EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0090

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, prodotti ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom

OJ L 344, 26.11.1992, p. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 046 P. 42 - 43
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 046 P. 42 - 43
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 013 P. 220 - 221
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 011 P. 203 - 204
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 011 P. 203 - 204
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 003 P. 30 - 31

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/90/oj

31992L0090



Official Journal L 344 , 26/11/1992 P. 0038 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0042


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE

tat-3 ta’ Novembru 1992

li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, prodotti ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi dannużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/10/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7), ir-raba’ inċiż, u l-Artikolu 6(8),

Billi l-applikazzjoni tas-sistema tas-saħħa tal-pjanti tal-Komunità għall-Komunità bħala area mingħajr frontieri interni, tkun tinħtieġ li jsir iċċekkjar tal-ħarsien tas-saħħa ta’ prodotti ta’ pjanti tal-Komunità qabel iċ-ċaqliq tagħhom ġewwa l-Komunità; billi l-aktar post sewwa biex isir dan l-iċċekkjar huwa l-post tal-produzzjoni tal-produtturi elenkati fir-reġistru uffiċjali;

Billi, bil-għan tal-produzzjoni ta’ pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra li mhumiex infestati jew infettati minn organizi dannużi msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, u l-immonitjar xieraq mill-Istati Membri ta’ dik il-produzzjoni, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti aktar regoli fuq l-elenkar ta’ produtturi jew persuni oħra li għalihom l-elenkar f’reġistru uffiċjali huwa meħtieġ, kif ukoll ċerti obbligi dettaljati u - sa dak il-punt -obbligi uniformi li għalihom il-produtturi tal-pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra għandhom ikunu suġġetti;

Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur, maħżen kollettiv, ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur li jaqa’ taħt l-Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 10(3), it-tieni inċiż jew l-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 77/93/KEE rispettivament, għandu jibgħat applikazzjoni biex jitniżżel f’reġistru uffiċjali, permezz ta’ proċedura xierqa ta’ reġistrazzjoni, lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fid-Direttiva 77/93/KEE.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li malli jirċievu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-korp uffiċjali responsabbli msemmi għandu jirrekordja din l-applikazzjoni f’reġistru uffiċjalit ta’ l-applikazzjonijiet u għandu jifli t-tagħrif mogħti fil-formola ta’ l-applikazzjoni.

3. Il-korpi uffiċjali responsabbli msemmija għandhom jelenkaw kull produttur, maħżen kollettiv, ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur imsemmija fil-paragrafu 1, fir-reġistru uffiċjali msemmi fl-istess paragrafu, taħt numru ta’ reġistrazzjoni individwali li jagħmel possibbli l-identifikazzjoni tagħhom rispettiva, ladarba l-korpi uffiċjali responsabbli msemmija jkunu stabbilew li l-produttur, il-maħżen kollettiv, iċ-ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur huwa f’qagħda u jridu jħarsu l-obbligi imwaqqfa fl-Artikolu 2(2) u dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3.

4. F’dawk il-każijiet, fejn, wara l-fili msemmi fil-paragrafu 2 ikun maħsub li l-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(2) mhux se jkunu mħarsa, il-korpi responsabbli msemmija m’ għandhomx jelenkaw il-prodotti, l-imħażen kollettivi, iċ-ċentri tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur fir-reġistru uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 sakemm il-paragrafu 3 ma jkunx jgħodd.

5. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elenkar għandu jkun emendat jew imġedded, kif xieraq, jekk il-produttur, il-maħżen kollettiv, iċ-ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur imsemmi fil-paragrafu 1 jiddeċidi li jagħmel attivitajiet flimkien ma’, jew minflok, dawk li għalihom kien elenkat fil-bidu.

6. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi responsabbli msemmija jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk l-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(2), u fejn xieraq l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3, ma jibqgħux jiġu mħarsa.

7. Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 6 għandha titneħħa malli jkun ġie stabbilit li l-produttur, il-maħżen kollettiv, iċ-ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur x’aktarx, fil-futur, se jħares il-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li taħt il-proċedura tar-reġistrazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1, kull produttur, maħżen kolletiv, ċentru tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur ikkonċernat għandu jkun suġġett għall-obbligi mwaqqfa fil-paragrafu 2, mingħajr preġudizzju għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 u fl-Artikolu 3.

2. L-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kif ġej, mingħajr preġudizzju għal dawk diġà mwaqqfa fid-Direttiva 77/93/KEE:

(a) li jżommu pjanta aġġornata tal-fond li fih pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra jkunu mkabbra, maħduma, maħżuna miżmuma jew użati mill-produttur jew imħażen kollettivi jew ċentri tad-dispaċċ, persuna jew importatur imsemmija fl-Artikolu 1(1), jew b’xi mod ieħor ikunu jinsabu hemm;

(b) li jżommu rekord, bil-għan li jkollhom tagħrif sħiħ disponibbli għall-korpi uffiċjali responsabbli msemmija, fuq pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra,

- ikunu xtraw għall-ħżin jew taħwil fuq il-fond,

- fil-produzzjoni, jew

- mibgħuta lil oħrajn,

u li jżommu dokumenti relatati ta’ l-anqas għal sena;

(ċ) li jkunu disponibbli personalment jew li jiddelegaw persuna oħra b’esperjenza teknika fil-produzzjoni tal-pjanti u materji relatati mas-saħħa tal-pjanti, biex jikkomunika mal-korpi uffiċjali responsabbli msemmija;

(d) li jwettqu osservazzjonijiet viżwali kif meħtieġ u fi żminijiet xierqa, u f’manjiera stabbilita fi struzzjonijiet ta’ linji ta’ gwida mogħtija mill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija;

(e) li jiżguraw aċċess għal persuni intitolati li jaġixxu għall-korpi uffiċjali responsabbli msemmija, b’mod partikolari għall-ispezzjoni u/jew teħid ta’ kampjuni, u għar-rekords imsemmija fil-punt (b) u dokumenti relatati;

(f) li b’mod ieħor jikkoperaw mal-korpi uffiċjali responsabbli msemmija.

3. Obbligi addizzjonali ta’ natura ġenerali jistgħu jiġu mwaqqfa biex titħaffef il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-pjanti fil-fond; dawn għandhom ikunu fil-limiti tal-liġi nazzjonali u jistgħu iqisu d-dettalji tal-produzzjoni u, fejn xieraq kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni, b’mod partikolari t-tip ta’ prodott, il-lokazzjoni, id-daqs, il-ġestjoni, il-ħaddiema u t-tagħmir.

Artikolu 3

Il-produttur, l-imħażen kollettivi, iċ-ċentri tad-dispaċċ, persuna oħra jew importatur elenkat għandhom iħarsu, fuq talba tal-korpi uffiċjali responsabbli msemmija, obbligi speċifiċi relatati ma’ l-istima jew titjib tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-pjanti tal-fond u biex jissalvagwardjaw l-identità ta’ materjal sakemm il-passaport tal-pjanti ikun mehmuż skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 77/93/KEE; dawn l-obbligi speċifiċi jintgħu jinkludu attivitajiet bħalma huma fili speċjali, teħid ta’ kampjuni, iżolazzjoni, tnaqqija, trattament, distruzzjoni u tikkettjar u kull miżura oħra li tkun speċifikament meħtieġa taħt l-Anness IV, parti A, sezzjoni II, jew l-Anness IV, parti B, fejn xieraq, tad-Direttiva 77/93/KEE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità ma’ l-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(2) billi jgħarblu minn żmien għal żmien, ta’ l-anqas darba fis-sena, ir-rekords u d-dokumenti relatati kif deskritt fl-Artikolu 2(2)(b).

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fid-data msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/683/KEE [3]. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili meta jkunu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jittieħdu mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membrgħandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1992.

Għall-Kummissjoni,

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 70, tas-17.3.1992, p. 27.

[3] ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 29.

--------------------------------------------------

Top