EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R0048

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 48/90 tad-9 ta' Jannar 1990 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

OJ L 8, 11.1.1990, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 02 Volume 007 P. 111 - 112
Special edition in Swedish: Chapter 02 Volume 007 P. 111 - 112
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 004 P. 146 - 147
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 004 P. 185 - 186
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 004 P. 185 - 186
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 015 P. 17 - 18

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/48/oj

31990R0048



Official Journal L 008 , 11/01/1990 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0111
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0111


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 48/90

tad-9 ta' Jannar 1990

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in- nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistiċi u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3845/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan- nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jippreskrivi r-regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u billi dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bl-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffi jew miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri msemmija f'dan ir Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fil-qafas tan-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-9 ta' Jannar 1990.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 374, tat-22.12.1989, p. 2.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Software ta' divertiment fil-forma ta' diski rrekordjati tat-tip li jintużaw ma' magni li jipproċessaw l-informazzjoni awtomatikament. | 85249091 | Il-klassifikazjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz tan-nota 6 tal-Kapitolu 85 u permess tat-test tal-kodiċiNM 8524, 852490 u 85249091. |

2.Skrin dot matrix li jikkonsisti f'filata ta' kristall likwidu bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ b'numru ta' tikek (ippresentati bħala linji u kolonni) flimkien ma' interface elettroniku li juża t-teknoloġija C-MOS. | 85312090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permess tat-test tal-kodiċi NM 8531, 853120 u 85312090. |

3.Lampa ta' indikazzjoni, armata b'żewġ pins terminali u li tikkonsisti f'kaxxa tal-plastik ikkulurit (translucenti) (twila 30 mm u b'diametru ta' 8 mm), li tagħlaq sors ta' dawl li jikkonsisti f'lampa tad-discharge u żewġ reżistenzi. -Hija intenzjonata li titwaħħal ma' strumenti elettriċi domestiċi sabiex tindika li l-istrument huwa konness mal-provvista tad-dawl prinċipali. Tista' tintuża ma' stallazjonijiet ta' 220 220 v jew 380 v. | 85318090 | Il-klassifikazzjoni hija stabilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 1 (f) tal-Kapitolu 94 u permess tat-test tal-kodiċi NM 8531, 853180 u 85318090. Il-lampa ta' indikazzjoni hija iktar minn sors ta' dawl tal-kodiċi NM 8539. Hija ta' tip użata biex tindika il-presenza ta' kurrent elettriku f'varji strumenti u għalhekk hija meqjusa bħala apparat ta' sinjalament viżwali tal-kodiċi NM 8531. |

4.Element ottiku li jikkonsisti f'lenti ottagonali magħmula minn resin akriliku mwaħħla fuq support tal-metall sempliċi tat-tip użat f'assembleji ta' overhead projectors. | 90029091 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u permezz tal-kliem tal-kodiċijiet NM 9002, 900290 u 90029091. Minħabba li huwa mwaħħal mas-support tal-metall, l-element huwa ikkunsidrat li huwa immuntat. |

--------------------------------------------------

Top