EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0065

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

OJ L 268, 14.9.1992, p. 54–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 045 P. 53 - 71
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 045 P. 53 - 71
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 013 P. 154 - 174
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 011 P. 143 - 162
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 011 P. 143 - 162
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 013 P. 133 - 151

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/65/oj

31992L0065



Official Journal L 268 , 14/09/1992 P. 0054 - 0072
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0053
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0053


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE

tat-13 ta’ Lulju 1992

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi annimali ħajjin u prodotti ta’ origini mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti bħal dawn jikkostitwixxu sorsi ta’ introjtu ta’ parti mill-popolazzjoni ta’ l-irziezet;

Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali f’dan is-settur u żieda fil-produttività, regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali u l-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri u intenzjonati biex ikun stabbilit is-suq intern progressivament matul perjodu li jeskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi minħabba l-għanijet msemmija hawn fuq il-Kunsill kien stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li huma applikabbli għall-merħliet ta’ baqar, majjali, nagħaġ u mogħoż, taż-żwiemel, tjur u bajd tat-tfaqqis, ħut u prodotti tal-ħut, molluski bivalvi, semen tal-barrin u ħnieżer tar-refgħa, embrijuni tal-majjali, laħam frisk, laħam tat-tjur, prodotti tal-laħam, laħam tal-kaċċa u laħam tal-fniek;

Billi r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu adottati għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għadhom m’humiex koperti bir-regoli msemmija hawn fuq;

Billi disposizzjonijiet għandhom isiru għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizju għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembri 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi Ipperikolati ta’ Fawna u Flora slavaġġ [4];

Billi, f’dak li jirrigwardja l-aspetti tekniċi, għandha ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer [5] u Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1988 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [6];

Billi, f’dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni ta’ verifiki u s-segwiment tagħha, kif ukoll għal miżuri ta’ salvagwardji li għandhom ikunu implementati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterenarji u zooloġiċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju għal ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [7];

Billi, ħlief fejn hemm ipprovdut mod ieħor, kummerċ f’annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandu jkun illiberalizzat, mingħajr preġudizzju għal rikors lejn miżuri possibbli ta’ salvagwardja;

Billi, minħabba r-riskju sinifikanti tat-tixrid ta’ mard li l-annimali huma esposti għalih, għal ċerti annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali ħtiġijiet partikolari għandhom ikunu speċifikati biex ikunu imposti meta dawn ikunu mqiegħda fis-suq għal skopijiet ta’ kummerċ, partikolarment meta intenzjonati lejn reġjuni bi status għoli tas-saħħa;

Billi s-sitwazzjoni speċifika li tappartjeni għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fl-Irlanda minħabba l-pożizzjoni insulari ta’ dawn il-pajjiżi, u l-fatt li dawn ilhom ħielsa mill-marda tar-rabja għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, jitlob disposizzjonijiet partikolari biex jassiguraw li t-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ klieb u qtates li ma jkunux oriġinaw f’dawk il-pajjiżi ma jkunux jinvolvu riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tar-rabja f’dawk l-Istati, mingħajr b’dana kollu ma taffettwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fil-fruntieri bejn Stati Membri;

Billi ċertifikat tas-saħħa huwa l-aktar mezz xieraq biex jiggarantixxi u jissorvelja l-konformità ma dawn il-ħtiġijiet;

Billi, biex tinżamm is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-Komunità, meta l-annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva jkunu mqiegħda fis-suq, dawn għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġijiet minimi meħtieġa għal kummerċ u konformità magħha li jkunu ssorveljati bi qbil mal-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tipprovdi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [8];

Billi għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterenarju;

Billi l-limitu ta’ żmien għat-trasposizzjoni f’liġi nazzjonali, iffissat għall-1 ta’ Jannar 1994 fl-Artikolu 20 m’għandux jaffetwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 1993,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Disposizzjonijiet ġenerali

L- Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li ma humiex suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ Regolament (KEE) Nru 3626/82.

Din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali applikabbli lejn annimali mrobbija għal gost, għalkemm ir-retenzjoni tagħhom ma tistax tfixkel l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fil-fruntieri bejn Stati Membri.

L- Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "kummerċ" ifisser kummerċ kif definit fl-artikolu 2 (3) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) "annimali" tfisser kampjuni ta’ speċi ta’ annimali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE [9], 90/539/KEE [10], 91/67/KEE [11], 91/68/KEE [12]; 91/492/KEE [13]; u 91/493/KEE [14];

(c) "korp, istitut jew ċentru approvat" ifisser xi stabbiliment permanenti ġeografikament limitat, approvat bi qbil ma Artikolu 13, fejn wieħed jew aktar speċi ta’ annimali jkun abitwalment miżmum u mrobbi, sew jekk għal finijiet kummerċjali u anki jekk le, u esklussivament għal wieħed jew aktar minn dawn l-iskopijiet:

- wiri ta’ l-annimali u edukazzjoni tal-pubbliku;

- konservazzjoni ta’ l-ispeċji;

- riċerka xjentifika bażika jew applikata jew trobbija ta’annimali għall-iskopijiet ta’ riċerka bħal din;

(d) "marn natifikabbli" jfisser il-mard imniżżel fl-anness A.

2. B’żieda, id-definizzjonijiet, apparti minn dawk ta’ ċentri jew korpi approvati, li jinstabu fl-artikolu 2 ta’ Direttivi 64/432/KEE, 91/67/KEE u 90/539/KEE għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis

IL-KAPITOLU II

Disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kummerċ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, ma jkunx ipprojbit jew ristrett minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali apparti minn dawk li jinħolqu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn leġislazzjoni tal-Komunità, u partikolarment xi miżuri ta’ salvagwardja li jkunu ttieħdu.

L- Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, għall-iskopijiet biex ikun applikat l-Artikolu 4(1)(a) ta’ Direttiva 90/425/KEE, l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-Direttiva jistgħu mingħajr preġudizju għall-Artikolu 13 u partikolarment għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 24, ikunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli 5 sa 10 u jkunu ġejjin minn oqsma jew negozji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(1) u (3) ta’ din id-Direttiva li huma rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u li jkunu intrabtu li:

- jaraw li l-annimali jkunu eżaminati regolarment bi qbil ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 90/425/KEE,

- jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti, apparti minn meta tfaqqa’ xi marda notifikabbli, bit-tfaqqiegħ tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness B li dwaru l-Istat Membru kkonċernat ikun ħejja programm ta’ kontroll u monitoraġġ,

- li jkunu konformi mal-miżuri speċifiċi nazzjonali biex jikkontrollaw mard li jkun ta’ importanza partikolari għal xi Stat Membru speċifiku u li huwa kopert bi programm imħejji bi qbil ma Artikolu 14 jew deċiżjoni permezz ta’ Artikolu 15(2),

- li jqegħdu fis-suq għall-iskopijiet ta’ kummerċ, annimali biss li ma juru l-ebda sinjali ta’ mard u li jkunu ġejjin minn oqsma jew żoni li ma humiex suġġetti għal xi projbizzjoni fuq il-bażi ta’ saħħa ta’ annimali u li f’dak li jirrigwardja annimali li ma jkunux akkumpanjati b’ċertifikat ta’ saħħa jew dokument kummerċjali li hemm provvediment dwaru fl-Artikoli 5 sa 11, l-annimali biss li jkunu akkumpanjati b’ċertifikazzjoni minnu stess mill-operatur li jiddikjara li l-annimali f’dak il-każ ma jkunux fil-waqt tal-konsenja juru xi sinjali ovvji ta’ mard u li l-qasam tiegħu ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali,

- ikunu konformi mal-ħtiġijiet li jassiguraw il-benessere ta’ l-annimali miżmuma.

L- Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kummerċ f’xadini (apes) (simiae u prosimiae) huwa ristrett biss għal annimali ikkonsenjati minn u lejn korp, istitut jew ċentru approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru bi qbil ma’ l-Artikolu 13 u li annimali bħal dawk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li jikkorrispondi għal mudell fl-Anness E, dikjarazzjoni li fiha għandu jkun mimli mill-korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini offiċjali veterinarju biex jiggarantixxi s-saħħa ta’ l-annimali.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’, bħala deroga mill-paragrafu 1, tawtorizza l-kisba minn korp, istitut jew ċentru approvat ta’ xadini li jappartjeni lill-individwu.

L- Artikolu 6

A. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, Stati Membri għandhom jassiguraw li ungulati ta’ speċji apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE u 91/68/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk dawn jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:

1. ġeneralment dawn:

(a) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) m’għandhomx ikunu intenzjonati għall-qatla permezz ta’ programm għall-eradikazzjoni ta’ mard infettuż;

(ċ) m’għandhomx ikunu ngħataw tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tad-Direttiva 85/511/KEE u l-Artikolu 4a ta’ Direttiva 64/432/KEE;

(d) iridu jkunu ġejjin minn qasam li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx suġġett għal xi miżuri dwar saħħa ta’ l-annimali, partikolarment dawk meħuda permezz ta’ Direttivi 85/511/KEE, 80/217/KEE [15] and 91/68/KEE u li jkunu nżammu hemmhekk permanenti sa mit-twelid jew għall-aħħar tletin jum qabel il-konsenja;

(e) jekk importati:

- iridu jkun ġejjin minn pajjiż terz inkluż f’kolonna msemmija ‘ungwati oħra’ li għandha tiddaħħal fil-lista mħejjija bi qbil ma’ l-Artikolu 3 ta’ Direttiva 72/462/KEE [16],

- għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ saħħa ta’ l-annimali, li għandhom ikunu meħtieġa permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26, li huma mill-anqas ekwivalenti għall-ħtiġijiet ta’ dan l-Artikolu;

(f) għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat korrispondenti għal mudell mogħti fl-Anness E li jġib din id-dikjarazzjoni segwenti:

"Dikjarazzjoni

1. Jiena, li hawn taħt iffirmajt (uffiċjal veterinarju) niċċertifika li r-ruminant/suida [17] apparti minn dak kopert bid-Direttiva 64/432/KEE:

(a) li jappartjeni għall-ispeċi…;

(b) filwaqt ta’ l-eżami, ma jurix xi sinjal kliniku ta’ xi mard li għaliex huwa suxxettibbli;

(ċ) ġej minn merħla/razzett li uffiċjalment huwa ħieles minn tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi jew minn merħla/razzett li ma humiex suġġetti għar-restrizzjonijiet tal-marda tal-ħnieżer [18] jew minn razzett fejn kien suġġett b’riżultati negattivi għat-testijiet meħtieġa fl-Artikolu 6 (2)(a)(ii) ta’ Direttiva 92/65/KEE."

;

2. fil-każ ta’ ruminanti:

(a) dawn iridu jkunu ġejjin minn merħla li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE jew Direttiva 91/68/KEE u jissodisfaw, f’dak li jirrigwardja r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, il-ħtigijiet relevanti meħtieġa għal speċji bovini fl-Artikolu 3(2)(ċ), (d), (f), (g) u (h) tad-Direttiva 64/432/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/68/KEE;

(b) meta ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa f’(a), huma jridu jkunu ġejjin minn qasam li fih l-ebda każ ta’ bruċellożi jew tuberkolożi ma jkunx ġie rreġistrat fit-42 jum li jippreċedu t-tagħbija ta’ l-annimali u li fihom ir-ruminanti, matul it-30 jum ta’ qabel il-konsenja tagħhom, ikunu sofrew xi riżultati negattivi:

- test ta’ reazzjoni tat-tuberkolożi, u

- test iddisinjat biex juri n-nuqqas ta’ antikorpi tal-bruċellożi.

Il-ħtiġijiet f’dak li jirrigwardja dawn it-testijiet u d-definizzjoni ta’ l-istatus tat-tuberkolożi u bruċellożi ta’ dawn l-oqsma għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva.

Sakemm iseħħu d-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fis-sub-paragrafu preċedenti, regoli nazzjonali għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, partikolarment f’dak li jirrigwardja tuberkolożi;

3. fil-każ ta’ suidae:

(a) dawn ma jridux ikunu ġejjin minn qasam li huwa suġġett għal miżuri ta’ projbizzjoni marbuta mal-preżenza ta’ marda Afrikana tal-ħnieżer bi qbil ma’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 64/432/KEE;

(b) iridu jkunu ġejjin minn qasam li ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva 80/217/KEE bħala riżultat tal-marda klassika tal-ħnieżer;

(ċ) iridu jkunu ġejjin minn qasam ħieles mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE u jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali kif meħtieġa fid-Direttiva 64/432/KEE;

(d) meta ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa f’(ċ), dawn għandhom, fit-30 jum ta’ qabel il-konsenja tagħha, ikunu għaddew b’riżultati negattivi minn test iddisinjat biex juri l-assenza ta’ antikorpi ta’ bruċellożi.

B. Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(b) u (ċ), għal annimal(i) bovini’ aqra "annimal(i) ta’ l-ispeċji bovini (inklużi Bubalus bubalus)";

2. Is-segwenti Artikolu qed jiddaħħal:

"L- Artikolu 10a

Skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 12, iċ-ċertifikati tas-saħħa, li mudell tagħhom huwa riprodott fl-Anness F, jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati, partikolarment sabiex jingħata każ tal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/65/KEE."

L- Artikolu 7

A. Stati Membri għandhom jassiguraw li għasafar apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 90/539/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jilħqu dawn il-ħtiġijiet segwenti:

1. ġeneralment dawn għandhom:

(a) ikunu ġejjin minn oqsma li fihom l-influwenza avjana ma tkunx ġiet dianjostikata fit-30 jum li jippreċedu l-konsenja;

(b) ikunu ġejjin minn razzett jew żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet permezz ta’ miżuri li għandhom ikunu applikati biex jikkumbattu l-marda Newcastle.

Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/539/KEE, ħtiġijiet nazzjonali biex jikkumbattu l-marda Newcastle għandhom jibqgħu jiġu applikati, b’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(ċ) ikunu, bi qbil mat-tielet subinċiż ta’ Artikolu 10 (1) ta’ Direttiva 91/496/KEE, kienu fi kwarantina, jekk huma kienu ġew impurtati minn pajjiż terz, fir-razzett li fih kienu meħuda wara li jkunu daħlu fit-territorju tal-Komunità;

2. b’żieda, psittacidae għandhom:

(a) ma jkunux ġejjin minn razzett, lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-psittacois (Chlamydia psittaci) tkun ġiet dianostikata.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni sa mill-aħħar każ irreġistat u l-perjodu ta’ trattament taħt superviżjoni veterinarja rikonoxxuta permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandu jkun ta’ mill-anqas xahrejn;

(b) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE.

Il-metodi għall-identifikazzjoni ta’ psittacidae, u partikolarment psittacidae morda, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26;

(ċ) ikun akkumpanjat b’dokument kummerċjali iffirmat minn uffiċjal veterinarju jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett jew in-negozju ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti.

B. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) ta’ Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna s-saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek jew laħam tal-kaċċa li jkun trabba fi rziezet [19], il-kliem ‘i ratites (Ratitae)’ għandhom ikunu mdaħħla fit-tielet linja wara l-kliem "Direttiva 90/539/KEE".

F’punt 1 ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarja fi, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis [20], il-kliem ‘u ratiti (Ratitae)’ għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem ‘u ħġejjel.’

L- Artikolu 8

Stati Membri għandhom jassiguraw li naħal (Apis melifera) jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ikunu ġejjin minn żona li ma tkunx suġġetta għal ordni ta’ projbizzjoni assoċjata ma’ ġrajja tal-foulbrood Amerikana.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jibqa’ għal mill-anqas 30 jum wara l-aħħar każ irreġistrat u d-data li fiha x-xehdiet kollha f’raġġ ta’ tliet kilometri jkunu ġew eżaminati mill-awtorità kompetenti u x-xehdiet kollha infettati maħruqa jew ittrattati u spezzjonati għas-sodisfazzjon ta’ l-imsemmija awtorità kompetenti.

Bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26, u wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-ħtiġijiet applikati lin-naħal (Apis melifera) jew ħtiġijiet ekwivalenti jistgħu jkunu applikati fuq naħal komuni;

(b) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti mal-mudell fl-Anness E tad-dikjarazzjoni li għandha tkun mimlija mill-awtorità kompetenti biex jiċċertifika li l-ħtiġijiet ipprovduti f’(a) jkunu ġew milħuqa.

L- Artikolu 9

1. Stati Membri għandhom jassiguraw li lagomorfi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ma jkunux ġejjin minn jew ma kinux f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew tkun issuspettata li kienet preżenti matul l-aħħar xahar;

(b) iridu jkunu ġejjin minn razzett li fih l-ebda annimal ma juri sinjali kliniċi ta’ myxomatosis.

2. Stati Membri li jenħtieġu ċertifikat tas-saħħa għal movimenti ta’ lagomorfi fit-territorju tagħhom jistgħu jenħtieġu li annimali li jkunu mibgħuta hemmhekk li jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrespondenti għal mudell fl-Anness E, issupplimentat b’din id-dikjarazzjoni segwenti:

"Jiena, li hawn taħt iffirmajt…niċċertifika li l-konsenja t’hawn fuq tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard meta kienu ġew eżaminati."

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti u għat-tnissil industrijali, mill-veterinarju uffiċjali. Stati Membri li jixtiequ jużaw din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li għandha tassigura li l-ħtieġa li hemm ipprovduta fl-ewwel paragrafu tkun ġiet sodisfatta.

3. L-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jinħtieġu s-sottomissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiggarantixxi l-ħtieġa pprovduta fil-paragrafu 1(a) tkun ġiet sodisfatta.

L- Artikolu 10

1. Stati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm projbizzjoni fuq kummerċ tan-nemes, mink u volpi li jkunu ġejjin minn jew li kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew li jkun issuspettat li kienu preżenti fis-sitt xhur preċedenti, hekk li l-ebda programm ta’ tilqim ma jkun applikat.

2. Li jkunu s-suġġett ta’ kummerċ, bl-eċċezzjoni ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, klieb u qtates għandhom jissodisfaw dawn il-ħtigijiet segwenti:

(a) annimali li jkollhom età ta’ aktar minn tliet xhur għandhom:

- ma juru l-ebda sinjal ta’ mard, u partikolarment ta’ mard li jittieħed ta’ l-ispeċi, fil-jum li fih ikunu mibgħuta mill-razzett,

- ikollhom marka b’tattoo jew ikollhom sistema ta’ identifikazzjoni b’mikro-chip li tkun impjantata bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26,

- kienu wara l-età ta’ tliet xhur, ingħataw tilqima kontra l-marda tar-rabja b’injezzjoni ta’ tisħiħ annwali jew, f’intervalli awtorizzati mill-Istati Membri għal dik it-tilqima, b’injezzjoni ta’ tilqima inattiva ta’ mill-anqas unità waħda ta’ antiġenika internazzjonali (standard WHO) imkejla skond it-test ta’ attività bil-metodu deskritt mill-Pharmacopeia Ewropea u rikonoxxuta permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

It-tilqima għandha tkun iċċertifikata minn veterinarji uffiċjali jew mill-veterenarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti. Iċ-ċertifikat ta’ tilqima għandu jkollu l-isem tat-tilqima u n-numru tal-lot (jekk possibbli karta nkollata minnha nnifisha):

- klieb iridu jkunu ġew imlaqqma kontra d-distemper tal-klieb,

- ikunu akkumpanjati b’passaport individwali li jippermetti li l-annimal ikun identifikat mingħajr tbatija u li juri d-dati tat-tilqima u/jew ċertifikat li jikkorrispondi mal-mudell muri fl-Anness E miżjud b’din id-dikjarazzjoni segwenti mimlija minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u mogħti l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti:

"Jiena, li hawn taħt iffirmajt… niċċertifika li l-qtates/klieb koperti b’dan iċ-ċertifikat jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 10(2)(a) u (b) u (3)(b) tad-Direttiva92/65/KEE [21] u li huma ġejjin minn razzett li fih l-ebda każ ta’ marda tar-rabja ma kien ġie rreġistrat matul dawn l-aħħar sitt xhur."

;

(b) annimali li jkollhom età ta’ anqas minn tliet xhur għandhom:

- jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ l-ewwel u l-ħames subinċiżi ta’ (a),

- li ma jkunux ġejjin minn razzett li jkun suġġett għal restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ annimali minħabba raġuni tas-saħħa ta’ l-annimali,

- ikunu twieldu fir-razzett ta’ oriġini u jkunu nżammu fil-kattività sa mit-twelid.

3. Sa mill-1 ta’ Lulju 1994, bħala deroga mill-paragrafu 2, it-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ qtates u klieb li ma joriġinawx f’dawk il-pajjiżi għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet segwenti:

(a) ġeneralment, qtates u klieb għandhom:

(i) ikunu ġejjin minn razzett irreġistrat, li r-reġistrazzjoni tiegħu għandha tkun sospiża mill-awtorità kompetenti meta l-kondizzjonijiet provduti fl-Artikolu 4 ma jkunux aktar milħuqa;

(ii) fil-jum li fih ikunu mibgħuta mir-razzett f’dak il-każ, ma juru l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed;

(iii) ikunu ġew ipprovduti b’sistema ta’ identifikazzjoni bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26;

(iv) ikunu twieldu fir-razzett u jkunu nżammu fil-kattività hemm sa mit-twelid tagħhom bl-ebda kuntatt ma’ annimali slavaġġ li huma suxxettibbli għall-marda tar-rabja;

(v) fil-każ ta’ klieb, ikunu rċevew it-tilqima kontra d-distemper tal-klieb;

(vi) ikunu trasportati b’mezzi ta’ trasport rikonoxxut għal dawn l-iskopijiet mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-konsenja;

(vii) ikunu akkumpanjati b’reġistrazzjoni individwali ta’ tilqima li tippermetti li l-annimal u l-oriġini tiegħu jkunu identifikati b’mod ċar u juru d-dati tat-tilqima, u b’ċertifikat li jikkorrispondi mal-mudell li għandu jkun imħejji skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26 u jkun mimli minn veterinarji uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti;

(b) b’żieda, dawn għandhom:

(i) jew kienu ngħataw tilqima kontra l-marda tar-rabja wara l-età ta’ tliet xhur u mill-anqas sitt xhur qabel il-konsenja b’injezzjoni ta’ tilqima inattivata ta’ mill-anqas unità waħda ta’ antiġenika internazzjonali (norma WHO) imkejla skond it-test ta’ attività bil-metodu deskritt mill-Pharmacopeia Ewropea u rikonoxxuta permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26, b’injezzjoni annwali ta’ tisħieħ, jew f’intervalli awtorizzati mill-Istat Membru ta’ konsenja għal dik it-tilqima.

It-tilqima għandha tkun iċċertifikata minn veterinarji uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għar-razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti. Iċ-ċertifikat ta’ tilqima għandu jkollu l-isem tat-tilqima u n-numru tal-lot (jekk possibbli karta nkollata minnha nnifisha).

Aktar minn hekk, ikunu għaddew minn, wara t-tilqima, test seroloġiċi li juri antikorp titre protettiv ta’ mill-anqas 0,5 unitajiet internazzjonali, liema test seroloġiku jkun imwettaq bi qbil ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-WHO. Jekk it-test ikun imwettaq wara l-ewwel tilqima għandu jkun imwettaq bejn l-ewwel u t-tielet xhar ta’ wara t-tilqima.

(ii) jew, meta l-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom f’(i) ma jkunux milħuqa, jintbagħtu taħt superviżjoni ta’ stazzjon ta’ kwarantina approvat mill-Istat Membru tad-destinazzjoni biex jgħaddu perjodu ta’ sitt xhur ta’ kwarantina.

Sa l-1 ta’ Lulju 1994, regolamenti nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-marda tar-rabja għandhom jibqgħu eżistenti, għakemm din iż-żamma ma tistax taffettwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq il-fruntieri bejn Stati Membri.

4. L-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, iżommu r-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kwarantina tal-karnivori kollha, l-primati, friefet il-lejl u l-annimali l-oħra kollha li huma suxxettibbli għal marda tar-rabja koperti b’din id-Direttiva li ma jistgħux ikunu murija li jkunu twieldu fir-razzett ta’ l-oriġini u nżammu fil-kattività sa mit-twelid, għalkemm ir-ritenzjoni ta’ dawk ir-regolamenti ma jistgħux joħolqu tfixkil għall-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq il-fruntieri bejn Stati Membri.

5. Deċiżjoni 90/638/KEE hija emendata kif ġej:

1. dan is-subinċiż li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 1:

"— għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja: il-kriterji provduti fl-Anness III."

2. dan l-Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS III

Kriterji għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja

Programmi għal kontroll tal-marda tar-rabja għandhom mill-anqas ikun fihom:

(a) il-kriterji li hemm referenza dwarha f’punti 1 sa 7 ta’ l-Anness 1:

(b) informazzjoni ddettaljata rigward ir-reġjun jew reġjuni li dwarhom immunizzazzjoni orali ta’ volpi tkun seħħet bil-limiti naturali tagħha. Dan ir-reġjun jew dawn ir-reġjuni għandhom ikopru mill-anqas 6000 km2 taż-żona nazzjonali totali ta’ Stat Membru u jistgħu jinkludu żoni ta’ biswit ta’ pajjiż terz;

(ċ) informazzjoni ddettaljata rigward it-tilqim li għandhom ikunu użati, is-sistema ta’ distribuzzjoni, id-densità u l-frekwenza ta’ kif tkun tqiegħdet in-nasba;

(d) fejn xieraq, id-dettalji kollha u n-nefqa u l-iskop ta’ skemi biex jikkonservaw jew jippreżervaw flora u fawna li jkunu ttieħdu minn organizzazzjonijiet volontarji fit-territorju kopert b’dawn il-proġetti.

"

6. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jinnomina istitut speċifiku biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għas-standardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi u għandu jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu.

7. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż ta’ l-applikazzjoni tat-test seroloġiku jkunu merfugħa mill-importaturi.

8. Dan l-Artikolu, u partikolarment l-applikazzjoni tat-test seroloġiku li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 3 (b), ikun revedut qabel l-1 ta’ Jannar 1997 fid-dawl ta’ żviluppi fis-sitwazzjoni tal-marda tar-rabja fl-Istati Membri.

L- Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 21 u 23, semen, ova u embrijuni biss li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 2, 3 u 4 huma s-suġġett ta’ kummerċ.

2. Semen ta’ ovini, kaprini u speċi ekwini għandhom, mingħajr preġudizzju għal xi kriterji li għandu jkun hemm konformità magħhom għad-dħul ta’ ekwidi f’kotba ta’ żwiemel tat-tkattir tar-razza għal ċertu tnissil speċifiku:

- ikunu ġew miġbura u pproċessati bl-għan ta’ inseminazzjoni artifiċjali f’ċentru approvat mill-lat tas-saħħa bi qbil ma’ l-Anness D (I), jew, fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini bħala deroga minn hawn fuq, f’razzett li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/68/KEE,

- ikunu ġew miġbura minn annimali li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness D (II) (dhul u verifiki ta’ rutina ta’ annimali),

- ikun ġew miġbura, ipproċessati u ppreservati bi qbil ma’ l-Anness D (III),

- kienu akkumpanjati matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond ma hemm ipprovdut fl-Artikolu 26.

3. Ova u embrijuni ta’ ovini/kaprini u speċi ekwini u ta’ majjali għandhom:

- kienu ġew imneħħija minn grupp ta’ ġbir approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru u pproċessati f’laboratorju approvat minn donaturi tas-sess femminil li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness D (IV),

- ikun ġew ittrattati u maħżuna bi qbil ma’ l-Anness D (III),

- ikunu akkumpanjati matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

Semen użat għall-inseminazzjoni ta’ donaturi femminili għandu jkun konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ nagħaġ, mogħoż u ekwidi u mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 90/429/KEE fil-każ ta’ majjali. Xi garanziji addizzjonali jistgħu jkunu ddeterminati skond il-proċedura provduta fl-Artikoli 26.

4. Qabel il-31 ta’ Diċembru 1997 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport flimkien ma’ xi proposti xierqa dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-L-Artikolu fid-dawl partikolarment ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

L- Artikolu 12

1. Ir-regoli dwar verifiki stabbiliti bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu applikabbli, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment ta’ verifiki li għandhom ikunu mwettqa, fuq l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva li huma akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa. Annimali oħra jridu jkunu ġejjin minn oqsma suġġetti għall-prinċipji ta’ dik id-Direttiva f’dak li jirrigwarda verifiki ta’ oriġini u destinazzjoni.

2. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika lejn annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva.

3. Għall-iskop ta’ kummerċ, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu jkun estiż għal negozjanti li jżommu, fuq bażi permanenti jew okkażjonali, annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7, 9 u 10.

4. Il-komunikazzjoni tal-post ta’ destinazzjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 90/425/KEE għandu, fir-rigward ta’ annimali, semen, ova jew embrijuni akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa bi qbil ma’ din id-Direttiva, jseħħ bl-użu tas-sistema Animo.

5. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha, meta jkollha suspett li ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva jew li jkun hemm dubju dwar is-saħħa ta’ l-annimali jew il-kwantità tas-semen, l-ova jew l-embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, twettaq xi verifiki li hi tħoss li jkunu xierqa.

6. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa biex jippenalizzaw xi ksur ta’ din id-Direttiva, partikolarment meta jinstab li ċ-ċertifikati jew dokumenti mħejjija ma jkunux jikkorrispondu ma’ l-istat attwali ta’ l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, li l-identifikazzjoni ta’ l-annimali jew prodotti f’dak il-każ ma jkunux għaddew mill-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

L- Artikolu 13

1. Kummerċ f’annimali li huma suxxettibbli għal mard li hu mniżżel fl-Anness A jew għal mard li hu mniżżel fl-Anness B, meta l-Istat Membru tad-destinazzjoni japplika l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 14 u 15, il-kummerċ f’semen, ova jew embrijuni ta’ annimali bħal dawn ikkonsenjati lejn u minn korpi, istitutjiet jew ċentri approvati bi qbil ma’ l-Anness Ċ għandhom ikunu s-suġġett ta’ dokument ta’ produzzjoni jew trasport li jkun jikkorrespondi mal-mudell fl-Anness E. Dan id-dokument, li għandu jkun mimli mill-veterinarju responsabbli għal korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini, għandu jispeċifika li l-annimali, semen, ova jew embrijuni jkunu ġejjin mill-korp, istitut jew ċentru approvat bi qbil ma’ l-Anness Ċ u għandu jakkumpanjahom matul it-trasport.

2. (a) (a) Biex ikunu approvati, korpi, istitutjiet jew ċentri għandhom, f’dak li jirrigwarda mard notifikabbli, jissottomettu lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru d-dokumenti relevanti kollha bħala sostenn li jirrigwardaw il-ħtiġijiet li jinstabu fl-Anness Ċ.

(b) Wara li tirċievi l-file li jirrigwarda t-talba għall-approvazzjoni jew għal tiġdid ta’ approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha fid-dawl ta’ l-informazzjoni li jkun fiha u, fejn xieraq, tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq il-post.

(ċ) L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-approvazzjoni bi qbil mal-punt 3 ta’ l-Anness Ċ.

(d) Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta’ korpi, istitutjiet u ċentri approvati, flimkien ma’ xi tibdiliet għal-lista. Il-Kummissjoni għandha twassal din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

L- Artikolu 14

1. Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja jew direttament inkella permezz ta’ min irabbi, programm volontarju jew obbligatorju ta’ kontroll jew monitoraġġ għal waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness B, dan jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni u jisħaq partikolarment:

- id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu,

- jekk il-mard ikun notifikabbli,

- ir-raġunijiet għaliex ikun beda l-programm, jittieħed każ ta’ l-effettività tiegħu dwar l-ispejjeż u s-sinifikat tal-marda,

- iż-żona ġeografika li fiha l-programm għandu jkun impost,

- il-kategoriji ta’ status li għandhom ikunu applikati lill-istabbilimenti, il-ħtiġijiet għal kull speċi meta jkunu introdotti f’razzett u l-proċeduri tat-testijiet li għandhom ikunu użati,

- il-programm ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ, inkluża l-medda ta’ l-involviment ta’ min irabbi fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ kontroll jew monitoraġġ,

- l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, razzett jitlef l-istatus tiegħu,

- il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa permezz tal-programm ikunu pożittivi,

- in-natura mhux diskriminatorja ta’ kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Programmi jistgħu jkunu approvati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 b’konformità mal-kriterji provduti fil-paragrafu 1. Permezz ta’ l-istess proċedura, garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ, għandhom ikunu definiti fl-istess waqt jew l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-programmi. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment.

3. Programmi sottomessi minn Stati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Skond l-istess proċedura, jistgħu jsiru emendi għal garanziji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

L- Artikolu 15

1. Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet imniżżla fl-Anness B li dwarha l-annimali koperti b’din id-Direttiva huma suxxettibbli, dan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn, u jeżiġi partikolarment:

- in-natura tal-marda u l-istorja tas-seħħ tagħha fit-territorju tiegħu,

- ir-riżultati ta’ testijiet ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobioloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġiċi,

- il-perjodu li matulu din il-marda kienet notifikabbli lill-awtoritajiet kompetenti,

- il-perjodu li matulu s-sorveljanza tkun imwettqa,

- fejn applikabbli, il-perjodu li matulu t-tilqima kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata bil-projbizzjoni,

- l-arranġamenti għal verifika ta’ l-assenza tal-marda.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni provduta fil-paragrafu 1 u tissottometti lill-Kumitat Permanenti Veterinarju deċiżjoni li tapprova jew tiċħad il-pjan ippreżentat mill-Istat Membru. Jekk il-pjan ikun aċċettat, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ għandhom ikunu definiti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.

Sa kemm isseħħ deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jħalli n-negozjati fil-kummerċ tiegħu l-ħtiġijiet relevanti meħtieġa sabiex iżomm l-istatus tiegħu.

3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdil fil-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti kif imniżżla fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifika bħal din, ikunu emendati jew imneħħija skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26.

IL-KAPITOLU III

Disposizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni fil-Komunità

L- Artikolu 16

Il-kondizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva għandhom mill-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II.

L- Artikolu 17

1. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 16, għandhom ikunu applikabbli d-disposizzjonijiet tal-paragrafi li ġejja.

2. Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:

(a) iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz fuq lista li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-paragrafu 3 (a);

(b) iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi ma’ mudell li għandu jkun imħejji permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta u jiċċertifika li l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu jilħqu l-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 u jkunu ġejjin minn ċentri, korpi, istitutjiet jew ċentri ta’ ġbir approvati li joffru garanziji bħal dawn.

3. Is-segwenti għandu jkun stabbilit permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:

(a) mingħajr preġudizzju għal-lista li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 6(A)(1)(e), lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jipprovdu Stat Membru jew il-Kummissjoni, qabel id-data provduta fl-Artikolu 29, il-garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu II u lista taċ-ċentri ta’ ġbir li dwarhom ikunu jistgħu jagħtu dawk il-garanziji.

Din il-lista proviżorja għandha tkun imħejjija mil-listi ta’ stabbilimenti approvati u spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti la darba l-Kummissjoni tkun ivverifikat li dawn l-istabbilimenti jkunu konformi mal-prinċipji u regoli ġenerali meħtieġa f’din id-Direttiva.

(b) aġġornamenti ta’ dik il-lista fid-dawl tal-verifiki li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 4;

(ċ) il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ saħħa ta’ l-annimali - partikolarment għal protezzjoni tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku - jew garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk li hemm provvediment dwarhom f’Kapitolu II.

4. Il-lista li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3 tista’ tinkludi biss pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi:

(a) li minnhom importazzjoni ma tkunx ipprojbita:

- bħala riżultat ta’ l-eżistenza ta’ waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness A jew xi mard eżotiku ieħor lejn il-Komunità,

- bis-saħħa ta’ l-Artikoli 6, 7 u 14 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/495/KEE u tad-Direttiva 71/118/KEE [22] jew, fil-każ ta’ l-annimali l-oħra koperti b’din id-Direttiva, permezz ta’ deċiżjoni meħudha bi qbil mal-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26, wara li jkun ikkunsidrat l-istat tas-saħħa tagħhom;

(b) li, minħabba l-leġislazzjoni tagħhom u ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta’ spezzjoni, il-poteri ta’ servizzi bħal dawn u tas-superviżjoni li jkunu s-suġġett, jew kienu rikonoxxuti, bi qbil ma’ l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE, bħala li jistgħu jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tagħhom;

(ċ) is-servizzi veterinarji li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tas-saħħa jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II ikunu b’konformità magħhom.

5. Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ikunux jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom iseħħu f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ l-ispiża ta’ xi nefqa f’dan ir-rigward.

6. Sa kemm isseħħ l-organizzazzjoni għall-ispezzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, suġġett għal notifika, permezz tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, dwar xi nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3, li jinstabu matul dawn l-ispezzjonijiet.

L- Artikolu 18

1. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva jkunu importati fil-Komunità biss jekk dawn:

- huma akkumpanjati b’ċertifikat li għandu jkun imħejji mill-veterinarju uffiċjali.

Il-mudell taċ-ċertifikat għandu, jiddependi mill-ispeċi, ikun imħejji skond il-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26,

- ikun issodisfa l-verifiki meħtieġa bid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE [23],

- ikunu għaddew, qabel il-konsenja lejn territorju tal-Komunità, minn verifika minn veterinarju uffiċjali biex jassigura li l-kondizzjonijiet tat-trasport speċifikati fid-Direttiva 91/628/KEE [24] jkunu saru b’konformità tagħha, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ ilma tax-xork u l-għalf,

- ikunu, fil-każ ta’ annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10, inżammu fi kwarantina qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26.

2. Sakemm ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi għal dan l-Artikolu, ir-regoli nazzjonali applikabbli għal importazzjoni minn pajjiżi terzi li dwarhom dawn il-ħtiġijiet ma jkunux ġew adottati fil-livell tal-Komunità għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, sakemm dawn ma jkunux aktar favorevoli minn dawk meħtieġa f’Kapitolu II.

L- Artikolu 19

Is-segwenti għandu jkun deċiż permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:

(a) ħtiġijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, għal importazzjoni fil-Komunità, u n-natura u l-kontenut ta’ dokumenti li jakkumpanjaw annimali intenzjonati għal ġonna żooloġiċi, kummidji, ġonna ta’ divertiment jew laboratorji sperimentali, skond l-ispeċi;

(b) garanziji addizzjonali għal dawk li hemm provvediment dwarhom fir-rigward ta’ speċi varji ta’ annimali koperti b’din id-Direttiva, biex ikunu protetti l-ispeċi kkonċernati tal-Komunità.

L- Artikolu 20

Il-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom japplikaw, b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni ta’ u s-segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u tal-miżuri ta’ salvagwarda li għandhom ikunu implimentati.

Sa kemm ikunu implimentati d-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(3) u Artikolu 30 tad-Direttiva 91/496/KEE, ir-regoli nazzjonali relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (1) u (2) ta’ l-imsemmija Direttiva għandhom jibqgħu jkunu applikati, mingħajr preġudizju għal konformità mal-prinċipji u r-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

IL-KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet Komuni Finali

L- Artikolu 21

Xi kampjuni ta’ ċertifikati applikabbli għal kummerċ u l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu milħuqa biex ikun possibbli għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni apparti minn dawk koperti bl-Artikoli 5 sa 11 għandhom, jekk jinqala’ l-każ, li jkunu ddeterminati permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

L- Artikolu 22

L-Annessi ta’ din id-Direttiva għandhom, meta tinqala’ l-ħtieġa, ikunu emendati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

L- Artikolu 23

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, ħtiġijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa, jekk xieraq, bħala deroga mill-Artikolu 6(A)(ċ)(e) u minn Kapitolu II, għal moviment ta’ annimali tal-kummiedji jew tal-luna park u għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni intenzjonati għal ġonna zooloġiċi.

L- Artikolu 24

1. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu fuq id-dħul fit-territorju tagħhom dawk l-annimali (inkluż għasafar tal-gaġġa), semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Stati Membri li jkollhom rikors lejn il-possibbilità pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

L- Artikolu 25

Dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness A ta’ Direttiva 90/425/KEE:

"Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 54)."

L- Artikolu 26

Meta referenza ssir għall-proċedura li hemm provvediment dwarha f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [25] għandu jaġixxi bi qbil mar-regoli meħtieġa fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/662/KEE.

L- Artikolu 27

Stati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa f’din id-Direttiva f’dak li jirrigwarda movimenti fit-territorju tagħhom ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni li din tkopri, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mill-Artikolu 6(A)(i)(f), Artikolu 8(b) u Artikolu 11(1)(d) fuq bażi reċiproka.

L- Artikolu 28

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, miżuri transitorji jistgħu jkunu adottati għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiffaċilitaw it-trasmissjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b’din id-Direttiva.

L- Artikolu 29

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu b’effett il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta dawn il-miżuri jkunu adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu meħtieġa mill-Istati Membri.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

3. L-iffissar ta’ limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni f’liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizju għall-abolizzjoni tal-verifiki veterinarji fuq il-fruntieri li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 89/662/KEE u 90/425/KEE.

L- Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gummer

[1] ĠU C 327, 30. 12. 1990, p. 57; u ĠU C 84, 2. 4. 1990, p. 102.

[2] ĠU C 38, 19. 12. 1990, p. 134; u ĠU C 149, 2. 18. 1990, p. 263.

[3] ĠU C 62, 12. 3. 1990, p. 47; u ĠU C 182, 23. 7. 1990, p. 25.

[4] ĠU L 384, 31. 12. 1982, p. 1. Kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 197/90 (ĠU L 29, 31. 1. 1990, p. 1).

[5] ĠU L 121, 29. 7. 1964, p. 1977/64. Kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/499/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 107).

[6] ĠU L 315, 26.11.1985, p. 11. Emendat bid-Direttiva 90/423/KEE (ĠU L 224, 18 8. 1990, p. 13.).

[7] ĠU L 224, 18. 8. 1990, p. 29. Kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

[8] ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Emendat b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

[9] Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola l-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42). Emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

[10] Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 t'Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitàja fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis (ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6). L-aħħar emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

[11] Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwa kultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

[12] Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw negozju intra-Komunità f'annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

[13] Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' molluskoli bivavlvi ħajjin (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1).

[14] Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-ħut (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15).

[15] Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontrol tal-marda klassika tal-qżieqeż (ĠU L 47, 21.2.1980, p. 11). L-aħħar emendata b’Direttiva 87/486/KEE (ĠU L 280, 3. 10. 1987, p. 21).

[16] Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa u ta’ ispezzjoni veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, u qżieqeż u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi, (ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28). L-aħħar emendata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 69).

[17] Ħassar kif xieraq

[18] ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 41.

[19] ĠU L 303, 31. 10. 1990, p. 6.

[20] Ħassar kif applikabbli;

[21] Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-kummerċ f’laħam frisk tat-tjur (ĠU L 55, 8.3.1971, p.23). L-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU L 353, 17. 12. 1990, p. 48).

[22] Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56.)

[23] Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ annimali matul it-trasport u temenda Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, 11. 12. 1991, p. 17.)

[24] ĠU L 255, 18. 10. 1968, p. 23.

[25] ĠU L 255, 18. 10. 1968, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS A

MARD NOTIFIKABBLI FIL-KUNTEST TA' DIN ID-DIRETTIVA [1]

Mard | Speċi kkonċernata |

Marda ta' Newcastle, influwenza ta' l-għasafar | Għasafar |

Psittacosis | Psittacidae |

Foulbrood Amerikana | Naħal |

Marda ta' l-ilsien u d-dwiefer | Ruminanti |

Bucellosis (Brucella ssp.) | |

Tuberculosis (tuberkulożi) | |

Marda klassika tal-qżieqeż | Suidae |

Marda Afrikana tal-qżieqeż | |

Marda ta' l-ilsien u d-dwiefer | |

Marda tar-rabja | L-ispeċi kollha suxxettibbli |

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' MARD LI DWARU L-PROGRAMMI NAZZJONALI JISTGĦU JKUNU RIKONOXXUTI PERMEZZ TA' DIN ID-DIRETTIVA

Mink | Enterite virali Mard Alewzjan |

Naħal | Foulbrood Ewropew Varroasus u acariasis |

Xadini u felidi | Tuberkolożi |

Ruminanti | Tuberkolożi |

Lagomorfi | Myxomatosis Mard emoraġiku virali Tularaemia |

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW APPROVAZZJONI TA’ KORPI, ISTITUTI JEW ĊENTRI

1. Sabiex tkun mogħtija l-approvazzjoni uffiċjali permezz ta’ l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva, korp, istituti jew ċentru kif definit fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandu:

(a) ikun kjarament demarkat u separat mill-ambjent ta’ madwaru;

(b) ikun jinstab f’distanza raġjonevoli minn stabbilimenti agrikoli li l-istatus tas-saħħa tagħhom jistgħu jkunu mfixkla bil-preżenza ta’ korp, istitut jew ċentru approvat;

(ċ) ikun taħt il-kontroll ta’ veterinarju [1] li jagħmel monitoraġġ ta’ l-annimali, li għandu jkun jista’ jinqabad, jinqafel u li jitqiegħed f’gaġġa f’kull ħin;

(d) li jkollu faċilitajiet adegwati ta’ kwarantina;

(e) ikollu wieħed jew aktar bini fejn ikun jista’ jipprattika l-eżami ta’ post-mortem;

(f) ikun ħieles mill-mard imniżżel fl-Anness A u, f’dak li jirrigwarda l-mard kopert fil-pajjiż ikkonċernat bi programm bis-saħħa ta’ l-Artikolu 14, tal-mard imniżżel fl-Anness B;

(g) iżomm aġġornati r-reġistri li jindikaw:

- in-numri ta’ annimali għal kull speċi preżenti fl-istabbiliment, b’informazzjoni dwar l-etajiet tagħhom,

- in-numru ta’ annimali li jaslu fl-istabbiliment jew li jitilqu minnu, flimkien ma’ informazzjoni dwar it-trasport tagħhom u s-saħħa ta’ l-annimali,

- osservazzjonijiet magħmula waqt il-perjodu ta’ kwarantina,

- ir-riżultati ta’ eżamijiet regolari ta’ l-eskrementi,

- ir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew xi proċeduri dianjostiċi oħra,

- każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti,

- ir-riżultati tad-dissezzjoni ta’ xi annimali li jmutu fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li jitwieldu mejtin;

(h) li jkollhom faċilitajiet għat-tneħħija xierqa ta’ l-iġsma ta’ annimali li jmutu minn xi marda;

(i) ikunu taħt monitoraġġ ta’ veterinarju uffiċjali li għandu jwettaq mill-anqas żewġ verifiki tas-saħħa kull sena.

Verifiki tas-saħħa għandhom jinkludu mill-anqas:

- ispezzjoni waħda ta’ l-annimali kollha fl-istabbiliment,

- kampjuni rappreżentattivi meħuda mill-ispeċi kollha suxxettibbli għall-mard li hemm referenza għalihom fl-Annesi A u B [2] jew is-sejba ta’ dan il-mard b’metodi oħra. Dawn il-kampjuni għandhom ikunu analizzati minn laboratorju approvat li għandu jivverifika jekk ikollhom aġenti tal-mard għal kull speċi fl-Anness A. Kampjuni jistgħu jittieħdu matul is-sena.

Ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju fuq il-kampjuni meħuda matul il-verifiki tas-saħħa jridu ma jkunu wrew l-ebda evidenza tal-patoġeni f’dak il-każ;

- ir-reġistri ta’ l-eżami li għandhom jinżammu.

2. Approvazzjoni għandha tinżamm meta dawn il-ħtiġijet ikunu milħuqa:

(a) l-annimali miġjuba fl-istabbiliment iridu jkunu ġejjin minn ċentru, istitut jew korp approvat ieħor;

(b) jekk annimali koperti bid-Direttiva 64/432/KEE jkunu miżmuma f’ċentru, istitut jew korp approvat, dawn jistgħu jħallu l-istabbiliment biss permezz ta’ kontroll uffiċjali;

(ċ) verifiki tas-saħħa fiċ-ċentru, istitut jew korp approvat għandhom ikunu mwettqa darbtejn fis-sena, bi qbil ma’ punt 1 (h) ta’ dan l-Anness.

(d) ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju fuq il-kampjun m’għandhom juru l-ebda traċċa ta’ aġenti tal-mard li hemm referenza għalihom fl-Annessi A u B [3];

(e) xi mwiet issuspettati jew il-pre¿enza ta' xi sintomi oħra li jissuġġerixxu li l-annimali jkunu ġew ikkontaminati b'wieħed jew aktar mill-mard li hemm referenza għalihom fl-Annessi A u B (1) għandhom ikunu nnotifikati mingħajr dewmien lejn l-awtorità kompetenti.

3. Tista’ tkun sospiża l-approvazzjoni, restawrata jew imneħħija f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) meta notifika tingħata fit-tifsira ta’ 2 (d) ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha temporanjament tissospendi l-approvazzjoni taċ-ċentru, korp jew istitut approvat;

(b) kampjun meħud minn annimal issospettat jintbagħat lejn il-laboratorju approvat biex isir test dwar il-preżenza tal-patoġeni f’dak il-każ. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom immedjatament jintbagħtu lill-awtorità kompetenti;

(ċ) meta d-dipartiment uffiċjali jkun ġie infurmat b’suspetti rigward il-preżenza ta’ wieħed mill-mardiet li hemm referenza għalihom fl-Annessi A u B (1), għandi jireaġixxi, fir-rigward tat-testijiet tal-laboratorju, l-eżami epiżotoloġika, il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-mard u t-tneħħija ta’ l-approvazzjoni, daqslikieku l-mard kienet ġie nnotifikata, bi qbil mad-Direttiva li tirregola miżuri f’dan il-razzett li għandhom jittieħdu kontra l-mard u l-kummerċ fl-annimali;

(d) meta r-riżultati tat-test ma juru l-ebda tal-patoġeni kkonċernati, l-uffiċjal tad-dipartiment għandu jerġa jgħati l-approvazzjoni;

(e) il-korp, istitut jew ċentru mill-ġdid ikun approvat biss meta, wara eradikazzjoni tas-sorsi ta’ infezzjoni, il-kondizzjonijiet meħtieġa f’punt 1 ta’ dan l-Anness, bl-eċċezzjoni ta’ punt 1 (f), ikunu mwettqa mill-ġdid;

(f) l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bis-sospenzjoni, restawr jew tneħħija ta’ l-approvazzjoni.

[1] Responsabbli għal konformità minn jum għal jum mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva rigward is-saħħa ta’ l-annimali.

[2] Sal-limitu li wieħed minn dan il-mard ikun notifikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

[3] Sal-limitu li wieħed minn dawn il-mardiet ikun notifikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

--------------------------------------------------

ANNESS D

KAPITOLU I

I. 1. Kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni ta’ ċentri għall-ġbir tas-semen

Ċentri għal ġbir ta’ semen għandhom:

1. ikunu mqiegħda taħt is-superviżjoni ta’ ‘veterinarju taċ-ċentru’;

2. ikollhom bini differenti u fiżikament separat għal:

- akkomodazzjoni u l-iżolament ta’ annimali,

- il-ġbir tas-semen,

- tindif u d-disinfettazzjoni tat-tagħmir,

- il-proċessar tas-semen,

- il-ħażna tas-semen;

3. ikun mibni jew miżmum separat b’tali mod hekk li ma jħallix xi kuntatt ma’ annimali l-barra miċ-ċentru;

4. ikollu bini kif deskritt fi 2 li jkun faċilment imnaddaf u ddisinfettat,

II. Kondizzjonijiet għas-superviżjoni ta’ ċentri tal-ġbir ta’ semen

Ċentri għal ġbir ta’ semen għandhom:

1. ikunu sorveljati biex ikun assigurat li annimali biss li s-semen tagħhom sejjer ikunu miġbur jinżammu hemmhekk. Iżda, annimali domestiċi oħra jistgħu jibqgħu f’dawn iċ-ċentri sakemm dawn ikunu jilħqu l-kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa hawn taħt,

2. ikun hemm monitoraġġ tagħhom biex ikun assigurat li reġistru jinżamm li juri

- l-identità ta’ l-annimali preżenti fiċ-ċentru,

- kull moviment ta’ annimali (li jidħlu u joħorġu),

- il-verifiki magħmula dwar is-saħħa,

- l-istorja tas-saħħa,

- id-destinazzjoni tas-semen,

- il-ħażna tas-semen;

3. ikunu spezzjonati mill-anqas darbtejn fis-sena minn veterinarju uffiċjali biex jassigura li l-kondizzjonijiet dwar approvazzjoni u superviżjoni jkunu milħuqa;

4. ikollhom impjegati kompetenti li jkunu rċevew taħriġ adegwat dwar it-teknika tad-disinfettazzjoni u iġene li jippermettu li t-tixrid tal-mard ikun evitat;

5. isir monitoraġġ tagħhom biex ikun assigurat li

- il-ġbir, proċessar u ħażna tas-semen jitwettaq biss fil-bini mħolli għal dawk l-iskopijiet,

- l-utensili kollha li jiġu f’kuntatt mas-semen jew ma’ l-annimal donatur matul il-ġbir jew proċessar ikunu ddisinfettati kif xieraq jew steriliżżati qabel kull użu,

- xi reċipjent għal ħażna jew trasport ta’ semen ikunu disinfettat jew steriliżżat qabel kull użu;

6. ikunu żguri li jużaw:

- prodotti ta’ oriġini minn annimali li jkunu użati fil-proċessar tas-semen (adittivi jew dilwenti) li ma jkunu jippreżentaw l-ebda riskju ta’ saħħa jew li jkunu għaddew minn proċessar preċedenti biex ma jħallux riskji bħal dawn,

- aġent krioġeniku li ma jkunx preċedentament użat għal prodotti oħra ta’ oriġini minn annimal;

7. jassiguraw li l-kwalità ta’ kull semen hija adegwatament identifikabbli b’tali mod li d-data tal-ġbir, ir-razza u l-identità ta’ l-annimal donatur tistà tkun stabbilita kif ukoll l-isem taċ-ċentru approvat li jkun għamel il-ġbir.

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet applikabbli f’ċentri ta’ ġbir

Ħtiġijiet f’dak li jirrigwarda l-ammissjoni ta’ donatur maskili

A. ŻWIEMEL TAR-RAZZA

Dawk iż-żwiemel tar-razza biss, li għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, jilħqu il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jintużaw għall-ġbir ta’ semen:

1. iridu jkunu ta’ saħħa tajba fil-waqt tal-ġbir

2. għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 90/426/KEE u jkunu ġejjin minn oqsma li wkoll jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet;

3. matul is-60 jum ta’ qabel l-ewwel ġbir dawn jkunu għaddew mit-testijiet segwenti mingħajr riżultati negattivi:

(a) li jintebħu b’xi anemija infettiva taż-żwiemel, test ta’ agar-gel immunodiffusion, magħruf bħala l-'Coggins test':

(b) li jintebaħ b’artheritis virali, test ta’ sero-neutralization (dilution < 1/4) issupplementat, fil-każ ta’ riżultat posittiv, minn eżami viroloġiku tas-semen totali b’riżultat negattiv;

(ċ) li jintebaħ b’metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel bl-iżolament tal-mikrobu Taylorella equigenitalis, mill-anqas test ta’ kampjuni meħuda mill-urethra u mill-fluwidu ta’ qabel l-ejakulazzjoni.

Ir-riżultat ta’ dawn it-testijiet għandu jkun iċċertifikat minn laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti.

Matul il-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ 3 hawn fuq, u matul il-perjodu tal-ġbir, żwiemel tar-razza ma jistgħux jitħallew li jservu naturalment.

B. NGĦAĠ U MOGĦO

1. Dawk in-ngħaġ u mogħoż biss minn ċentri jew oqsma, li għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, jilħqu l-ħtiġijiet segwenti jistgħu jintużaw għall-ġbir ta’ semen:

(a) ikunu f’saħħithom fil-jum meta s-semen ikun miġbur;

(b) ikunu jilħqu l-ħtiġijiet meħtieġa fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/68/KEE dwar il-kummerċ intra-Komunitarju.

B’żieda, annimali donaturi għandhom ikunu għaddew minn, matul it-tletin jum ta’ qabel il-ġbir, b’riżultati negattivi:

- - test biex jintebħu b’brucellosis (B. melitensis) bi qbil ma’ l-Anness Ċ tad-Direttiva 91/68/KEE,

- - test għal epididymitis (B. ovis) kontaġjuża bi qbil ma’ l-Anness D tad-Direttiva 91/68/KEE,

- - test għal virus tal-marda Border;

(ċ) ikunu għaddew mit-testijiet relevanti jew verifiki ddisinjati biex jiggarantixxu konformità mal-ħtiġijiet meħtieġa f’(a) u (b) hawn fuq.

2. It-testijiet li hemm referenza għalihom f’1. għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat mill-Istat Membru.

C. Jekk xi wieħed mit-testijiet li hemm referenza għalihom f’A jew B jirriżultaw pożittivi, l-annimal għandu jkun iżolat u s-semen miġbur minn sa mill-aħħar test negattiv ma jkunx jista’ jitqiegħed fis-suq. L-istess japplika għal semen miġbur minn annimali oħra fir-razzett jew f’ċentru ta’ ġbir sa mid-data li fiha t-test pożittiv ikun ġie mwettaq. Kummerċ ma jistax jerġa jibda sa kemm l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru jkun ġie stabbilit mill-ġdid.

KAPITOLU III

Ħtiġijiet applikabbli għal semen, ova u embrijuni

Semen, ova u embrijuni jridu jkunu ġew miġbura, ipproċessati, maħsula u ippreservati bi prodott bioloġiku ħieles minn mikro-organiżmi ħajjin bi qbil mal-prinċipji segwenti:

(a) il-ħasil ta’ ova u embrijuni irid jitwettaq bi qbil ma’ l-Artikolu 11 (3) ta’ din id-Direttiva. Iż-żona pelluċida tagħhom għandha tibqa’ ntatta qabel u wara l-ħasil. Ova u embrijuni biss minn wieħed u l-istess donatur jistgħu jkunu maħsula fl-istess waqt. Wara l-ħasil, iż-żona pelluċida ta’ kull ovum jew embrijuni għandha tkun eżaminata matul il-wiċċ kollu tagħha taħt ingrandiment ta’ mill-anqas 50 u tkun iċċertifikata bħala li tkun intatta u ħielsa minn xi materjal barrani li jkun imwaħħal magħha;

(b) il-medja u s-soluzzjoni użata għal ġbir, iffriżar u konservazzjoni ta’ ova u embrijuni għandhom ikunu sterilizzati skond il-metodi approvati kif meħtieġa fl-Artikolu 11 (3) u ttrattati b’tali mod li jibqgħu sterili. Antibiotiċi għandhom ikunu miżjuda mal-medja ta’ ġbir, ħasil u konservazzjoni bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26;

(ċ) il-materjali kollha użati għal ġbir, trattar, ħasil, iffriżar u konservazzjoni ta’ ova u embrijuni għandhom ikunu sterilizzati qabel l-użu;

(d) iridu jkunu ġew suġġetti, bi qbil ma’ l-Artikolu 11 (2), għal testijiet addizzjonali li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26, partikolarment tal-likwidi tal-ġbir jew ħasil, hekk li jkun stabbilit li l-ebda patoġeni ma jkunu preżenti;

(e) għandhom jinżammu f’reċipjenti sterili (ampulli, tibniet, identifikati kif meħtieġ b’metodu li għandu jkun stabbilit permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26):

- ikun fihom biss prodotti minn donatur wieħed maskili jew femminili,

- ikunu ssiġillati fil-waqt ta’ l-iffriżar f’alkoħol jew nitroġenu likwidu frisk, u b’tikketta,

u jkunu mqiegħda f’kontenituri steriliżżati b’nitroġenu likwidu li ma jippreżenta l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni għall-prodotti;

(f) iridu jkunu maħżuna f’kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel ma jkunu mibgħuta;

(g) għandhom ikunu ttrasportati f’vażetti li jkunu ġew imnaddfa, disinfettati jew sterilizzati qabel l-użu.

KAPITOLU IV

Donaturi femminili

Femminili jistgħu jkunu użati għal ġbir ta’ embrijuni jew ova biss jekk jilħqu, għas-sodisfazjon tal-veterinarju uffiċjali, il-ħtiġijiet tad-Direttivi relevanti dwar kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ħajjin għat-tnissil u produzzjoni tar-razza kkonċernata, jiġifieri Direttiva 64/432/KEE għal majjali, Direttiva 90/426/KEE għal ekwidi u Direttiva 91/68/KEE għal annimali ovini u kaprini li jkunu ġejjin minn merħliet li wkoll jilħqu mill-imsemmija ħtiġijiet.

--------------------------------------------------

ANNESS E

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top