtoritajiet kompetenti malajr kemm jista' jkun.

L-Artikolu 4

Il-protezzjoni kontra n-nar, l-isplużjonijiet u atmosferi li huma ta' perikolu għas-saħħa

Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri u l-prekawzjonijiet xierqa għan-natura ta' l-operazzjoni:

- biex jevita, jiskopri u jikkumbatti l-bidu u l-firxa ta' nirien u splużjonijiet, u

- biex jipprevjeni l-formazzjoni ta' atmosferi splużivi u/jew ta' ħsara għas-saħħa.

L-Artikolu 5

Faċilitajiet ta' evakwazzjoni u ta' salvataġġ

Min iħaddem għandu jipprovdi u jżomm mezzi ta' evakwazzjoni u salvataġġ sabiex jiżgura li l-ħaddiema jkollhom fil-każ ta' perikolu mezzi adegwati biex joħorġu mill-post tax-xogħol malajr u fis-sigurtà.

L-Artikolu 6

Sistemi ta' komunikazzjoni, twissija u allarm

Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdi sistemi ta' allarm u mezzi oħra ta' komunikazzjoni meħtieġa li jippermettu operazzjonijiet ta' assistenza, evakwazzjoni u salvataġġ li jseħħu minnufih jekk jinqala' l-bżonn.

L-Artikolu 7

Ħaddiema jinżammu mgħarrfa

1. Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu nfurmati bil-miżuri kollha meħuda li jikkonċernaw is-sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari għal dawn relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 3 u 6.

2. L-informazzjoni għandha tinftiehem mill-ħaddiema kkonċernati.

L-Artikolu 8

Sorveljanza tas-Saħħa

1. Biex jiġi assigurat li l-ħaddiema jirċievu sorveljanza tas-saħħa xierqa għar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà li jkunu esposti għalihom fuq ix-xogħol, għandhom jiddaħħlu miżuri skond il-liġi u/jew il-prattiċi nazzjonali.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li jintitolaw lil kull ħaddiem għal sorveljanza ta' saħħtu qabel jiġi assenjat xogħol marbut ma' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 u sussegwentement f'intervalli regolari.

3. Is-sorveljanza tas-saħħa tista' tiġi pprovduta bħala parti mis-sistema nazzjonali tas-saħħa.

L-Artikolu 9

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha sseħħ skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt din id-Direttiva.

L-Artikolu 10

Ħtiġijiet minimi għas-sigurtà u s-saħħa

1. Il-postijiet tax-xogħol li jintużaw għall-ewwel darba wara d-data li fiha din id-Direttiva tiġi fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jissodisfaw il-ħtieġa minima ta' sigurtà u saħħa stabbilita fl-Anness.

2. Il-postijiet tax-xogħol li digà qed jintużaw qabel id-data li fiha din id-Direttiva tiġi fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jiggarantixxu l-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u saħħa stabbiliti fl-Anness malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn disa' snin wara dik id-data.

3. Meta jsiru bidliet, estensjonijiet u/jew konverżjonijiet fil-postijiet tax-xogħol wara d-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikolu 13(1), min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li dawk il-bidliet, l-estensjonijiet u/jew it-konverżjonijiet ikunu konformi mal-ħtiġijiet minimi indikati fl-Anness.

IT-TAQSIMA III

DISPOSIZZJONIJIET OĦRAJN

L-Artikolu 11

Aġġustament għal l-Anness

Aġġustamenti purament tekniċi għall-Anness skond:

- l-adozzjoni tad-Direttiva fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni teknika li tikkonċerna industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq wiċċ jew taħt l-art,

u/jew

- il-progress tekniku, bidliet fir-regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali, u tagħrif ġdid li jikkonċerna industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq jew taħt l-art,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

L-Artikolu 12

L-estrazzjoni tal-minerali bit-tħammil

L-Istati Membri għandhom ikunu ntitolati li ma japplikawx din id-Direttiva għall-estrazzjoni ta' minerali bit-tħammil sakemm jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema konċernati skond il-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni u tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema stabbiliti f'din id-Direttiva, wara li jkunu ikkonsidrati r-riskji speċifiċi involuti fl-estrazzjoni tal-minerali bit-tħammil.

L-Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn 24 xahar wara l-adozzjoni tagħha. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jippubblikawhom uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma diġà adottaw jew li ser jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummisjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, u jindikaw l-opinjonijiet ta' min iħaddem u l-ħaddiema.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kummisjoni tas-sigurtà u s-saħħa għall-Minjieri u l-Industriji ta' l-Estrazzjoni Oħrajn u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-xogħol.

L-Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Shephard

[1] ĠU K 58, tal- 5.3.1992, p. 3

[2] ĠU K 150, tal- 15.6.1992, p. 128, u ĠU K 305, tat- 23.11.1992

[3] ĠU K 169, tas- 6.7.1992, p. 28.

[4] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 1.

[5] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[6] ĠU L 348, tat− 28.11.1992, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ĦTIĠIJIET MINIMI TAS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 TA' DIN ID-DIRETTIVA

Nota preliminari

L-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness japplikaw kull meta meħtieġ mill-karatteristiċi tal-post tax-xogħol, ta' l-attività, taċ-ċirkustanzi jew riskju speċifiku.

IT-TAQSIMA A

ĦTIĠIJIET MINIMI KOMUNI APPLIKABBLI GĦALL-INDUSTRIJI GĦALL-ESTRAZZJONI TAL-MINERALI FUQ U TAĦT L-ART U GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET AWŻILJARJI FUQ L-ART

1. Is-sorveljanza u l-organizzazzjoni

1.1. Organizzazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol

1.1.1. Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jipprovdu protezzjoni adegwata kontra l-periklu. Huma għandhom jinżammu fi stat tajjeb, u sustanzi ta' periklu jew depożiti għandhom jitneħħew jew jiġu kkontrollati sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

1.1.2. Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu maħsuba u mibnija skond il-prinċipji ergonomiċi wara li jkun ikkonsidrat il-bżonn li l-ħaddiema jkunu jistgħu jsegwu l-ħidmiet li jkunu qed isiru fil-postijiet tax-xogħol tagħhom.

1.1.3. Meta l-postijiet tax-xogħol huma okkupati minn ħaddiema isolati, għandha tiġi pprovduta sorveljanza adegwata jew mezzi ta' telekomunikazzjoni.

1.2. Il-persuna responsabbli

Persuna responsabbli li jkollha l-kwalitajiet u l-kompetenza meħtieġa għal dan ix-xogħol, skond il-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali, u li tinħatar minn min iħaddem, għandha f'kull ħin tkun inkarigata mill-post tax-xogħol meta l-ħaddiema jkunu preżenti.

Min iħaddem jista' personalment jassumi r-responsabbiltà msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikollu l-kapaċità u l-kompetenza meħtieġa għal dan l-iskop, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

1.3. Is-sorveljanza

Sabiex ikunu assigurati s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema matul il-ħidmiet kollha magħmula, is-sorveljanza neċessarja għandha tiġi pprovduta minn persuni li jkollhom il-kwalitajiet u l-kompetenza għal dan ix-xogħol, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali, u li jinħatru minn min iħaddem jew f'ismu u li jaġixxu f'ismu.

Meta meħtieġ mid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa, min jagħmel is-sorveljanza għandu jżur il-postijiet tax-xogħol mill-inqas darba kull shift.

Min iħaddem jista' personalment jagħmel is-sorveljanza msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, jekk ikollu l-kwalitajiet u l-kompetenza meħtieġa għal dan l-iskop, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

1.4. Ħaddiema kompetenti

Meta l-ħaddiema huma preżenti fuq kull post tax-xogħol, għandu jkun hemm numru ta' ħaddiema suffiċjenti bil-kwalitajiet, l-esperjenza u t-taħriġ meħtieġa sabiex iwettqu ix-xogħol mogħti lilhom.

1.5. L-informazzjoni, l-istruzzjonijiet u t-taħriġ

Il-ħaddiema għandhom jingħataw l-informazzjoni, l-istruzzjonijiet, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid sabiex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurtà tagħhom.

Min iħaddem għandu jiżgura li l-ħaddiema jirċievu instruzzjonijiet li jinftehmu sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà u s-saħħa tagħhom jew tal-ħaddiema l-oħra.

1.6. Istruzzjonijiet miktuba

Istruzzjonijiet miktuba li jispeċifikaw ir-regoli li għandhom jiġu osservati sabiex jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u l-użu sigur ta' tagħmir għandhom jitfasslu għal kull post tax-xogħol.

Għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-użu ta' tagħmir ta' emerġenza u l-azzjoni li tkun trid tittieħed fil-każ ta'emerġenza fil-post tax-xogħol jew ħdejh.

1.7. Metodi ta' sigutà ta' xogħol

Għandhom jiġu applikati metodi ta' sigurtà tax-xogħol fuq kull post tax-xogħol jew għal kull attività.

1.8. Permessi tax-xogħol

Meta meħtieġa mid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa, sistema tal-permessi tax-xogħol għandha tiġi introdotta għat-twettiq ta' kemm attivitajiet ta' periklu u kemm attivitajiet ġeneralment bla komplikazzjoni li jistgħu jitħalltu ma' attivitajiet oħra biex jikkawżaw perikoli serji.

Permessi tax-xogħol għandhom jinħarġu minn persuna inkarigata qabel jinbeda x-xogħol u għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li għandhom jissodisfaw u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara x-xogħol.

1.9. Eżami regolari tal-miżuri tas-sigurtà u s-saħħa

Min iħaddem għandu jiżgura li l-miżuri meħuda għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluża s-sistema amministrattiva tas-sigurtà u s-saħħa, ikunu eżaminati regolarment biex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

2. L-apparat u l-impjant mekkaniku u elettriku

2.1. Ġenerali

L-għażla, l-istallazzjoni, il-bidu fis-servizz, il-ħidma u l-manutenzjoni ta' apparat mekkaniku u elettriku għandhom isiru b'attenzjoni xierqa għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, wara li jkunu kkonsidrati d-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi 89/392/KEE [1] u 89/655/KEE [2].

Jekk qegħdin f'żona li fiha jkun hemm riskju li jew jeżisti jew li x'aktarx jeżisti, ta' ħruq jew splużjoni minn qbid ta' gas, fwar jew likwidu li jevapora, l-apparati għandhom ikunu addattati għall-użu f'dak il-post.

It-tagħmir għandu, jekk meħtieġ, ikollu apparat xieraq ta' protezzjoni u sistemi ta' sigurtà f'każ ta' waqfien.

2.2. Disposizzjonijiet speċifiċi

L-apparat mekaniku u l-impjant għandhom ikunu ta' saħħa adegwata u ħielsa minn difett apparenti u xierqa għall-iskop li għalih huma maħsuba.

L-apparat u l-impjant elettriku u impjant għandhom ikunu ta' kapaċità u saħħa suffiċjenti għall-iskop li għalih ikunu maħsuba.

L-apparat u l-installazzjonijiet mekkaniċi u elettriċi għandhom ikunu hekk installati u protetti sabiex jipprevjenu l-perikolu.

3. Il-manutenzjoni

3.1. Manutenzjoni ġenerali

Għandha titwaqqaf skema xierqa li tipprovdi għal eżami, manutenzjoni u, meta jkun xieraq, il-kontroll sistematiku ta' tagħmir u impjant mekkaniku u elettriku.

Il-manutenzjoni, l-eżami u l-kontroll kollu ta' kull parti mill-impjant u t-tagħmir għandhom jitwettqu minn persuni kompetenti.

Ir-reġistri ta' l-eżamijiet u l-kontrolli għandhom isiru u jinżammu b'mod xierqa.

3.2. Il-Manutenzjoni ta' l-apparat ta' sigurtà

L-apparat adegwat ta' sigurtà għandu jinżamm lest għall-użu u f'kondizzjoni tajba għax-xogħol f'kull ħin.

Il-manutenzjoni għandha ssir mill-impriża b'attenzjoni xierqa għall-ħidmiet.

4. Il-protezzjoni kontra riskji ta' splużjoni, atmosferi ta' ħsara u perikoli ta' nar.

4.1. Ġenerali

4.1.1. Għandhom jittieħdu miżuri għall-istima tal-preżenza ta' sustanzi ta' ħsara u/jew potenzjalment splużivi fl-atmosfera u biex titqies il-konċentrazzjoni ta' dawn is-sustanzi.

Meta meħtieġ fid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa, għandu jkun ipprovdut apparat ta' monitoraġġ li jqis il-konċentrazzjonijiet tal-gass f'postijiet speċifiċi awtomatikament u kontinwament, disposittivi ta' allarm awtomatiċi u apparat biex jaqta' l-elettriku awtomatikament minn installazzjonijiet elettriċi u magni ta' kombustjoni interna.

Meta hemm previst miżuri ta' qies awtomatiku, il-valuri meqjusa għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma kif stipulat fid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa.

4.1.2. It-tipjip huwa projbit f'żoni suġġetti għal perikolu partikolari ta' nar jew splużivi.

L-użu ta' kull fjamma esposta u l-esekuzzjoni ta' kull xogħol li jista' jikkawża periklu ta' qbid hu pprojbit sakemm ma jittieħdux prekawzjonijiet adegwati tas-sigurtà għall-prevenzjoni ta' nirien u splużjonijiet.

4.2. Protezzjoni kontra riskji ta' splużjoni

4.2.1. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkumbattu l-formazzjoni u l-akkumulazzjoni ta' atmosferi splużivi.

4.2.2. F'żoni meta hemm riskji ta' splużjoni, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tan-nar ta' atmosferi splużivi.

4.2.3. Għandu jiġi ppreparat pjan ta' prevenzjoni ta' splużjonijiet li juri fid-dettall il-miżuri u t-tagħmir meħtieġ.

4.3. Protezzjoni kontra atmosferi perikolużi

4.3.1. Fejn sustanzi ta' ħsara jakkumulaw jew jistgħu jakkumulaw fl-atmosfera, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw:

(a) li jitwaqqfu mis-sorsi; jew

(b) li jiġu estratti jew jiġu eliminati fis-sorsi; jew

(ċ) li jiġu dilwiti akkumulazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi,

b'tali mod li l-ħaddiema ma jkunux f'riskju.

Is-sistema għandha tkun kapaċi xxerred dawn is-sostanzi ta' ħsara b'tali mod li l-ħaddiema ma jkunux f'riskju.

4.3.2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 89/656/KEE [3], għandu jkun hemm disponibbli apparati respiratorji u tagħmir għar-rianimazzjoni b'numru suffiċjenti fil-postijiet fejn il-ħaddiema jistgħu jkunu esposti għal atmosferi ta' ħsara għas-saħħa.

F'dan il-każ, numru suffiċjenti ta' ħaddiema mħarrġa biex jużaw dan l-apparat li għandu jkun preżenti fuq il-post tax-xogħol.

L-apparat għandu jkun maħżun u mantnut kif xieraq.

4.3.3. Fejn hemm jew jista' jkun hemm gassijiet tossiċi fl-atmosfera, għandu jkun disponibbli pjan ta' protezzjoni li juri fid-dettall it-tagħmir ta' protezzjoni disponibbli u l-miżuri preventivi meħuda.

4.4. Protezzjoni kontra l-perikolu tan-nar

4.4.1. Kull meta l-postijiet tax-xogħol huma ddisinjati, mibnija, mgħammra, ikkummissjonati, mħaddma jew mantnuti, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jipprevjenu n-nar milli jibda u jinxtered mis-sorsi identifikati fid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa.

Għandha ssir disposizzjoni għat-tifi tan-nar b'mod effettiv u malajr.

4.4.2. Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq u, fejn hemm bżonn, b'sistemi ta' twissija kontra n-nar u sistemi ta' allarm.

4.4.3. Apparat ta' tifi tan-nar mhux awtomatiku għandu jkun faċilment aċċessibbli u faċli li wieħed jużah u, meta meħtieġ, protett kontra ħsara.

4.4.4. Għandu jinżamm fuq il-post, pjan ta' protezzjoni kontra n-nar li juri fid-dettall il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu skond l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva, biex jipproteġi kontra, isib u jikkumbatti l-bidu u t-tixrid tan-nirien.

4.4.5. L-apparat għat-tifi tan-nar għandu jkun indikat b'sinjali skond ir-regolamenti nazzjonali li għamlet id-Direttiva 92/58/KEE [4] f'liġi.

Dawn is-sinjali għandhom jitqiegħdu f'punti xierqa u jservu fit-tul.

5. Splużivi u apparati li jagħtu n-nar

Operazzjonijiet li jinvolvu l-ħżin, it-trasport u l-użu ta' splużivi u apparat li jagħti n-nar għandhom jitwettqu minn persuni kompetenti u awtorizzati kif dovut.

Dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu organizzati u mwettqa b'tali mod li jipprevjeni kull riskju għall-ħaddiema.

6. Rotot ta' passaġġ

6.1. Għandu jkun possibbli li l-postijiet tax-xogħol jintlaħħqu mingħajr perikolu u jiġu evakwati malajr u b'mod mingħajr perikolu f'emerġenza.

6.2. Ir-rotot ta' passaġġ, inklużi turġien, slielem fissi u mollijiet u rampi għat-tagħbija, għandhom jiġu ddisinjati, imdaqqsa u mqiegħda b'tali mod li jiżguraw aċċess faċli, sigur u xieraq għall-persuni jew vetturi b'tali mod li ma jipperikolawx ħaddiema mpjegati fil-viċinanzi ta' dawn ir-rotot ta' passaġġ.

6.3. Ir-rotot użati għal passaġġ min-nies u/jew passaġġ ta' merkanzija għandhom jiġu mdaqqsa skond in-numru ta' utenti potenzjali u t-tip ta' impriża.

Jekk ir-rotot ta' passaġġ jintużaw minn vetturi, għandu jiġi previst spazju ta' sigurtà suffiċjenti għall-persuni.

6.4. Spazju suffiċjenti għandu jitħalla bejn ir-rotot ta' passaġġ tal-vetturi u l-bibien, xtiebi, passaġġi għall-persuni, kurituri u turġien.

6.5. Ir-rotot ta' passaġġ u ta' aċċess għandhom jiġu identifikati b'mod ċar għall-protezzjoni tal-ħaddiema.

6.6. Meta jidħlu fil-post tax-xogħol vetturi jew magni, ir-regolamenti ta' passaġġ għandhom jiġu stabbiliti kif meħtieġ.

7. Postijiet tax-xogħol fuq barra

7.1. Il-postijiet tax-xogħol, ir-rotot ta' passaġġ u spazji oħrajn jew installazzjonijiet fuq barra li huma okkupati jew użati mill-ħaddiema matul l-attività tagħhom għandhom ikunu organizzati b'tali mod li l-persuni u l-vetturi jistgħu jiċċirkolaw b'mod mingħajr perikolu.

7.2. Il-postijiet tax-xogħol fuq barra għandhom jinxtegħlu b'mod adegwat b'dawl artifiċjali jekk id-dawl naturali mhuwiex biżżejjed.

7.3. Meta l-ħaddiema huma mpjegati f'postijiet tax-xogħol fuq barra, dawn il-postijiet tax-xogħol għandhom sa fejn hu possibbli jitranġaw sabiex il-ħaddiema:

(a) ikunu protetti kontra kondizzjonijiet ħżiena tat-temp u jekk meħtieġ kontra oġġetti li jaqgħu;

(b) m'humiex esposti għal livelli ta' storbju li jagħmel ħsara u lanqas għal influwenzi esterni ta' ħsara bħal gassijiet, fwawar jew trabijiet;

(ċ) jkunu jistgħu jevakwaw il-postijiet tax-xogħol tagħhom malajr fil-każ ta' perikolu jew ikunu jistgħu jitolbu għajnuna;

(d) ma jistgħux jiżolqu jew jaqgħu.

8. Żoni ta' perikolu

8.1. Iż-żoni ta' perikolu għandhom jiġu indikati b'mod ċar.

8.2. Jekk il-postijiet tax-xogħol jikkontjenu żoni ta' perikolu fejn, minħabba n-natura tax-xogħol, hemm riskji li jinkludu dik tal-ħaddiema jew oġġetti li jaqgħu, il-postijiet għandhom ikunu mgħammra, sa fejn hu possibbli, b'apparat li ma jħallix ħaddiema mhux awtorizzati milli jidħlu f'dawk iż-żoni.

8.3. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-ħaddiema awtorizzati biex jidħlu f'żoni ta' perikolu.

9. Rotot u ħruġ ta' emerġenza

9.1. Fil-każ ta' perikolu, għandu jkun possibbli għal ħaddiema li jevakwaw il-postijiet tax-xogħol kollha malajr u kemm jista' jkun b'sigurtà.

9.2. Ir-rotot u l-ħruġ ta' emerġenza għandhom jibqgħu żgumbrati u jwasslu bl-iktar mezz dirett għal żona aperta jew għal żona, punt ta' assemblea jew punt ta' evakwazzjoni mingħajr periklu.

9.3. In-numru, id-distribuzzjoni u d-dimensjonijiet tar-rotot u tal-ħruġ ta' emerġenza jiddependu mill-użu, it-tagħmir u d-dimensjonijiet tal-postijiet tax-xogħol u n-numru massimu ta' persuni li jistgħu ikunu presenti.

9.4. Il-bibien ta'emerġenza għandhom jinfetħu 'l barra.

Il-bibien ta' l-emerġenza m'għandhomx jissakkru jew jingħalqu b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu faċilment u immedjatament minn kull persuna li tista' tiġi bżonnhom f'emerġenza.

9.5. Il-bibien ta' emerġenza m'għandhomx jissakkru.

Ir-rotot u l-ħruġ ta'emerġenza, u r-rotot ta' passaġġ u l-bibien li jagħtu aċċess għalihom, għandhom ikunu ħielsa minn kull ostakolu sabiex jistgħu jintużaw f'kull ħin mingħajr tfixkil.

9.6. Ir-rotot u l-ħruġ ta' emerġenza li jeħtieġu illuminazzjoni għandhom jiġu provduti b'dawl ta' emerġenza ta' intensità adegwata fil-każ li jkun hemm qtugħ ta' dawl.

9.7. Rotot ta' ħruġ ta'emerġenza speċifiċi għandhom jkunu indikati b'sinjali skond ir-regolamenti nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 92/58/KEE f'liġi.

10. Mezzi ta' evakwazzjoni u ħarba

10.1. Il-ħaddiema għandhom jiġu mħarrġa fl-azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu f'emerġenzi.

10.2. Għandu jiġi pprovdut apparat ta' salvataġġ f'postijiet faċilment aċċessibbli u xierqa fil-lok tagħhom u miżmuma lesti għall-użu u għandhom jiġu indikati b'sinjali skond ir-regolamenti nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 92/58/KEE f' liġi.

11. Eżerċizzji ta' sigurtà

L-eżerċizzji ta' sigurtà għandhom isiru f'intervalli regolari fil-postijiet tax-xogħol kollha li fihom is-soltu jkunu preżenti l-ħaddiema.

L-iskop ewlieni ta' dawn l-eżerċizzji huwa li jħarrġu u jikkontrollaw il-ħila ta' ħaddiema li lilhom ingħataw doveri speċifiċi fil-każ ta' emerġenza li tinvolvi l-użu, l-immaniġġar jew il-ħidma ta' tagħmir ta' emerġenza.

Meta jkun xieraq, il-ħaddiema għandhom jkunu mħarrġa wkoll fl-użu korrett, fl-immaniġġjar jew l-tħaddim ta' dak l-apparat.

12. Faċilitajiet ta' l-ewwel għajnuna

12.1. L-apparat ta' l-ewwel għajnuna għandu jkun disponibbli fil-postijiet kollha fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol jeħtiġuh u għandhom ikunu xierqa għall-operazzjoni.

Dan l-apparat għandu jiġi indikat b'sinjali xierqa u faċilment aċċessibbli.

12.2. Għandhom jiġu pprovduti kamra waħda jew iktar ta' l-ewwel għajnuna meta d-daqs tal-post, it-tip ta' attività mwettqa u l-frekwenza ta' l-inċidenti hekk jiddettaw.

Instruzzjonijiet visibbli b'mod ċar dwar l-ewwel għajnuna fil-każ ta' inċidenti għandhom jintwerew f'dawn il-kmamar.

12.3. Il-kmamar ta' l-ewwel għajnuna għandu jkollhom installazzjonijiet u tagħmir essenzjali ta' l-ewwel għajnuna u jkunu faċilment aċċessibbli għal streċer.

Għandhom ikunu mmarkati skond ir-regolamenti nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 92/58/KEE f'liġi.

12.4. Kif ukoll, l-apparat ta' l-ewwel għajnuna għandu jkun disponibbli fil-postijiet kollha fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol jeħtieġuh.

Dan l-apparat għandu jkun immarkat kif xieraq u jkun faċilment aċċessibbli.

12.5. Numru suffiċjenti ta' ħaddiema għandhom jkunu mħarrġa fl-użu ta' l-apparat ipprovdut ta' l-ewwel għajnuna.

13. Dawl naturali u artifiċjali

13.1. Kull post tax-xogħol għandu jkun ipprovdut kullimkien b'dawl kapaċi li jipprovdi illuminazzjoni suffiċjenti biex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni hemm ġew.

13.2. Il-postijiet tax-xogħol għandhom sakemm possibbli jirċievu dawl naturali suffiċjenti u, meta wieħed jikkunsidra l-kondizzjonijiet klimatiċi, ikunu mgħammra b'dawl artifiċjali għall- protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

13.3. Installazzjonijiet ta' dawl fil-kmamar li fihom jinsabu l-postijiet tax-xogħol u fil-passaġġi għandhom jitqiegħdu b'tali mod li dik it-tip ta' illuminazzjoni ma tippreżentax riskju ta' inċident għall-ħaddiema.

13.4. Il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema huma esposti għal riskju f'każ ta' qtugħ ta' dawl artifiċjali għandhom jiġu pprovduti b'dawl ta' emerġenza ta' intensità adegwata.

Meta dan hu impossibbli, il-ħaddiema għandhom jiġu pprovduti b'lampi personali.

14. Stallazzjonijiet sanitarji

14.1. Kmamar fejn wieħed ibiddel u kaxxarizzi

14.1.1. Għandhom ikunu pprovduti kmamar xierqa fejn il-ħaddiema jbiddlu jekk huma għandhom jilbsu ħwejjeġ speċjali tax-xogħol, u meta, għal raġunijiet ta' saħħa jew deċenza, m'għandhomx ikunu mistennija li jbiddlu f'kamra oħra.

Il-kmamar fejn wieħed ibiddel għandhom tkunu faċilment aċċessibbli, ta' kobor suffiċjenti u jkunu pprovduti b'siġġijiet.

14.1.2. Il-kmamar fejn ibiddlu għandhom ikunu kbar biżżejjed u jkollhom faċilitajiet li jippermettu kull ħaddiem isakkar il-ħwejjeġ tiegħu/tagħha tul is-sigħat tax-xogħol.

Jekk iċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu (e.ż. sostanzi perikolużi, umdità, ħmieġ), il-kaxxarizzi għall-ħwejjeġ tax-xogħol għandhom ikunu separati minn dawk għall-ħwejjeġ ordinarji.

Għandha ssir disposizzjoni biex ħwejjeġ tax-xogħol imxarrba jitnixxfu.

14.1.3. Għandha ssir disposizzjoni għal kmamar separati fejn ibiddlu jew l-użu separat ta' kmamar fejn ibiddlu l-irġiel u n-nisa.

14.1.4. Jekk il-kmamar fejn ibiddlu mhumiex meħtieġa taħt 14.1.1, kull ħaddiem għandu jiġu pprovdut b'post fejn ipoġġi l-ħwejjeġ tiegħu.

14.2. Doċoċ u sinkijiet

14.2.1. Għandhom jiġu pprovduti doċoċ adekwati u suffiċjenti għall-ħaddiema jekk meħtieġa min-natura tax-xogħol jew għal raġunijiet ta' saħħa.

Għandha ssir disposizzjoni għal kmamar tad-doċċa separati jew mill-użu separat għal kmamar tad-doċċa għall-irġiel u għan-nisa.

14.2.2. Il-kmamar tad-doċċa għandhom ikunu kbar biżżejjed li jippermettu lil kull ħaddiema jinħasel mingħajr tfixkil f'kondizzjonijiet ta' livell ta' iġjene adattati.

Id-doċoċ għandhom jiġu pprovduti b'ilma sħun u kiesaħ.

14.2.3. Meta d-doċoċ mhumiex meħtieġa fis-sens ta' 14.2.1, sinkijiet adegwati u xierqa bl-ilma sħun u kiesaħ għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol u tal-kmamar għat-tibdil.

Dawn is-sinkijiet għandhom ikunu separati għal, jew użati separatament mill-irġiel u n-nisa meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' diċenza.

14.3. Toilettes u sinkijiet

Għandhom jiġu pprovduti faċilitajiet separati fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol, tal-kmamar tal-mistrieħ, tal-kmamar fejn wieħed ibiddel u tal-kmamar bid-doċoċ jew bis-sinkijiet, b'numru ta' toilettes u sinkijiet adegwati.

Għandhom isiru disposizzjonijiet għal toilettes separati jew l-użu separat ta' toilettes għall-irġiel u n-nisa.

F'każ ta' l-industrija minerarja taħt l-art, l-installazzjonijiet sanitarji msemmija f'din it-taqsima jistgħu jitqiegħdu fuq l-art.

15. Depożiti ta' l-iskart u miżbliet oħra

Id-depożiti ta' l-iskart, il-munzelli taż-żibel u miżbliet oħra, kif ukoll baċiri għall-iskular, għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mħaddma u miżmuma b'tali mod li jiżguraw l-istabbilità tagħhom, kif ukoll is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

16. Stallazzjonijiet awżiljarji fuq l-art (disposizzjonijiet addizzjonali speċjali)

16.1. L-istabbilità u s-solidità

Il-postijiet tax-xogħol għandhom jiġu ddisinjati, mibnija, mwaqqfa, mħaddma, sorveljati u mantenuti biex jifilħu għall-forzi ambjentali antiċipati.

Għandu jkollhom struttura u solidità xierqa għan-natura ta' l-użu tagħhom.

16.2. Pavimenti, ħitan, soffitti u soqfa tal-kmamar

16.2.1. Il-paviment tal-postijiet tax-xogħol m'għandu jkollhom ebda ħotob, toqob jew ikunu mżerżqa b'mod perikoluż u għandhom ikunu fissi, stabbli u ma jiżolqux.

Il-postijiet tax-xogħol li jkollhom stazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu protetti kontra s-sħana b'mod adegwat, meta wieħed jikkunsidra t-tip ta' impriża involuta u l-attività fiżika tal-ħaddiema.

16.2.2. Il-wiċċ tal-pavimenti, tal-ħitan u tas-soqfa fil-kmamar għandu jkun tali li jista' jitnaddaf jew jiġġedded skond standard approprjat ta' iġjene.

16.2.3. Ħitan trasparenti jew li jgħaddi d-dawl minnhom, b'mod partikolari ħitan tal-ħġieġ, fi kmamar jew fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol u r-rotot ta' passaġġ għandhom jiġu indikati b'mod ċar u jkunu magħmula minn materjal mingħajr periklu jew protetti minn dawn il-postijiet jew rotot ta' passaġġ sabiex jipprevjenu l-ħaddiema milli jiġu f'kuntatt ma' ħitan jew jiġu feruti jekk jitfarrku l-ħitan.

16.2.4. L-aċċess għas-soqfa magħmula minn materjali nieqsa mis-saħħa m'għandux ikun permess sakemm ma jkunx hemm tagħmir li bih dan ix-xogħol jista' jitwettaq b'mod sigur.

16.3. Id-dimensjonijiet tal-kamra u l-ispazju ta' l-arja fil-kmamar — libertà ta' moviment fil-post tax-xogħol

16.3.1. Il-kmamar tax-xogħol għandhom ikollhom spazju suffiċjenti, għoli u spazju ta' l-arja li jippermettu li l-ħaddiema jaħdmu xogħolhom mingħajr riskju għas-sigurtà, is-saħħa jew il-benesseri tagħhom.

16.3.2. Id-dimensjonijiet ta' l-żona li mhix okkupata fil-post tax-xogħol għandhom jippermettu lill-ħaddiema libertà suffiċjenti ta' moviment u tippermettilhom jagħmlu xogħolhom b'sigurtà.

16.4. Twieqi u tamboċċi

16.4.1. It-twieqi, it-tamboċċi u l-ventilaturi li huma maħsuba biex jinfetħu, ikunu aġġustati jew maqfulin għandhom ikunu disinnjati biex dawn l-operazzjonijiet jistgħu jsiru b'sigurtà.

M'għandhomx jitqiegħdu fejn ikun ta' periklu għall-ħaddiema meta jinfetħu.

16.4.2. Għandu jkun possibbli li jitnaddfu t-twieqi u t-tamboċċi mingħajr riskju.

16.5. Bibien u xtiebi

16.5.1. Il-pożizzjoni, in-numri u d-dimensjonijiet ta' bibien u xtiebi, u l-materjali użati għall-konstruzzjoni tagħhom, huma ddeteminati min-natura u l-użu ta' kmamar jew ta' l-ispazji.

16.5.2. Bibien trasparenti għandhom ikunu mmarkati kif xieraq f'livell li jagħti fl-għajn.

16.5.3. Bibien u xtiebi bil-molla għandhom ikunu trasparenti jew tkun tista' tara mill-pannelli tagħhom.

16.5.4. Jekk l-uċuħ trasparenti jew trasluċenti tal-bibien u x-xtiebi mhumiex magħmula minn materjal ta' sigurtà u jekk hemm perikolu li l-ħaddiema jistgħu ikorru jekk bieba jew xatba titkisser, l-uċuħ għandhom jiġu protetti kontra l-ksur.

16.5.5. Il-bibien li jiżżerżqu għandu ikollhom apparat ta' sigurtà li jipprevjeni milli joħorġu minn posthom u milli jaqgħu meta mhux mistenni.

16.5.6. Il-bibien u x-xtiebi li jinfetħu 'l fuq għandu jkollhom mekkaniżmu li jipproteġihom milli jaqgħu lura meta mhux mistenni.

16.5.7. Il-bibien u r-rotot ta' ħarba għandhom ikunu mmarkati b'mod xieraq.

Għandu jkun possibbli li l-bibien jinfetħu minn ġewwa f'kull ħin mingħajr assistenza speċjali.

Għandu jkun possibbli li l-bibien jinfetħu meta l-postijiet tax-xogħol ikunu okkupati.

16.5.8. Għandhom jiġu pprovduti bibien għall-min hu bil-mixi fil-viċinanza immedjata ta' xi xtiebi maħsuba essenzjalment għat-traffiku tal-vetturi, sakemm ikun mingħajr periklu għal min ikun bil-mixi li jgħaddi minnhom; dawn il-bibien għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u jitħallew mhux ostakolati b'mod permanenti.

16.5.9. Il-bibien u x-xtiebi mekkaniċi għandhom jiffunzjonaw mingħajr riskji ta' inċident għall-ħaddiema.

Għandu jkollhom apparati li jingħalqu f'emerġenza faċilment identifikabbli u aċċessibbli, sakemm ma jinfetħux awtomatikament fil-każ ta' qtugħ ta' dawl, għandu jkun ukoll possibbli li jinfetħu manwalment.

16.6. Il-ventilaturi f'postijiet tax-xogħol magħluqa

16.6.1. Għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li hemm arja friska biżżejjed f'postijiet tax-xogħol magħluqa, b'qies għall-metodi tax-xogħol użati u l-ħtiġijiet fiżiċi mitluba mill-ħaddiema.

Jekk hi użata sistema ta' ventilazzjoni furzata, għandha tinżamm f'kondizzjoni li taħdem.

Kull ħsara għandha tkun indikata minn sistema ta' kontroll meta dan huwa meħtieġ għas-saħħa tal-ħaddiema.

16.6.2. Jekk jintużaw installazzjonijiet ta' arja kkondizzjonata jew ventilazzjoni mekkanika, għandhom joperaw b'mod li l-ħaddiema ma' jkunux esposti għal kurrenti li jikkawżaw skomfort.

Kull depożitu jew ħmieġ li x'aktarx joħloq perikolu immedjat għas-saħħa tal-ħaddiema billi jniġġeż l-atmosfera għandu jitneħħa mingħajr dewmien.

16.7. It-temperatura tal-kamra

16.7.1. Matul il-ħinijiet tax-xogħol, it-temperatura fil-kmamar fejn hemm postijiet tax-xogħol għandha tkun tajba għall-bniedem, meta wieħed jikkunsidra l-metodi tax-xogħol użati u l-eżerċizzju fiżiku mitlub mill-ħaddiema.

16.7.2. It-temepratura f'żoni tal-mistrieħ, fi kmamar għall-ħaddiema li qegħdin fuq ix-xogħol, f'faċilitajiet sanitarji, f'kantins u fi kmamar ta' l-ewwel għajnuna għandhom ikunu xierqa għall-iskop partikolari ta' dawn iż-żoni.

16.7.3. It-twieqi, it-tamboċċi u l-paraventi tal-ħġieġ m'għandhomx jippermettu li jgħaddi dawl tax-xemx eċċessiv f'postijiet tax-xogħol, wara li jkun ilkkunsidrat it-tip ta' xogħol u n-natura tal-post tax-xogħol.

16.8. Kmamar tal-mistrieħ

16.8.1. Meta s-sigurtà jew is-saħħa tal-ħaddiema, b'mod partikolari minħabba t-tip ta' attività mwettqa jew il-preżenza ta' iktar minn ċertu numru ta' impjegati, jeħtieġu hekk, il-ħaddiema għandhom ikunu pprovduti b'kamra tal-mistrieħ faċilment aċċessibbli.

Din id-disposizzjoni ma tapplikax jekk il-ħaddiema huma mpjegati f'uffiċċji jew kmamar tax-xogħol simili li jipprovdu mistrieħ ekwivalenti matul il-pawża.

16.8.2. Il-kmamar tal-mistrieħ għandhom ikunu kbar biżżejjed u mgħammra b'numru adegwat ta' mwejjed u siġġijiet bid-dahar għan-numru tal-ħaddiema.

16.8.3. Fil-kmamar tal-mistrieħ għandhom jiġu introdotti miżuri xierqa għall-protezzjoni ta' dawk li ma jpejpux kontra l-iskumdità ikkawżat mid-duħħan tat-tabakk.

16.8.4. Jekk il-ħinijiet tax-xogħol huma interrotti regolarment u frekwentement u ma jkunx hemm kmamar tal-mistrieħ, għandhom jkunu provduti kmamar oħrajn li fihom il-ħaddiema jkunu jistgħu joqogħdu matul dawn l-interruzzjonijiet, kull meta dan hu meħtieġ għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-protezzjoni ta' dawk li ma' jpejpux kontra l-iskomfort ikkawżat mid-duħħan tat-tabakk.

17. Nisa tqal u nisa li jreddgħu

Nisa tqal u nisa li jreddgħu għandhom ikunu jistgħu jimteddu biex jistrieħu f'kondizzjonijiet xierqa.

18. Ħaddiema b'disabbiltà

Il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu organizzati biex ikunu ikkunsidrati ħaddiema b'disabbiltà, jekk meħtieġ.

Din id-disposizzjoni tapplika b'mod partikolari għall-bibien, il-passaġġi, it-turġien, id-doċoċ, is-sinkijiet, it-toilettes u l-postijiet tax-xogħol użati jew okkupati direttament minn ħaddiema b'disabbiltà.

IT-TAQSIMA B

ĦTIĠIJIET MINIMI SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦALL-INDUSTRIJI GĦALL-ESTRAZZJONI TAL-MINERALI FUQ L-ART

1. Ġenerali

1.1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2), min iħaddem u li, skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, huwa responsabbli għall-post tax-xogħol kopert b'din il-Taqsima B għandu jiżgura li d-dokument tas-sigurtà u s-saħħa juri li ttieħdu l-miżuri relevanti kollha biex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem f'sitwazzjonijiet normali kif ukoll dawk kritiċi.

1.2. Id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa għandu jiġi aġġornat regolarment u jkun disponibbli għall-ispezzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Ix-xogħol għandu jitwettaq skond id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa.

2. Operazzjoni

2.1. Ix-xogħol għandu jiġi ppjanat b'konsiderazzjoni ta' l-elementi tad-dokument tas-sigurtà u s-saħħa li jikkonċernaw ir-riskji ta' waqgħat jew żliq ta' l-art.

Għalhekk, bħala miżura preventiva, l-għoli u l-pendil ta' uċuħ mnejn ikun qiegħed jinkixef u jiġi estratt il-materjal għandu jkun xieraq għan-natura u l-istabbilità ta' l-art u tal-metodi tax-xogħol.

2.2. Il-bankijiet u t-toroq taċ-ċirkolazzjoni għandhom ikunu sodi biżżejjed għall-impjant użat.

Għandhom jinbnew u jinżammu b'tali mod li l-impjant jista' jitressaq mingħajr periklu.

2.3. Qabel jibda jew jerġa' jibda x-xogħol, l-uċuħ mnejn isir il-kxif u l-estrazzjoni 'l fuq mill-postijiet tax-xogħol jew it-toroq ta' ċirkolazzjoni għandhom jiġu kkontrollati għal materjal jew blat mhux sod.

Jekk ikun hemm bżonn għandhom jitneħħew biċċiet wieqfa fil-vojt.

2.4. L-uċuħ u t-truf m'għandhomx jinħadmu b'mod li tinħoloq instabbilità.

IT-TAQSIMA Ċ

ĦTIĠIJIET MINIMI SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦALL-INDUSTRIJI GĦALL-ESTRAZZJONI TAL-MINERALI TAĦT L-ART

1. Ġenerali

1.1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 (2), min iħaddem u li, skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, huwa responsabbli għall-post tax-xogħol kopert minn din it-Taqsima Ċ għandu jiżgura li d-dokument tas-sigurtà u s-saħħa juri li ttieħdu l-miżuri relevanti kollha biex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem f'sitwazzjonijiet kemm normali u kemm kritiċi.

1.2. Id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa għandu jiġi aġġornat perjodikament u jkun disponibbli għall-inspezzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Ix-xogħol għandu jitwettaq skond id-dokument tas-sigurtà u s-saħħa.

2. Il-pjanti tax-xogħol ta' taħt l-art

2.1. Għandhom jiġu ppreparati pjanti tax-xogħol ta' taħt l-art fuq skala li tipprovdi rappreżentazzjoni ċara.

Flimkien ma' passaġġi tat-toroq u l-alkovi fejn isir ix-xogħol, għandhom juru l-elementi magħrufa li jistgħu jinfluwenzaw ix-xogħol u s-sigurtà.

Għandhom ikunu faċilment aċċessibli u għandhom jinżammu għal kemm hu neċessarju għal skopijiet ta'sigurtà.

2.2. Il-pjanti tax-xogħol ta' taħt l-art għandhom jiġu aġġornati perjodikament u jkunu disponibbli fil-post tax-xogħol.

3. Fetħiet

Kull xogħol ta' taħt l-art għandu jkollu aċċess għal wiċċ permezz ta' mill-inqas żewġ fetħiet separati li huma mibnija sew u faċilment aċċessibli għall-ħaddiema ta' taħt l-art.

Meta ċ-ċirkolazzjoni għal dawn il-postijiet ta' ħruġ titlob min-naħa tal-ħaddiema sforz importanti għandu jkun hemm mezzi mekkaniċi ta' trasport għall-ħaddiema.

4. Ix-Xogħlijiet

Ix-xogħijiet meta jitwettaq xogħol ta' taħt l-art għandhom jiġu mibnija, mħaddma, mgħammra u mantnuti sabiex il-ħaddiema jistgħu jaħdmu u jiċċirkolaw fihom b'inqas riskju.

Passaġġi tat-toroq għandhom ikunu mmarkati biex jiffaċilitaw l-orjentazzjoni tal-ħaddiema.

5. Trasport

5.1. Il-faċilitajiet ta' trasport għandhom ikunu nstallati, imħaddma u mantnuti b'mod li jiżguraw s-sigurtà u s-saħħa tas-sewwieqa, l-utenti u persuni oħra fil-viċinanzi.

5.2. Trasport tal-ħaddiema bl-installazzjonijiet mekkaniċi għandu jkun installat tajjeb u użat skond l-istruzzjonijiet partikolari miktuba.

6. Rfid u stabbilità ta' l-art

Għandu jkun ipprovdut rfid kemm jista' jkun malajr wara t-tħaffir, ħlief meta l-istabbilità ta' l-art ma teħtieġx dan għas-sigurtà tal-ħaddiema. L-irfid għandu jiġi installat skond il-pjanijiet u l-istruzzjonijiet miktuba.

Ix-xogħlijiet aċċessibli għall-ħaddiema għandhom ikunu spezzjonati regolarment biex tiġi aċċertata l-istabbilità u l-irfid għandu jiġi mantnut skond dan.

7. Ventilazzjoni

7.1. Ix-xogħlijiet ta' taħt l-art kollha li għalihom l-aċċess huwa permess għandu jkollhom ventilazzjoni b'mod xieraq.

Ventilazzjoni kontinwa għandha tkun ipprovduta biex tmantni, b'marġini ta' sigurtà adegwat:

- atmosfera tajba għas-saħħa,

- atmosfera fejn ir-riskji ta' splużjoni u trab respirabbli huma miżmuma taħt kontroll,

- atmosfera fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol huma adegwati waqt li qed isir ix-xogħol, wara li jkunu kkonsidrati l-metodi tax-xogħol użati u ta' l-eżerċizzju fiżiku mitlub mill-ħaddiema.

7.2. Meta l-ħtiġijiet ta' 7.1 ma jistgħux jiġu sodisfatti b "ventilazzjoni naturali, il-ventilazzjoni prinċipali għandha tkun provduta permezz ta" fann mekkaniku wieħed jew iktar.

Għandhom jittieħdu passi biex jiżguraw ventilazzjoni stabbli u kontinwa.

Għandu jkun hemm monitoraġġ kontinwu tal-funzjonament tal-fannijiet ewlenija, u allarm awtomatiku għandu jindika waqfien mhux ipprogrammat.

7.3. Il-parametri tal-ventilazzjoni għandhom ikunu mkejla u rreġistrati perjodikament.

Għandu jiġi ppreparat, aġġornat perjodikament u miżmum disponibbli fil-post tax-xogħol pjan ta' ventilazzjoni li jkollu dettalji pertinenti tas-sistema ta' ventilazzjoni.

8. Mini li fihom il-gass

8.1. Xogħlijiet ta' taħt l-art huma meqjusa li fihom il-gass jekk x'aktarx jitħalla gass tal-minjieri li jista' jinġabar fi kwantità tali li r-riskju ta' formazzjoni ta' atmosfera splużiva ma jistax jiġi eskluż.

8.2. Il-ventilazzjoni prinċipali għandha tkun ipprovduta b'fann mekkaniku wieħed jew iktar.

8.3. Ix-xogħol għandu jipproċedi tenut kont ta' l-emissjoni ta' gass tal-minjieri.

Għandhom jitteħdu passi biex jeliminaw sa fejn hu possibbli r-riskju kkawżat mill-gass.

8.4. Għandha tiġi pprovduta ventilazzjoni awżilarja għal xogħol ta' preparazzjoni għall-operazzjoni u għax-xogħol ta' ħatt kif ukoll għall-postijiet b'konnessjoni diretta mal-kurrent ta' ventilazzjoni prinċipali.

Ix-xogħlijiet produttivi jista' jkollhom ventilazzjoni minn sistemi awżiljari biss jekk jittieħdu miżuri addizzjonali xierqa biex jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

8.5. Id-daqs tal-ventilazzjoni msemmi taħt 7.3 għandu jkun supplimentat bl-aċċertament tal-gass fil-minjieri

Meta meħtieġ mid-dokument tas-sigurtà u s-saħħa, il-livelli tal-gass fil-minjieri għandu wkoll ikunu monitorati kontinwament f'passaġġi ta' l-arja li tkun ħierġa minn unitajiet ta' produzzjoni permezz ta' estrazzjoni mekkanizzata jew b'sottrazzjoni u fi truf ta' xogħol mekkaniku fejn ma jinfidx.

8.6. Għandhom jintużaw biss dawk l-splużivi u l-apparat li jqabbad li huma speċifikament ippreparati għal minjieri bil-gass.

8.7. Id-disposizzjonijiet ta' 4.1.2 tat-Taqsima A huma sostitwiti kif ġej:

- It-tipjip, il-ġarr ta' tabakk għat-tipjip u kull oġġett li jistà jintuza biex jipproduċi fjamma huma pprojbiti.

- Operazzjonijiet ta' qtugħ bil-fjamma tal-welding u ħidmiet simili huma permessi biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u suġġetti għal miżuri speċifiċi li jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

9. Minjieri li fihom trab infjammabbli

9.1. Il-minjieri tal-faħam huma kkunsidrati suxxettibbli għat-trab infjammabbli ħlief meta d-dokument tas-sigurtà u s-saħħa juri li ebda waħda mis-safef maħduma ma jkun fiha trab li x'aktarx jipprovoka splużjoni.

9.2. F'minjieri li fihom trab infjammabbli, id-disposizzjonijiet ta' 8.6 u ta' 8.7 ta' din it-Taqsima Ċ japplikaw mutatismutandis.

9.3. Għandhom jittieħdu passi biex inaqqsu depożiti ta' trab infjammabbli, u biex ineħħu, jinnewtralizzaw jew jiffissaw l-istess.

9.4. Il-propagazzjoni ta' trab infjammabbli u/jew ta' splużjonijiet ta' gass li x'aktarx jikawżaw iktar splużjonijiet ta' trab infjammabbli għandha tiġi limitata billi tkun installata sistema ta' lqugħ għall-isplużjonijiet.

Il-postijiet ta' dan l-ilqugħ kontra l-isplużjonijiet għandhom ikunu indikati f'dokument li jiġi aġġornat perjodikament u miżmum disponibbli fil-post tax-xogħol.

10. Splużjonijiet ta' gassijiet, splużjonijiet ta' ġebel u dħul ta' ilma

10.1. F'żoni suxxettibbli għal splużjonijiet ta' gass bit-tfigħ ta' minerali jew blat, splużjonijiet ta' blat jew dħul ta' l-ilma jew mingħajrhom, għandu jitfassal pjan ta' operazzjoni u jiġi implimentat biex jiżgura, sa fejn hu possibbli, sistema ta' xogħol mingħajr periklu u l-protezzjoni tal-ħaddiema

10.2. Għandhom jittieħdu miżuri li jidentifikaw żoni ta' riskju, biex jipproteġu ħaddiema f'xogħlijiet li jersqu lejn jew jaqsmu dawn iż-żoni, u li jikkontrollaw ir-riskji.

11. Nirien, kombustjonijiet u sħana eċċessiva

11.1. Għandha ssir disposizzjoni għall-prevenzjoni u, meta xieraq, is-sejbien kmieni ta' awtokombustjoni.

11.2. Il-materjali infjammabbli li jittieħdu għax-xogħol taħt l-art għandhom ikunu limitati għal kwantitajiet strettament meħtieġa.

11.3. Meta hu neċessarju li jintużaw fluwidi idrawliċi (fluwidi għat-trasmissjoni ta' enerġija mekkanika idrostatika u/jew idrokinetika), għandhom jintużaw fluwidi li hu diffiċli tqabbadhom, sa fejn possibli, biex jiġi evitat ir-riskju ta' nar u t-tixrid tiegħu.

Il-fluwidi idrawliċi għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' eżami li għandhom x'jaqsmu mar-resistenza għan-nar u ma' kriterji ta' iġjene.

Meta huma użati fluwidi idrawliċi li ma jissodifawx l-ispeċifikazzjonijiet, il-kondizzjonijiet u l-kriterji msemmija fit-tieni subparagrafu, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet addizzjonali biex jitnaqqas ir-riskju ta' inċendju u t-tixrid tiegħu.

12. Miżuri ta' prekawzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-irtirar tal-ħaddiema

Sabiex ikunu jistgħu jirtiraw mingħajr periklu, il-ħaddiema għandhom, meta meħtieġ, jiġu pprovduti b'apparat respiratorju ta' protezzjoni ta' salvataġġ proprju li huma għandhom dejjem iżommu fejn jintlaħaq.

Il-ħaddiema għandhom jiġu mħarrġa fl-użu ta' dan l-apparat.

Dan l-apparat għandu jibqa' fuq il-post u jiġi spezzjonat regolarment sabiex ikun żgurat li jkun f'kondizzjoni tajba.

13. Id-dawl

Id-disposizzjonijiet tat-Taqsima 13 tat-Taqsima A huma sostitwiti kif ġej:

- il-ħaddiema għandhom jiġu pprovduti b'lampi personali xierqa.

- il-postijiet tax-xogħol għandhom sa fejn possibli jiġu mgħammra b'dawl artifiċjali adegwat għall-protezzjoni tas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema.

- l-installazzjonijiet tad-dawl għandhom jitqiegħdu b'tali mod li ma jkun hemm ebda riskju ta' inċident għall-ħaddiema bħala riżultat tat-tip ta' dawl imqiegħed.

14. Kontroll tal-ħaddiema taħt l-art

Għandu jkun possibbli li wieħed ikun jaf eżattament min ikun hemm taħt l-art f'kull ħin.

15. L-organizzazzjoni ta' salvataġġ

Sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni xierqa malajr u effettivament fil-każ ta' inċident kbir, għandha titwaqqaf organizzazzjoni adegwata ta' salvataġġ.

L-organizzazzjoni tas-salvataġġ għandha, sabiex tkun tista' taġixxi f'kull sit fejn ikun qed isir xogħol ta' estrazzjoni jew ta' esplorazzjoni, ikollha ħaddiema ta' salvataġġ imħarrġa suffiċjentement u tagħmir ta' salvataġġ adegwat għad-disposizzjoni tagħha.

[1] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 9. Direttiva emendata mid-Direttiva 91/368/KEE (ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 16).

[2] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 13.

[3] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 18.

[4] ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 23.

--------------------------------------------------

Top