Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0425

Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern

OJ L 224, 18.8.1990, p. 29–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 033 P. 146 - 158
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 033 P. 146 - 158
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 010 P. 138 - 151
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 008 P. 53 - 66
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 008 P. 53 - 66
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 013 P. 66 - 78

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/425/oj

31990L0425



Official Journal L 224 , 18/08/1990 P. 0029 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0146


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 1990

dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern

(90/425/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolarment l-Artikolu 43 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri maħsuba biex tistabbilixxi suq intern progressivament fuq kull perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi l-ħidmiet armonjużi ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-annimali u prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali jimplika t-tneħħija tal-barrieri zootekniċi u veterinarji għall-iżvilupp tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti konċernati; billi, f’dan ir-rigward, il-moviment ħieles ta’ l-annimali u l-prodotti agrikoli hu aspett fundamentali għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq u għandha tiffaċilita l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni agrikola u l-aqwa użu tal-fattturi ta’ produzzjoni;

Billi, fil-qasam veterinarju, fruntieri li bħalissa huma użati għat-twettieq ta’ iċċekkjar, mmirati biex iħarsu s-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali;

Billi l-għan aħħari hu li jassigura li l-iċċekkjar, veterinarju hu mwettaq fil-post tat-tluq biss, billi l-ksib ta’ dan il-għan jimplika l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet bażiċi li għandhom x’jaqsmu mas-salvagwardji tas-saħħa ta’ l-annimali;

Billi, bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kemm-il darba dan il-għan jintlaħaq, enfasi għandha ssir fuq l-iċċekkjar, li għandu jsir fil-post tat-tluq u fl-organizzazzjoni ta’ dawk li ser jittieħdu fil-post tad-destinazzjoni; billi din is-soluzzjoni għandha titlob is-sospensjoni ta’ l-iċċekkjar, veterinarju fil-fruntieri interni tal-Komunità u billi, f’dan il-kuntest, hemm raġuni għaż-żamma ta’ kull ċertifikat tas-saħħ jew kull dokument ta’ identifikazzjoni, kif ipprovdut fir-regoli tal-Komunità;

Billi din is-soluzzjoni timplika iżjed kunfidenza fl-iċċekkjar, veterinarji mwettqa fl-Istat tat-tluq, b’mod partikolari bit-twaqqif ta’ kull sistema ta’ bdil rapidu tal-kambju ta’ l-informazzjoni; billi l-Istat Membru tat-tluq għandu jiżgura li dan l-iċċekkjar, veterinarju huwa imwettaq f’kull manjiera xierqa;

Billi, fl-Istat tad-destinazzjoni, l-iċċekkjar, veterinarji fuq il-lok għandu jsir fil-post tad-destinazzjoni; billi, madankollu, fl-eventwalità ta’ kull preżunzzjoni serja ta’ irregolarità, l-iċċekkjar, veterinarju għandu jitwettaq meta l-annimali u l-prodotti huma fi vjaġġ u billi hu possibbli li jitkompla li jiġi pprovdut għat-teħid f’kwarantina f’żoni li ma ġewx armonizzati;

Billi provediment għandu jsir għall-azzjoni li għandha tittieħed meta l-iċċekkjar, veterinarju jiżvela li l-konsenja hi irregolari;

Billi provediment għandu jsir għal kull proċedura biex tirrisolvi konflitti li jistgħu jinqalgħu rigward konsenji minn kull ażjenda, ċentru jew organizzazzjoni;

Billi provediment irid isir għall-miżuri protettivi; billi f’dan il-qasam, speċjalment għal raġunijiet ta’ effettività, ir-responsabbiltà trid l-ewwel tistrieħ ma’ Stat Membru tat-tluq; billi l-Kummissjoni trid tkun kapaċi taġixxi malajr, b’mod partikolari permezz ta’ visiti fuq il-lok u taddotta l-miżuri xierqa għas-sitwazzjoni;

Billi biex tkun iktar effettiva, ir-regoli li għandhom ikunu imfassla b’din id-Direttiva għandhom ikopru kull annimal u prodott li huwa suġġett, fil-kummerċ intra-Kommunitarja, għal ħtiġiet veterinarji;

Billi, madankollu, invista ta’ l-istat attwali ta’ l-armonizzazzjoni u sakemm r-regoli tal-Komunità, annimali u prodotti li mhumiex, is-suġġett tar-regoli armonizzati għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ l-Istat tad-destinazzjoni kemm-il darba ta’ l-aħħar huma konformi ma’ l-Artikolu 36 tat-Trattat;

Billi r-regoli msemmija hawn fuq għandhom ikunu applikati għall-iċċekkjar, zootekniku;

Billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi eżistenti għandhom ikunu addattati għar-regoli l-ġodda stabbiliti f’din id-Direttiva;

Billi dawn ir-regoli għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid qabel l-aħħar ta’ l-1993;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bil-ħidma tal-miżuri addottivi għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi, għal dak il-għan, provediment irid issir għall-proċeduri li jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-iċċekkjar, veterinarju li għandhom isiru fuq annimali ħajjin u prodotti li huma koperti bid-Direttivi elenkati fl-Anness A jew fuq dawk li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 21 u liema huma maħsuba għall-kummerċ mhumiex, aktar imħarsa, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, fil-fruntieri imma mwettqa b’mod konformi ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom iżjed jassiguraw li l-iċċekkjar, fuq id-dokumenti zootekniċi huma suġġetti għar-regoli tal-kontroll stabbiliti b’din id-Direttiva.

Din id-Direttiva m’għandha taffetwa la l-iċċekkjar, fuq is-saħħa ta’ l-annimali matul il-vjaġġ u lanqas l-iċċekkjar, imwettaq bħala parti minn ħidmiet imreġġa f’manjiera mhux diskriminatorja mill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ġenerali tal-liġijiet f’kull Stat Membru.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

1. "ċekkjar, veterinarju" għandu jfisser kull ċekkjar, fiżiku u/jew formalità amministattiva li tapplika għall-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 u liema hi ntiża għall-ħarsien, dirett jew mod ieħor, għas-saħħa pubblika jew ta’ l-annimali;

2. "ċekkjar, zootekniku" għandu jfisser kull formalità fiżika u/jew amministrattiva li tapplika għall-annimali koperti bid-Direttivi msemmija f’Taqsima II ta’ l-Anness A u li hi intiża għat-titjieb dirett jew indirett tat-tnissil;

3. "kummerċ" għandu jfisser kummerċ bejn Stati Membri fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9(2) tat-Trattat;

4. "ażjenda" għandha tfisser kull stabbiliment agrikolu jew kwartieri ta’ kull negozjant, kif imfisser bir-regoli nazzjonali fis-seħħ, li tinsab fit-territorju ta’ kull Stat Membru u f’liema l-annimali li għalihom saret referenza fl-Annessi A u B, bl-eċezzjoni ta’ l-ekwini, huma meqjusa jew regolarment miżmuma u l-ażjenda kif imfisser fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwini ħajjin [4];

5. "ċentru jew organizzazzjoni" għandha tfisser kull impriża liema tipproduċi, taħżen, tipproċessa jew timaniġġja prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1;

6. "awtorità kompetenti" għandha tfisser kull awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru li hi kompetenti li twettaq iċċekkjar, veterinarju jew zootekniku jew kull awtorità li lilha ġiet delegata dik il-kompetenza;

7. "uffiċjal veterinarju" għandha tfisser l-veterinarju maħtur mill-awtorità kompetenti.

IL-KAPITOLU I

Iċċekkjar, fil-lok ta’ oriġini

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uniċi annimali u prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 li jeżawrixxu l-kondizzjonijiet li ġejjin jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kummerċ:

(a) l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttivi rilevanti elenkati fl-imsemmi l-Anness u l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness B iridu jeżawrixxu l-ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) huma jridu jiġu minn ażjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet li huma bla ħsara għall-iċċerkar veterinarju regolari uffiċjali b’mod konformi mal-paragrafu 3;

(ċ) huma jridu, fuq naħa waħda, jkunu identifikati b’mod konformi mal-ħtiġiet tar-regoli tal-Komunità u, fuq in-naħa l-oħra, ikunu rreġistrati b’tali mod li l-oriġinal jew fil-vjaġġ l-ażjenda, ċentru jew organizzazzjoni jistgħu jiġu traċċati; identifikazzjoni nazzjonali jew sistemi ta’ reġistrazzjoni jridu jkunu avżati lill-Kummissjoni fi żmien tliet, xhur mid-data tan-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Qabel l-1 ta’ Jannar 1993, l-Istati Membri jridu jieħdu miżuri xierqa biex jiggarantixxu li l-identifikazzjoni u s-sistemi tar-reġistrazzjoni applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju huma estiżi għall-movimenti ta’ l-annimali fit-territorju tagħhom;

(d) huma jridu, meta trasportati, jkunu akkompanjati b’ċertifikati tas-saħħa u/jew kull dokumenti oħra kif provdut bid-Direttivi li għalihom saret referenza fl-Anness A u, għall-annimali u l-prodotti oħra, bir-regoli ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

Dawk iċ-ċertifikati jew dokumenti, maħruġa mill-uffiċjal veterinarju responsabbli għall-ażjenda, ċentru jew organizzazzjoni ta’ l-oriġini u, fil-każ ta’ dokumenti meħtieġa bil-leġislazzjoni zooteknika li għaliha saret referenza fit-taqsima II ta’ l-Anness A, mill-awtorità kompetenti, trid takkompanja l-annimal, annimali u prodotti għad-destinazzjoni(ijiet) tiegħu/tagħhom;

(e) annimali suxxetibli, jew prodotti ta’ annimali suxxettibli, m’għandhomx joriġinaw:

(i) minn ażjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet, żoni jew reġjuni li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet stabbiliti b’mod konformi mar-regoli tal-Komunità, meta applikabbli, għall-annimali kkonċernati jew prodotti mill-annimali kkonċernati minħabba s-suspett, it-tifqiegħ jew l-eżistenza ta’ kull mard kif riferut fl-Anness Ċ jew minħabba l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ ħarsien;

(ii) minn kull ażjenda, ċentru, organizzazzjoni, żona jew reġjun li hu s-suġġett għar-restrizzjonijiet uffiċjali minħabba s-suspett, it-tifqiegħ jew l-eżistenza ta’ mard għajr dak li għalih saret referenza fl-Anness Ċ jew ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardji;

(iii) fil-każijiet fejn huma ntiżi għall-ażjendi, ċentri jew organizzazzjoni li jinsabu fl-Istati Membri li kisbu l-garanziji kif previst bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jew regoli ekwivalenti oħra tal-Komunità li ġew jew għandhom ikunu addottati jew f’kull Stat rikonoxxut, mill-leġislazzjoni tal-Komunità, bħala ħieles, jew fit-territorju kollu jew parti minnu, minn kull marda, minn kull ażjenda li ma tipprovdiex il-garanziji li jeħtieġu minn dak l-Istat Membru fir-rigward ta’ mard għajr dawk elenkati fl-Anness Ċ;

(iv) meta huma maħsuba għal kull Stat Membru jew parti mit-territorju ta’ kull Stat Membru li gawda mill-garanziji addizzjonali kif previst bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jew regoli tal-Komunità ekwivalenti oħra li ġew jew għandhom ikunu addottati, minn kull ażjenda, ċentru jew organizzazzjoni u, jekk il-każ jirriżulta, minn kull parti tat-territorju li ma toffrix il-garanziji addizzjonali provduti.

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini għandu jiżgura, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat u d-dokument li jsostnih, li l-ażjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet jikkonformaw mal-ħtiġiet provduti f’dan il-punt;

(f) meta l-ħidmiet tat-trasport tinvolvi diversi postijiet ta’ destinazzjoni, annimali u prodotti jridu jkunu miġbura flimkien f’kemm jista’ jkun konsenji daqs kemm hemm postijiet ta’ destinazzjoni. Kull konsenja trid tkun akkompanjata biċ-ċertifikati u/jew dokumenti li għalihom saret referenza f’(d);

(g) meta annimali u prodotti koperti bid-Direttivi li għalihom saret referenza fl-Anness A li jikonformaw mar-regoli tal-Komunità huma ntiżi għall-esportazzjoni għal kull pajjiż terz mit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, il-ħidma ta’ trasport trid — ħlief f’każijiet ta’ urġenza tiġi awtorizzata kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti biex tiżġura s-saħħa ta’ l-annimali tibqa’ taħt supervizjoni tad-dwana sal-punt tat-tluq mit-territorju tal-Komunità, b’mod konformi ma’ l-arranġamenti dettaljati biex jiġi mfassal mill-Kummissjoni, li taġixxi taħt il-proċedura stabbilita f’l-Artikolu 18 jew, meta jixraq, fl-Artikolu 19.

Madankollu, fil-każijiet ta’ annimali u prodotti li ma jikkonformawx mar-regoli tal-Komunità jew annimali u prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness B, il-vjaġġ jista’ jsir biss jekk ġie hekk awtorizzat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-vjaġġ.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li:

- l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 li jistgħu jkunu ġew maqtula taħt kull programm nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-mard li għalih m’hemmx referenza fl-Anness Ċ mhumiex, mibgħuta lit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

- l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A jew l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness B mhumiex, mibgħuta lit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jekk huma ma jistgħux ikunu mibjugħa fit-territorju tagħhom għar-raġunijiet ta’ saħħa jew saħħet ta’ l-annimali ġġustifikati bl-Artikolu 36 tat-Trattat.

3. Mingħajr preġudizzju għad-doveri tas-sorveljanza assenjati lill-uffiċjal veterinarju taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità, l-awtorità kompetenti għandha twettaq l-iċċekkjar, fuq l-ażjendi, swieq approvati u ċentri ta’ ġbir, ċentri jew organizzazzjonijiet biex tissodisfa lilha nfisha li l-annimali u l-prodotti maħsuba għall-kummerċ jikonformaw mal-ħtiġiet tal-Komunità u b’mod partikolari jeżawrixxu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(ċ) u (d) fir-rigward ta’ identifikazzjoni.

Meta hemm raġunijiet ta’ suspett li l-ħtiġiet tal-Komunità mhux qed ikunu milħuqa, l-awtorità kompetenti għandha twettaq iċċekkjar, meħtieġ u, jekk is-suspett hu konfermat, tieħu miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu l-iżolament ta’ l-ażjenda, ċentru jew organizzazzjoni konċernata.

4. Taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 jew, meta jkun xieraq, fl-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista’ taddotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari biex jieħu akkont ta’ l-ispeċi konċernati.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri li minnhom jintbagħtu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li:

(a) il-pussessuri tal-bhejjem ħajjin u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 jikonformaw mas-saħħa nazzjonali jew tal-Komunità, jew il-ħtiġiet zootekniċi li għalihom saret referenza f’din id-Direttiva f’kull stadju tal-produzzjoni u l-bejgħ;

(b) l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A huma ċċekjati kemm jista’ jkun hekk sew, minn kull lat veterinarju, li kieku huma hekk maħsuba għas-suq nazzjonali, sakemm speċifikati mod ieħor mir-regoli tal-Komunità;

(ċ) annimali huma ttrasportati b’meżżi ta’ trasport xieraq li jissodisfaw ir-regoli ta’ l-iġjene.

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini li toħroġ iċ-ċertifikat jew id-dokument li jakkompanja lil annimali u l-prodotti għandha tikkomunika, fil-ġurnata li fihom ikunu ġew maħruġa u permezz ta’ sistema kompjuterizzata pprovduta fl-Artikolu 20, lill-awtorità ċentrali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, id-data li għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni, b’mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 18.

3. L-Istati Membri tat-tluq għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippenalizzaw kull ksur ta’ leġislazzjoni veterinarja jew zooteknika minn persuna naturali jew legali meta jinstab li r-regoli tal-Komunità ġew miksura, u b’mod partikolari meta jinstab li ċ-ċertifikati, id-dokumenti jew il-marki ta’ identifikazzjoni ma jikkorrispondux ma’ l-istatus ta’ l-annimali jew l-ażjendi tagħhom ta’ l-oriġini jew mal-karatteristiċi attwali tal-prodotti.

IL-KAPITOLU II

Iċċekkjar, mal-wasla fid-destinazzjoni

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jimplimentaw l-ispezzjoni kif ġej:

(a) l-awtorità kompetenti tista’ fil-postijiet tad-destinazzjoni ta’ l-annimali u l-prodotti, jistabbilixxu mezzi mhux diskriminatorji ta’ iċċekkjar, veterinarju fuq il-lok li l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3 ġew imħarsa; hi tista’ tieħu kampjuni fl-istess żmien.

Barra min dan, iċċekkjar, jista’ jitwettaq matul il-vjaġġ ta’ l-annimali u l-prodotti fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih jinsab vjaġġ jew ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu informazzjoni li jista’ jwassal għal suspett ta’ kull ksur;

(b) barra minn hekk, meta l-annimali li għalihom saret referenza f’l-Artikolu 1 u li joriġinaw fi Stat ieħor huma maħsuba:

(i) għal kull suq approvat jew ċentru ta’ ġbir kif imfisser bir-regoli tal-Komunità, l-operatur ta’ hemmhekk għandu jkun responsabbli għall-aċċetazzjoni ta’ l-annimali li ma jilħqux il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1).

L-awtorità kompetenti trid tiċċekja, permezz ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji ċ-ċertifikati jew id-dokumenti li jakkompanjaw l-annimali, li l-annimali jilħqu l-imsemmija ħtiġiet;

(ii) għal kull biċċerija li titpoġġa taħt is-superviżjoni ta’ kull uffiċjal veterinarju, ta’ l-aħħar irid jassigura, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ ċertifikat jew dokument mehmuż, li l-uniċi annimali li jilħqu l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1) huma maqtula.

L-operatur tal-biċċerija għandu jkun responsabbli għall-qtil ta’ l-annimali li ma jilħqux il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1)(ċ) u (d);

(iii) għal kull negozjant irreġistrat li jaqsam il-konsenji jew għal kull stabbiliment li mhux suġġett għal sorveljar permanenti, dan in-negozjant jew stabbiliment għandu jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala d-destinatarju ta’ l-annimali u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sub-paragrafu għandhom jgħoddu;

(iv) għall-azjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet inkluż, meta l-konsenja hi parzjalment mħatta matul il-vjaġġ, kull annimal jew grupp ta’ annimali jrid ikun akkumpanjat, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 miċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa jew id-dokument ta’ akkompanjament sakemm dan jasal għand id-destinatarju msemmi hemm.

Id-destinatarji li għalihom saret referenza f’punti (iii) u (iv) ta’ l-ewwel subparagrafu iridu, qabel il-konsenja tkun maqsuma jew sussegwentament impoġġija fis-suq, jiċċekjaw li l-marki ta’ l-identifikazzjoni, ċertifikati jew dokumenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3(1)(ċ) u (d) ikunu preżenti, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b’kull irregolarità jew anomalija u, fil-każ ta’ l-aħħar, jiżolaw l-annimali inkwistjoni sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni fir-rigward tagħhom.

Il-garanziji li jridu jkunu fornuti lid-destinatarju li għalihom saret referenza f’punti (iii) u (iv) ta’ l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu speċifikati f’kull ftehim ma’ l-awtorità kompetenti li għandhom ikunu ffirmati fiż-żmien tar-reġistrazzjoni li għalih hemm provdut f’l-Artikolu 12. L-awtorità kompetenti għandha twettaq iċċekkjar, kif ġie ġie biex tivverifika konformità ma’ dawk il-garanziji.

Dan il-punt għandu jgħodd mutatis mutandis lid-destinatarji tal-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1.

2. Kull destinatarju li jidher fiċ-ċertifikat jew dokument pprovdut fl-Artikolu 3(1)(d):

(a) irid, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u sakemm hekk meħtieġ iwettaq l-iċċekkjar, li għalih saret referenza fil-paragrafu 1, jirraporta bil-quddiem il-wasla ta’ l-annimali u l-prodotti minn Stat Membru ieħor u, b’mod partikolari, n-natura tal-konsenja u d-data tal-wasla antiċipata.

Madankollu, il-limitu taż-żmien għan-notifikazzjoni għandu jkun bħala regola ġenerali mhux iżjed minn ġurnata; madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stati Membri jistgħu jinħtieġu jumejn notifikazzjoni bil-quddiem.

Din in-notifikazzjoni mhijiex meħtieġa għaż-żwiemel reġistrati li jkollhom dokument ta’ identifikazzjoni li hemm provdut bid-Direttiva 90/427/KEE;

(b) għandhom iżommu għal kull perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur, li għandu jkun speċifikat mill-awtorità kompetenti, id-dokumenti jew iċ-ċertifikati li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3 għal preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti jekk ta’ l-aħħar hekk titlob.

3. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 jew, meta jixraq, fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 6

1. Meta regoli tal-Komunità jew, fl-oqsma li għadhom ma ġewx armonizzati, dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonformaw mar-regoli ġenerali tat-Trattat jeħtieġu li annimali ħajjin jitpoġġew f’kwarantina, ta’ l-aħħar għandhom normalment isiru fl-ażjenda tad-destinazzjoni.

2. Kull stazzjon ta’ kwarantina jista’ jkun użat jekk dan hu ġustifikat minn kull veterinarju. It-tali stazzjon għandu jiġi meqjus bħala l-post tad-destinazzjoni tal-konsenja. L-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni fuq ir-raġunijiet fuq xiex it-tali azzjoni hi meħuda.

3. Obligazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kwarantina u l-lok ta’ l-aħħar għandhom ikunu speċifikati fil-ħtiġiet veterinarji li għalihom saret referenza fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 21.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul l-iċċekkjar, imwettaq fil-postijiet fejn annimali u prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 minn kull pajjiż terz jistgħu jinġiebu fit-territorju tal-Komunità, bħalma huma portijiet, ajruporti u postijiet tal-fruntieri ma’ pajjiżi terzi, il-miżuri li ġejjin għandhom jittieħdu:

(a) iċ-ċertifikati jew dokumenti li jakkompanjaw l-annimali u l-prodotti huma ċċekjati;

(b) meta annimali u prodotti huma importati minn pajjiżi terzi, huma jridu jintbagħtu, taħt is-superviżjoni tad-dwana, lill-postijiet ta’ spezzjoni biex l-iċċekkjar, veterinarju jista’ jitwettaq.

L-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A ma jistgħux jingħataw ħelsien mid-dwana kemm-il darba dawk il-provi wrew li huma konformi mar-regoli tal-Komunità;

(ċ) L-annimali u l-prodotti tal-Komunità għandom ikunu suġġetti għar-regoli tal-Komunità stabbilita fl-Artikolu 5.

2. L-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness B u dawk li huma importati fuq il-bażi ta standards nazzjonali tas-saħħa ta’ l-annimali jridu jinġiebu direttament fit-territorju tal-Komunità permezz ta’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni ta’ l-Istat Membru li jaħseb biex jimportahom u jiġu spezzjonati hemm b’mod konformi mal-paragrafu 1(b).

L-Istati Membri li jimportaw minn kull pajjiż terz fuq regoli nazzjonali ta’ saħħa ta’ l-annimali għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra, b’mod partikolari l-Istati Membri tal-vjaġġ, ta’ l-eżistenza tat-tali importazzjonijiet u tal-ħtiġiet li huma bla ħsara għat-tali importazzjonijiet.

L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jipprojbixxu annimali milli jkunu mibgħuta mit-territorju tagħhom kemm-il darba huma jkunu baqgħu hemm għall-perjodi stabbiliti kif speċifikati fil-leġislazzjoni tal-Komunità u l-istess għall-prodotti li għalihom saret referenza fit-tieni sub-paragrafu kemm-il darba jiġu marbuta, mingħajr vjaġġ, għal Stat Membru ieħor li juża l-istess għażla.

Madankollu, sakemm issir l-addozzjoni tar-regoli tal-Komunità, dawk l-annimali u prodotti jistgħu jinġiebu fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor għajr dak li għalih saret referenza fit-tieni sub-paragrafu wara ftehim minn qabel minn dak l-Istat Membru f’kull manjiera ġenerali u, fejn jixraq, b’kull Stat Membru fi vjaġġ fuq l-arranġamenti għall-kontroll. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Veterinarju Permanenti meta huma jagħmlu użu ta’ din id-deroga u ta’ l-arranġamenti ta’ kontroll li fuqhom hemm ftehim.

3. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 1993 u permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, l-annimali u l-prodotti kollha ttrasportati b’meżżi regolari, diretti tat-trasport li jaqdu dawn il-punti ġeografiċi tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għar-regoli tal-kontroll stabbiliti fl-Artikolu 5.

L-Artikolu 8

1. Jekk, matul kull iċċekkjar imwettaq fil-post tad-destinazzjoni ta’ kull konsenja jew matul il-vjaġġ, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jistabbilixxu:

(a) il-preżenza ta’ l-aġenti responsabbli għal kull marda li għaliha saret referenza fid-Direttiva 82/894/KEE [5], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/134/KEE [6], kull żoonożi jew marda, jew kull kawża li x’aktarx tikkostitwixxi perikolu serju għall-annimali jew lill-bniedem, jew li l-prodotti jiġu minn kull reġjun kontaminat b’kull mard epiżootiku, huma għandhom jordnaw li l-annimal jew konsenja ta’ l-annimali titpoġġa fi kwarantina fl-eqreb stazzjon tal-kwarantina jew jiġi maqtul u/jew distrutt.

Spejjeż relatati mal-miżuri li hemm provdut fl-ewwel subparagrafu għandhom jinġarru mill-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna responsabbli għall-prodotti jew l-annimali.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom minnufih javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni bil-miktub, permezz tal-mezzi xierqa, tal-konkluzjonijiet li waslu għalihom, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għat-tali deċiżjonijiet.

Il-miżuri ta’ ħarsien li hemm provdut għalihom f’l-Artikolu 10 jistgħu jkunu applikati.

Fuq talba ta’ kull Stat Membru u b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’, madankollu, tadotta kull miżura meħtieġa biex tasal għal kull avviċinament konċertat mill-Istati Membri biex tiffaċja s-sitwazzjonijiet li mhumiex, koperti bir-regoli tal-Komunità;

(b) li, mingħajr preġudizzju għall-punt (a), l-annimali u l-prodotti li ma jilħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva tal-Komunità 64/432/KEE jew, meta l-Istati Membri jiksbu l-garanziji previsti għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jew regoli tal-Komunutà ekwivalenti li ġew jew għandhom ikunu addottati, bir-regoli nazzjonali tas-saħħa ta’ l-annimali, huma jistgħu, kemm-il darba l-konsiderazzjonijiet pubbliċi jew ta’ saħħet l-annimali hekk tippermetti, jagħtu lill-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu l-għażla li:

- iżżomm l-annimali u l-prodotti taħt superviżjoni sakemm tiġi konfermata l-konformità mar-regoli meta fdalijiet huma preżenti, u, fl-eventwalità ta’ nuqqas ma’ dik il-konformità mar-regoli, l-applikazzjoni tal-miżuri li hemm provduti bil-leġislazzjoni tal-Komunità,

- qtil ta’ l-annimali jew id-distruzzjoni tal-prodotti,

- ritorn ta’ l-annimali jew il-konsenja, bl-awtorizazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-dispaċċ u notifikazzjoni minn qabel ta’ l-Istat(i) Membru(i) li fih ikun il-vjaġġ.

Madankollu, jekk iċ-ċertifikat jew id-dokumenti jinstab li jkollhom ċertu irregolaritajiet, is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu jista’ jkun mogħti kull perjodu ta’ grazzja qabel issir rikors għal din l-aħħar possibbilità.

2. B’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-mard li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 u r-regoli detaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

l-Artikolu 9

1. Fil-każijiet li għalihom hemm provduti fl-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jikkontatja l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tat-tluq mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa u javżaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru dwar in-natura ta’ l-iċċekkjar imwettqa hemm, id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijet għat-tali deċiżjonijiet.

Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tibża li t-tali miżuri huma inadekwati, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati Membri għandhom flimkien ifittxu t-toroq u l-mezzi biex isolvu s-sitwazzjoni; jekk jixraq, din tista’ tinvolvi kull spezzjoni fuq il-lok.

Meta l-iċċekkjar, li hemm provduti fl-Artikolu 8 juri irregolaritajiet ripetuti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, u akkont tan-natura tal-ksur stabbilit, tista’:

- tibgħat spetturi, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-post ikkonċernat,

- iqabdu kull uffiċjal veterinarju, li ismu jinstab fuq il-lista ippreparata mill-Kummissjoni fuq suġġeriment ta’ l-Istati Membri, u li hu aċċettat għad-diversi partijiet konċernati, biex jiċċekja l-fatti fuq il-lok,

- titlob lill-awtorità kompetenti biex tintensifika l-iċċekkjar, fuq l-ażjenda, iċ-ċentru, l-organizzazzjoni, is-suq approvat u ċ-ċentru ta’ ġbir jew ir-reġjun ta’ l-oriġini.

Hi għandha tinforma l-Istati Membri bil-konlużjonijiet tagħha.

Sakemm issiru l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru tad-dispaċċ irid, fuq talba ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jintensifika l-iċċekajr fuq l-annimali u l-prodotti li jiġu mill-ażjenda, ċentru, organizzazzjoni, suq approvat jew ċentru ta’ ġbir jew reġjun inkwistjoni, u jekk hemm raġunijiet serji pubbliċi jew ta’ saħħet l-annimali, jissospendi l-ħruġ ta’ kull ċertifikat jew dokument ta’ moviment.

L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, għall-parti tagħhom, jintensifikaw l-iċċekkjar, fuq l-annimali mill-istess ażjenda, ċentru, organizzazzjoni, suq approvat jew ċentru ta’ ġbir jew reġjun.

Fuq talba ta’ wieħed miż-żewġ Stati Membri konċernati — meta l-irregolaritajiet huma konfermati bl-opinjoni ta’ l-espert — il-Kummissjoni trid, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu imorru sa jagħtu l-awtoriżżazzjoni ta’ l-Istati Membri li jipprojbixxu proviżorjament it-teħid fit-territorju tagħhom annimali u prodotti li ġejjin minn dik l-ażjenda, ċentru, organizzazzjoni, suq approvat, jew ċentru ta’ ġbir jew reġjun. Dawn il-miżuri jridu jkunu konfermati jew riveduti malajr kemm jista’ jkun b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

2. Ħlief f’każijiet li hemm provduti għalihom fir-raba’ subparagrafu, id-drittijet ta’ appell li jeżistu taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiġu affetwati b’din id-Direttiva.

Deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għat-tali deċiżjonijiet għandhom ikunu avżati lill-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu jew lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tat-tluq.

Jekk il-fornitur jew ir-rappreżentant hekk jitlob, l-imsemmija deċiżjonijiet u r-raġunijiet għandhom jintbagħtulilubil-miktub bid-dettalji u d-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli lilu taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limitajiet taż-żmien applikabbli.

Madankollu, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ qbil, iż-żewġ partijiet konċernati jistgħu, jekk hekk jaqblu, f’kull perjodu massimu ta’ xahar, jissottomettu l-kawża għall-assesjar ta’ kull espert li ismu jidher fuq il-lista ta’ l-esperti tal-Komunità li għandha titfassal mill-Kummissjoni; l-ispejjeż tal-konsultazzjoni ta’ l-espert għandhom jinġarru mill-Komunità.

Dawn l-esperti għandhom jagħtu l-fehma tagħhom f’mhux iżjed minn 72 siegħa jew wara li jirċievu r-riżultati ta’ kull analiżi. Il-partijiet għandhom isegwu l-fehma ta’ l-espert, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità.

3. L-ispejjeż tar-ritorn tal-konsenja, żamma jew iżolament ta’ l-annimali jew, jekk xieraq, il-qtil u d-distruzzjoni tagħhom għandu jinġarr mill-fornitur, ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna responsabbli mill-annimali jew il-prodotti.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 jew, fejn xieraq, fl-Artikolu 19.

IL-KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 10

1. Kull Stat Membru għandu minnufih jinnotifika l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b’kull tifqiegħa fit-territorju tiegħu, b’żieda ma’ dan kull tifqiegħa tal-mard li għalih saret referenza fid-Direttiva 82/894/KEE, ta’ kull żonożi, marda jew kawża oħra li x’aktarx tikkostitwixxi kull perikolu serju għall-annimali u għas-saħħa umana.

L-Istat Membru tat-tluq għandu minnufih jimplimenta l-kontroll jew il-miżuri ta’ prekawzjoni li hemm provdut għalihom fir-regoli tal-Komunità, b’mod partikolari d-determinazzjoni taz-żoni ta’ lqugħ li hemm provdut f’dawk ir-regoli, jew jaddottaw kull miżura oħra li jidhrilha xierqa.

L-Istat Membru tad-destinazzjoni jew vjaġġ li, fil-kors ta’ kull iċċekkjar, li għalih saret referenza fl-Artikolu 5, stabbilixxa l-eżistenza ta’ wieħed mill-mard jew kawżi li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu jista’ jekk meħtieġ, jieħu l-miżuri prekawtivi li hemm provdut għalihom fil-Komunità, inkluż l-kwarantini ta’ l-annimali.

Sakemm jittieħdu l-miżuri b’mod konformi mal-paragrafu 4, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, fuq raġunijiet serji pubbliċi jew ta’ saħħet-l annimali, jieħu miżuri protettivi fir-rigward ta’ ażjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet konċernati jew, fil-każ ta’ mard epiżootiku, fir-rigward ta’ żona ta’ lqugħ li hemm provduta fir-regoli tal-Komunità.

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom ikunu innotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru l-ieħor mingħajr dewmien.

2. Fuq talba ta’ l-Istat Membru li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu 1 jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, rappreżentant wieħed jew iżjed tal-Kummissjoni jista’ jmur f’post konċernat biex jeżamina, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, liema miżuri ġew meħuda, u għandu joħroġ kull fehma fuq dawk il-miżuri.

3. Jekk il-Kummissjoni ma ġietx informata bil-miżuri meħuda, jew jekk hi tikkonsidra l-miżuri meħuda bħala inadegwati, hi tista’, b’kollaborazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernat u sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, tieħu miżuri protettivi preliminarji fir-rigward ta’ l-annimali jew prodotti mir-reġjun affetwat mill-mard epiżootiku jew minn kull ażjenda, ċentru jew organzzizazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat Veterinarju Permanenti malajr kemm jista’ jkun sabiex jiġiu konfermati, emendati jew kanċellati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

4. Il-Kummissjoni għandha f’kull każ tirrevedi s-sitwazzjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti mill-aktar fiss possibbli. Hi għandha taddotta l-miżuri meħtieġa għall-annimali u għall-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 u, jekk is-sitwazzjoni hekk titlob, għall-prodotti li ġejjin minn dawk l-annimali, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sitwazzjoni u, bl-istess proċedura, għandha temenda jew tħassar id-deċiżjonijiet meħuda, skond kif is-sitwazzjoni tiżviluppa.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-lista taż-żonożi jew kawżi li x’aktarx jikkostitwixxu perikolu serju għas-saħħa umana, għandhom ikunu addottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

L-Artikolu 11

Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandha taħtar id-dipartiment veterinarju jew dipartimenti responsabbli għat-twettieq ta’ l-iċċekkjar, veterinarju u b’kollaborazzjoni ma’ dipartimenti ta’ l-ispezzjonijiet ta’ l-Istati Membri oħra.

L-Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull negozjant li huwa ingaġġat fil-kummerċ intra-Kommunitarju u/jew prodotti koperti bl-Artikolu 1:

(a) huwa meħtieġ, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, jirreġistra minn qabel f’reġistru uffiċjali;

(b) iżommu rekord tat-tqassim u, tal-konsenji li għalihom saret referenza fl-Artikolu 5(1)(b)(iii), tad-destinazzjoni sussegwenti ta’ l-annimali u l-prodotti.

L-imsemmi rekord għandu jkun ippreservat għal kull perjodu li għandu jkun stabbilit mill-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex hi tista’ tkun preżentata lill-awtorità kompetenti fuq talba.

L-Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tad-dipartimenti veterinarji tagħhom, jekk jixraq f’kollaborazzjoni ma’ l-uffiċjali tad-dipartimenti oħra maħtura għal dan il-għan, huma kapaċi b’mod partikolarli li:

- iwettqu spezzjonijiet ta’ l-ażjendi, installazzjonijiet, mezzi ta’ trasport u proċessi użati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ l-annimali,

- jiċċekjaw, fir-rigward ta’ prodotti elenkati fl-Anness A, li l-impjegati qed iħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fit-testijiet li għalihom saret referenza f’dak l-Anness,

- jieħdu kampjuni minn:

(i) annimali miżmuma bil-ħsieb li jkunu mibjugħa, impoġġija fis-suq jew ittrasportati;

(ii) prodotti miżmuma bil-ħsieb li jkunu maħżuna jew mibjugħa, impoġġija fis-suq jew ittrasportati,

- jeżaminaw il-materjal dokumentarju jew ta’ proċessar ta’ data rilevanti għall-iċekkjar imwettaq iżjed mill-miżuri meħuda taħt din id-Direttiva.

L-Istati Membri jeħtieġu l-ażjendi, ċentri jew organizzazzjonijiet li jkunu qed jiġu ċċekjati biex jaffordjaw il-kollaborazzjoni meħtieġa għat-tettieq tal-ħidmiet imsemmija qabel.

L-Artikolu 14

1. Id-Direttiva 64/432/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE [8]; hi hawnhekk emendata kif ġejja:

(a) L-Artikolu 6 hu mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

Annimali għall-qatla li ttieħdu mal-wasla fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew direttament jew permezz ta’ kull suq approvat jew ċentru ta’ ġbir għal kull biċċerija għandhom ikunu maqtula hemm kemm jista’ jkun malajr, b’mod konformi mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali.

Annimali għall-qatla li ġew meħuda mal-wasla fil-pajjiż tad-destinazzjoni f’kull suq ħdejn il-biċċerija taħt liema regoli l-annimali kollha jistgħu jitneħħew, b’mod partikolari wara s-suq, biss lil kull biċċerija approvata għal dan l-iskop minn awtorità ċentrali kompetenti jridu jkunu maqtula fil-biċċerija mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara l-wasla fis-suq.

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni tista’, fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali, tinnomina l-biċċerija fejn dawk l-annimali għandhom jinbagħtu."

(b) L-Artikolu 7(3) u l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikoli 8(2) huma hawnhekk imħassra.

(ċ) L-Artikoli 9 u 10 huma mibdula b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

1. Stat Membru li għandu kull programm ta’ kontroll nazzjonali għall-waħda mill-mardiet kontaġużi li għalih m’hemmx referenza fl-Anness E għat-territorju tiegħu kollu jew parti minnu jista’ jissottometti l-imsemmi programm lill-Kummissjoni, billi jindika b’mod partikolari:

- id-distribuzzjoni tal-mard fl-Istat Membru,

- ir-raġunijet għall-programm, billi jieħu inkonsiderazzjoni l-importanza tal-mard u l-benefiċċju probabbli tal-programm f’relazzjoni ma’ l-ispejjeż tiegħu,

- iż-żona ġeografika fejn il-programm jista’ jkun implimentat,

- l-istatus tal-kategoriji li għandhom ikunu applikati għall-istabbilimenti ta’ l-annimali, li standards li jridu jinkisbu f’kull kategorija, u l-proċeduri tal-provi li jridu jkunu użati,

- il-programm tal-proċeduri ta’ sorveljar,

- l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal kull raġuni, kull stabbiliment jitlef l-istatus tiegħu,

- il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati mwettqa b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-programm huma pożittivi.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi preżentati mill-Istati Membri. Il-programmi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu approvati b’mod konformi mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 b’mod konformi mal-proċedura li hemm provduta fl-Artikolu 12. Skond l-istess proċedura, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ intra-Kommunitarju, għandhom ikunu definiti fl-istess żmien jew mhux aktar tard minn tliet, xhur wara l-approvazzjoni tal-programmi. Dawn il-garanziji ma jridux jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplika nazzjonalment.

3. Il-programmi sottomessi mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew supplimentati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12. Emendi jew żidiet għall-programmi li diġà ġew approvati jew għall-garanziji li ġew identifikati b’mod konformi mal-paragrafu 2 jistgħu ikunu approvati taħt l-istess proċedura.

L-Artikolu 10

1. Meta kull Stat Membru jikkonsidra li fit-territorju tiegħu jew parti mit-territorji tiegħu hu ħieles minn wieħed mill-mardiet li għalihom annimali bovini u ħnieżer huma suxxettibli, hu għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn, li jistabbilixxi b’mod partikolari:

- in-natura tal-mard u l-istorja ta’ meta seħħ fit-territorju tiegħu,

- ir-riżultati ta’ provi ta’ sorveljanza bbażat fuq investigazzjoni seroloġika, mikrobijoloġika, patoloġika jew epidemoloġika u fuq il-fatt li l-mard irid ikun bil-liġi avżat lill-awtoritajiet kompetenti,

- il-perjodu li matulu saret is-sorveljanza,

- meta applikabbli, il-perjodu matul xiex il-vaċċinazzjon kontra l-mard ġie pprojbit u ż-żona ġeografika konċernata bil-projbizzjoni,

- l-arranġamenti għall-verifika ta’ l-assenza tal-mard.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni sottomessa mill-Istati Membri. Il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ intra-Kommunitarju jistgħu jkunu definiti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12. It-tali garanziji ma jridux jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment. Meta ġustifikazzjoni hi sottomessa qabel l-1 ta’ Lulju 1991, id-deċiżjonijiet fuq garanziji addizzjonali għandhom jittieħdu qabel l-1 ta’ Jannar 1992.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull bidla fid-dettalji speċifiċi li jirrelataw mal-mard. Il-garanziji mfissra kif stabbiliti fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl tat-tali notifikazzjoni, jkunu emendati jew irtirati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12."

2. Is-subparagrafi 2 sa 5 ta’ l-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 7 u 15 tad-Direttiva 88/407/KEE [9] huma hawnhekk imħassra.

3. Is-subparagrafi 2 sa 4 ta’ l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/556/KEE [10] huma hawnhekk imħassra.

4. Fil-ħames linja ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 72/462/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/227/KEE [12], "tlieta" hi mibdula b’"ħamsa".

L-Artikolu 15

1. L-Artikolu li ġej hu mdaħħal fid-Direttivi 64/432/KEE u 89/556/KEE:

"L-Artikolu 14

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-iċċekkjar veterinarji u zootekniċi fil-kummerċ intra-Kommunitarju f’ċertu annimali ħajjin u prodotti b’kull ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [13], għandhom jgħoddu b’mod partikolari għall-iċċekkjar, fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, u prosegwiment għall-iċċekkjar li għandu jsir mill-pajjiż tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta’ ħarsien li għandhom ikunu implimentati."

2. L-Artikolu li ġej għandu jkun mdaħħal fid-Direttiva 88/407/KEE:

"L-Artikolu 15

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku fil-kummerċ intra-Kommunitarju f’ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [14], għandhom jgħoddu b’mod partikolari għall-iċċekkjar, ta’ l-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istat Membr tad-destinazzjoni, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, u tal-miżuri ta’ ħarsien li għandhom jiġu implimentati."

3. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/426/KEE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jikkonċernaw l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku fil-kummerċ intra-Kommunitarju f’ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [15], għandhom jgħoddu b’mod partikolari għall-iċekkjar, ta’ l-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u tal-miżuri tas-salvagwardji li għandu jkun implimentat."

L-Artikolu 16

Il-Kummissjoni tista’ b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, temenda l-lista tal-mard li għaliha saret referenza fl-Anness Ċ.

L-Artikolu 17

Meta ssir referenza għall-proċedura prevista f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [16] għandu jieħu deċiżjonijiet b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/662/KEE.

L-Artikolu 18

Meta ssir referenza għall-proċedura mfissra f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Veterinarju Permanenti għandu jieħu d-deċiżjonijiet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE.

L-Artikolu 19

Meta ssir referenza għall-proċedura mfissra f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Zootekniku Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 77/505/KEE [17] għandu jieħu d-deċiżjonijiet b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE [18].

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali u transitorji

l-Artikolu 20

1. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, kull sistema kompjuterizzata li torbot awtoritajiet veterinarji, bil-ħsieb, b’mod partikolari, biex tiffaċilita l-kambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-reġjuni fejn kull ċertifikat ta’ saħħa jew dokument li jakkompanja l-annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali ġie maħruġ u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni.

2. Il-proċeduri tal-kontribuzzjoni finali tal-Komunità, kif ipprovdut fl-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, għandhom ikunu addottati bil-proċedura li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 42 ta’ l-imsemmija Deċiżjoni.

3. B’mod konformi mal-proċedura li hemm provduta fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha taddotta l-proċedura għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, b’mod partikolari, l-istandards xierqa għall-kambju tad-data u r-regoli tas-sigurtà tad-data skambjata.

L-Artikolu 21

Sal-31 ta’ Diċembru 1992, il-kummerċ fl-annimali u l-prodotti elenkati fl-Anness B għandu, kemm-il darba jiġu addottati r-regoli tal-Komunità, u mingħajr preġudizzju taż-żamma tar-regoli nazzjonali mfassla għall-identifikazzjoni tal-lottijiet, ikunu bla ħsara għar-regoli tal-kontroll stabbiliti b’din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk imsemmija fit-tieni parti tas-sentenza ta’ l-Artikolu 3(1)(a).

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 22, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw bħalissa għall-aċċetazzjoni għat-territorju tagħhom ta’ l-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu inklużi r-regoli ta’ identifikazzjoni.

B’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kompjuteriżżazzjoni meħtieġa tad-dikjarazzjonijiet tal-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Ir-regoli ta’ kontroll li hemm provdut għall-annimali u l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A għandhom ikunu estizi għall-annimali u l-prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali li għadhom mhumiex, koperti b’dan l-Anness meta ir-regoli armonizzati li jirregolaw il-kummerċ hemmhekk huma addottati. Qabel l-1 ta’ Jannar 1992 il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq l-inklużjoni fil-31 ta’ Diċembru 1992 fl-iskop tad-Direttiva 89/662/KEE u ta’ din id-Direttiva fuq l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali li mhumiex, koperti mill-imsemmija Direttiva.

L-Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Ottubru 1991 kull programm li jistabbilixxi l-miżuri nazzjonali li huma ntiżi biex jilħqu l-għanijiet dikjarati ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-frekwenza ta’ l-iċċekkjar.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi komunikati mill-Istati Membri b’mod konformi mal-paragrafu 1.

3. Kull sena, u għall-ewwel darba fl-1992, il-Kummissjoni għandha tindirizza lill-Istati Membri kull rakkomandazzjoni fuq kull programm ta’ l-iċċekkjar, għas-sena ta’ wara; il-Kumitat Veterinarju Permanenti għandu jkun esprima l-fehma tiegħu fuq ir-rakkomandazzjoni bil-quddiem. Din ir-rakkomandazzjoni tista’ tkun suġġetta għal addatazzjonijiet iktar tard.

L-Artikolu 23

1. Qabel l-1 ta’ Jannar 1991, il-Kunsill, hu u jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi fuq ir-regoli u l-prinċipji ġenerali applikabbli fuq l-iċċekkjar, li għandu jsir fil-pajjiżi terzi u fuq l-iċċekkjar, fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ annimali u prodotti koperti b’din id-Direttiva. Fl-istess mod, il-postijiet ta’ l-iċċekkjar, fil-fruntieri esterni, kif ukoll il-ħtiġiet li għandhom ikunu ssodisfati b’dawn il-postijiet, għandhom ikunu stabbiliti qabel dik id-data.

2. Qabel l-1 ta’ Jannar 1993, il-Kunsill għandu, fuq kull bażi tar-rapport mill-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba, akkompanjata b’kull proposta rilevanti, fuq liema hi għandha tiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dawk ta’ l-Artikolu 10 u l-Artikolu 5(2)(a).

l-Artikolu 24

Sal-31 ta’ Diċembru 1992 jew f’mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data li fihom l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 90/423/KEE, u biex jippermetti l-implimentazzjoni gradwali ta’ l-arranġementi ta’ l-iċċekajr stabbilit b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ deroga minn l-Artikolu 5(1):

- iżżommu provi dokumentati matul il-vjaġġ ta’ l-annimali u l-prodotti koperti bl-Annessi A u B biex jissodisfaw infushom li l-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti mir-regoli tal-Komunità ġew imħarsa,

- iħaddmu provi dokumentati matul il-vjaġġ fuq l-annimali u l-prodotti importati minn pajjiżi terzi u intiżi għalihom.

L-Artikolu 25

Il-Kunsill, hu u jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi, qabel l-1 ta’ Ottubru 1992, l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati meta d-dispożizzjonijiet transitorji li hemm previsti fl-Artikolu 24 jiskadu.

L-Artikolu 26

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu:

(i) l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE, xagħrejn wara d-data tan-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(ii) id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, f’kull data li għandha tkun stabbilita meta d-Deċiżjoni li għandha tkun addottata qabel il-31 ta’ Diċembru 1990 imma mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1991 hi meħuda.

Madankollu, ir-Repubblika Ħellenika għandu jkollha żmien addizzjonali ta’ sena li fihom tikkonforma mad-dispożizzjonijiet l-oħra.

L-Artikolu 27

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

M. O'Kennedy

[1] ĠU C 225, tal-31.8.1988, p. 4.

[2] ĠU C 326, tad-19.12.1988, p. 28.

[3] ĠU C 56, tas-6.3.1989, p. 20.

[4] ĠU L 224, tas-26.6.1990, p. 42.

[5] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58.

[6] ĠU L 76, tat-22.3.1990, p. 23.

[7] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[8] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[9] ĠU L 134, tat-22.7.1988, p. 10.

[10] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

[11] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[12] ĠU L 93, tas-6.4.1989, p. 25.

[13] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[14] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[15] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[16] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

[17] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

[18] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

I. IL-LEĠISLAZZJONI VETERINARJA

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li taffetwa l-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali bovini u ħnieżer.

ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għar-regoli tal-kummerċ intra-Kummunitarju u l-importazzjonijiet tas-semen iffriżat ta' l-ispeċi bovini.

ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Kommunitarju fi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-embryos ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovini.

ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet tal-politika tas-saħħa li jirregolaw il-moviment ta' l-ekwini u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi [1].

ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990, li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni tas-semen ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi porċini.

ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62.

II. IL-LEĠISLAZZJONI ZOOTEKNIKA

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 fuq l-annimali tar-razza tat-tnissil pur ta' l-ispeċi bovini.

ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta' Diċembru 1988 dwar l-istandards zootekniċi applikabbli għall-annimali tat-tagħmir ta' l-ispeċi porċini.

ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 li tikkonċerna r-razza tat-tnissil pur tan-ngħaġ u l-mogħoż.

ĠU L 153, tat-8.6.1989, p. 30.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet zootekniċi u ġinealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Kommunitarju f'ekwini.

ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

[1] Mill-1 ta' Jannar 1992.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

L-ANNIMALI U L-PRODOTTI BLA ĦSARA GĦALL-ARMONIŻAZZJONI IMMA KUMMERĊ F'LIEMA GĦANDU JKUN BLA ĦSARA GĦALL-IĊĊEKKJAR, LI HEMM PROVDUT F'DIN ID-DIRETTIVA

A. L-annimali ħajjin ta' l-ispeċi li ġejjin

- Ngħaġ u mogħoż

- Tjur ħaj

- Fniek domestiċi

B. Il-prodotti

- Fdal (pathogens)

- Bajd li jfaqqas

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

L-ELENKU TA' MARD JEW MARD EPIŻOOTIKU, BLA ĦSARA GĦALL-AZZJONI TA' EMERĠENZA MANDATORJA, B'RESTRIZZJONIJIET TERRITORJALI (STATI MEMBRI, REĠJUNI JEW ŻONI)

- Marda ta' l-ilsin u tad-dwiefer (MID)

- Deni klassiku tal-ħanzir (DKĦ)

- Deni tal-ħanzir Afrikan (DĦA)

- Mard veskulari tal-ħnieżer (MVĦ)

- Marda tan-Newcastle (MN)

- Rinderpest

- Peste des petits ruminants (PPR)

- Vesicular stomatitis (VS)

- Ilsien ikħal

- Mard taż-żiemel Afrikan (MŻA)

- Viral equine encephalomyelitis

- Mard teschen

- Avian influenza

- Pox tan-ngħaġ u l-mogħoż

- Mard tal-lumpy skin

- Deni tar-rift valley

- Contagious bovine pleuropneumonia

--------------------------------------------------

Top