EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0106

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini

OJ L 40, 11.2.1989, p. 12–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 017 P. 185 - 199
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 017 P. 185 - 199
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 009 P. 296 - 310
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 009 P. 3 - 17
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 009 P. 3 - 17

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32011R0305

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/106/oj

31989L0106



Official Journal L 040 , 11/02/1989 P. 0012 - 0026
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0185
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0185


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini

(89/106/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali Artikolu 100a ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi Stati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li x-xogħol ta’ bini u tal-periti fit-territorju tagħhom ikun iddisinjat u magħmul b’mod li ma jipperikolax is-sigurtà tan-nies, annimali domestiċi u proprjetà, filwaqt li jħares ħtiġijiet oħra essenzjali fl-interessi globali ta’ kulħadd;

Billi Stati Membri għandhom dispożizzjonijiet, fosthom ħtiġijiet, marbuta mhux biss ma’ sigurtà tal-bini iżda wkoll ma’ saħħa, durabilità, ekonomija fl-enerġija, ħarsien ta’ l-ambjent, aspetti ta’ l-ekonomija, u aspetti oħra importanti fl-interess tal-pubbliku;

Billi dawn il-ħtiġijiet, li ħafna drabi huma l-qofol ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva, għandhom influwenza diretta fuq it-tip ta’ prodotti għal bini wżati u jidhru fin-normi nazzjonali tal-prodott, approvazzjonijiet tekniċi u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li, minħabba d-disparità tagħhom, ifixklu kummerċ fi ħdan il-Komunità;

Billi l-paragrafu 71 tal-White Paper dwar it-tlestija tas-suq intern, approvata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju ta’ l-1985, jistqarr li, fi ħdan il-politika ġenerali, għandu ikun hemm enfasi partikulari fuq ċerti setturi, fosthom il-kostruzzjoni; billi t-tneħħija ta’ l-ostakli tekniċi fil-qasam tal-kostruzzjoni, sal-punt li ma jistgħux jitneħħew b’għarfien reċiproku ta’ ugwaljanza fl-Istati Membri kollha, għandhom jimxu mal-metodu l-ġdid stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju, 1985 [4] li titlob tifsira dwar il-ħtiġijiet essenzjali tas-sigurtà u aspetti oħra li huma importanti għas-saħħa globali, mingħajr ma tnaqqas il-livelli eżistenti u ġustifikati tal-protezzjoni fl-Istati Membri;

Billi l-ħtiġijiet essenzjali jsawru kemm il-kriterji ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi li magħhom ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jaqblu; billi dawk il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu li jeħtieġu li x-xogħlijiet imsemmija jaqblu ma’ ammont xieraq ta’ min iserraħ fuqu ma’ wieħed, xi wħud jew dawn il-ħtiġijiet kollha meta u fejn dan hu stabbilit fir-regolamenti;

Billi, bħala bażi għan-normi armonizzati jew xi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra f’livell Ewropew u biex titfassal jew tingħata l-approvazzjoni teknika Ewropea, dokumenti li jistgħu jiġu interpretati se jkunu stabbiliti biex jagħtu forma konkreta lill-ħtiġijiet essenzjali f’livell tekniku;

Billi dawn il-ħtiġijiet essenzjali jqiegħdu s-sisien għat-thejjija ta’ normi armonizzati f’livell Ewropew għal prodotti għal bini; billi biex jinkiseb l-ikbar vantaġġ possibbli għal suq wieħed intern, biex għadd kbir kemm jista’ jkun ta’ manifatturi jkun jista’ jkollhom aċċess għal dak is-suq, biex ikun żgurat kemm jista’ jkun l-ogħla livell ta’ trasparenza tas-suq u biex joħolqu l-kundizzjonijiet għal sistema li tiġbor fiha r-regoli ġenerali fl-industrija tal-kostruzzjoni, għandhom jiġu stabbiliti l-aktar normi armonizzati, kemm jista’ jkun malajr; billi dawk in-normi kienu mfassla minn korpi privati, u għandhom jibqgħu testi mhux obbligatorji; billi, għal dak il-għan, il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma meqjusa bħala l-korpi kompetenti biex jadottaw in-normi armonizzati b’konformità mal-linji ġenerali ta’ gwida għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmata fit-13 ta’ Novembru, 1984; billi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, norma armonizzata hija speċifikazzjoni teknika (norma Ewropea jew dokument armonizzat) adottat minn wieħed jew miż-żewġ korpi fuq mandat maħruġ mill-Kummissjoni bi konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu, 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tan-normi u r-regolamenti tekniċi [5];

Billi l-karatteristika speċifika tal-prodotti għal bini tirrikjedi li jkun hemm tiswir preċiż ta’ dawn in-normi armonizzati; billi huwa għalhekk meħtieġ li jitfasslu dokumenti interpretattivi biex jistabbilixxu għaqdiet bejn il-mandati għan-normi u l-ħtiġijiet essenzjali; billi n-normi armonizzati, ikunu mfissra kemm jista’ jkun skond kif jaħdem il-prodott, u jkunu meqjusa dawn id-dokumenti interpretattivi, li jissawru b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri;

Billi l-livelli ta’ kemm jaħdmu u l-ħtiġijiet li għandhom jintlaħqu mill-prodotti fil-ġejjieni fl-Istati Membri jkunu stabbiliti fi gruppi fid-dokumenti interpretattivi u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati biex jitqiesu l-livelli differenti tal-ħtiġijiet essenzjali għal ċerti xogħlijiet u l-kundizzjonijiet differenti li hemm fl-Istati Membri;

Billi n-normi armonizzati għandu ikun fihom klassifikazzjonijiet biex il-prodotti għal bini jkunu jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet essenzjali u li huma magħmula u wżati sew skond it-tradizzjonijiet tekniċi garantiti minn kundizzjonijiet lokali tal-klima u kundizzjonijiet oħra li jibqa’ jkun hemm fis-suq;

Billi prodott huwa meqjus li hu tajjeb biex jintuża jekk jaqbel man-norma armonizzata, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata magħrufa f’livell ta’ Komunità; billi, f’każi fejn il-prodotti m’għandhomx ħafna importanza fejn jidħlu l-ħtiġijiet essenzjali u fejn jitbiegħdu mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti, huma jistgħu jkunu ċertifikati minn korp approvat jekk għandhomx jintużaw;

Billi dawk il-prodotti li huma għalhekk meqjusa tajbin biex jintużaw huma magħrufa malajr mill-marka KE; billi għandu jitħalla l-moviment liberu u l-użu ħieles tagħhom għall-iskop maħsub fil-Komunità kollha;

Billi, fil-każ ta’ prodotti fejn in-normi Ewropej ma jistgħux ikunu magħmula jew previsti fiż-żmien raġonevoli jew dawk il-prodotti li jitbiegħdu sew min-norma, kemm dawk il-prodotti li huma tajbin għall-użu għandu ikun verifikat permezz ta’ l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej skond il-linji komuni ta’ gwida; billi l-linji komuni ta’ gwida għall-għoti ta’ l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej għandhom jkunu adottati skond id-dokumenti interpretattivi;

Billi, fin-nuqqas ta’ normi armonizzati u approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew oħrajn mhux armonizzati jistgħu jitqiesu li qegħdin jagħtu bażi xierqa li x’aktarx il-ħtiġijiet essenzjali qegħdin jintlaħqu;

Billi huwa meħtieġ li jkun żgurat il-konformità ta’ prodotti man-normi armonizzati u ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mhux armonizzati magħrufa f’livell Ewropew permezz tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni mill-manifatturi u tas-sorveljanza, eżaminar ta’ l-evalwazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni minn partijiet oħra indipendenti kwalifikati, jew mill-manifattur innifsu;

Billi proċedura speċjali għandha tinstab bħala miżura intermedjarja għal prodotti fejn in-normi jew l-approvazzjonijiet tekniċi magħrufa f’livell Ewropej għadhom ma jeżistux; billi din il-proċedura għandha tgħin fl-għarfien tar-riżultati ta’ l-eżamijet magħmula fi Stat Membru ieħor skond il-ħtiġijiet tekniċi ta’ l-Istat Membru destinatarju;

Billi Kumitat Permanenti dwar Kostruzzjoni għandu ikun stabbilit u jkun magħmul minn esperti nnominati minn Stati Membri biex jgħinu lill-Kummissjoni f’dawk il-każi li jqumu rigward it-twettiq u t-tħaddin prattiku ta’ din id-Direttiva;

Billi r-responsabbiltà ta’ Stati Membri għal sigurtà, is-saħħa u affarijiet oħra koperti mill-ħtiġijiet essenzjali fit-territorju tagħhom għandhom ikunu rikonoxxuti bħala klawsola ta’ prevenzjoni li taħseb għal miżuri protettivi xierqa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Qasam ta’ applikazzjoni - Tifsiriet - Ħtiġijiet - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Moviment liberu ta’ merkanzija

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal prodotti għal bini fejn hemm marbuta magħhom il-ħtiġijiet essenzjali fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ bini skond Artikolu 3(1).

2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘prodott ta’ bini’ ifisser kull prodott li hu magħmul biex jiddaħħal b’mod permanenti fix-xogħlijiet ta’ bini, inkluż kemm fix-xogħlijiet tal-bini u kemm tal-periti.

‘Prodotti għal bini’ huma minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘prodotti’; xogħlijiet ta’ bini, inklużi kemm ix-xogħlijiet tal-bini u kemm tal-periti, huma minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala ‘xogħlijiet’.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1, li huma maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu tajbin għall-użu maħsub, li jfisser li jkollhom dawk il-karatteristiċi li x-xogħlijiet li ser jiddaħħlu fihom, magħquda, imħaddma jew stallati, jistgħu, jekk iddisinjati u mibnija sew, jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3 meta u fejn dawk ix-xogħlijiet huma esposti għar-regolamenti li fihom dawk il-ħtiġijiet.

2. Meta prodotti jkunu soġġetti għal direttivi oħra tal-Komunità fil-każ ta’ aspetti oħra, il-marka tal-konformità KE, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘marka KE’, li għaliha jirreferi Artikolu 4(2) tindika f’dawn il-każi li l-ħtiġijiet ta’ dawk id-direttivi l-oħra ġew imħarsa.

3. Meta direttiva futura tolqot l-aktar aspetti oħra u ftit żgħira l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva, id-direttiva sussegwenti għandu jkun fiha dispożizzjonijiet li jiżguraw li hi tkopri wkoll il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

4. Din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt ta’ Stati Membri li jispeċifikaw - b’ħarsien mistħoqq tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat - il-ħtiġijiet li huma jqisu meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema huma mħarsa meta jużaw dawn il-prodotti, dejjem jekk dan ma jfissirx li l-prodotti huma modifikati b’tali mod li mhux speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. Il-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għal dawk ix-xogħlijiet li jistgħu jaffetwaw il-karatteristiċi tekniċi ta’ prodott huma stabbiliti skond l-għanijiet f’Anness I. Waħda minn, xi uħud minn jew il-ħtiġijiet kollha jistgħu jgħoddu; huma se jintlaħqu waqt żmien ta’ xogħol ekonomikament raġonevoli.

2. Biex jitqiesu d-differenzi possibbli tal-kundizzjonijiet ġeografiċi jew tal-klima jew tal-modi ta’ ħajja kif ukoll tal-livelli differenti ta’ protezzjoni li jista’ jkun hemm fuq livell, nazzjonali, reġjonali jew lokali, kull ħtieġa essenzjali tista’ tagħti lok għat-twaqqif ta’ gruppi fid-dokumenti li għalihom jirreferi l-paragrafu 3 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għalihom jirreferi Artikolu 4 biex il-ħtieġa tkun imħarsa.

3. Il-ħtiġijiet essenzjali jingħataw forma konkreta fid-dokumenti (dokumenti interpretattivi) għall-ħolqien tar-rabtiet essenzjali bejn il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-mandati ta’ standardizzazzjoni, mandati għal-linji ta’ gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea jew l-għarfien ta’ xi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra fi ħdan it-tifsira ta’ Artikoli 4 u 5.

Artikolu 4

1. Normi u approvazzjonijiet tekniċi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu meqjusa bħala ‘speċifikazzjonijiet tekniċi’.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, in-normi armonizzati għandhom ikunu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati mis-CEN, Cenelec jew mit-tnejn, b’mandat maħruġ mill-Kummissjoni b’konformità mad-Direttiva 83/189/KEE skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19 u bi konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali li jolqtu l-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmata fit-13 ta’ Novembru, 1984.

2. L-Istati Membri għandhom jassumu li l-prodotti huma tajba għall-użu intenzjonat tagħhom jekk ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet li fihom huma wżati, dejjem jekk dawn ta’ l-aħħar huma ddisinjati sew u mibnija, skond il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3, u dawk il-prodotti jkollhom fuqhom il-marka KE. Il-marka KE għandha tindika:

(a) li huma jaqblu man-normi nazzjonali relevanti li jbiddlu l-pożizzjoni tan-normi armonizzati, li kien hemm riferenza għalihom ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Stati Membri jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn in-normi nazzjonali;

(b) li huma jaqblu ma’ l-approvazzjoni teknika Ewropea, imwassla skond il-proċedura tal-Kapitolu III, jew

(ċ) li huma jaqblu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali li għalihom jirreferi l-paragrafu 3 sa fejn ma jeżistux l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati; lista ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali tissawwar skond il-proċedura ta’ Artikolu 5(2).

3. Stati Membri jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-testi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali tagħhom li huma jqisu li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3. Il-Kummissjoni tgħaddi mill-ewwel dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali lill-Istati Membri l-oħra. Bi konformità mal-proċedura li hemm provdut għaliha f’Artikolu 5(2), hi tgħarraf lill-Istati Membri b’dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali li minħabba fihom qiegħda tassumi konformità mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3.

Din il-proċedura għandha tinbeda u titmexxa mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn in-normi nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippubblikahom ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4. F’każ li manifattur, jew l-aġent tiegħu, stabbilit fil-Komunità, ma jkunx applika, jew applika parzjalment, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti li għalihom jirreferi l-paragrafu 2, li jirrikjedu, skond il-kriterji stabbiliti f’Artikolu 13(4), il-prodott li ser ikun espost għal dikjarazzjoni ta’ konformità kif imfissra f’Anness III (2) (iii), it-tieni u t-tielet possibiltajiet, id-deċiżjonijiet korrispondenti skond Artikolu 13(4) u Anness III jgħoddu u jekk dak il-prodott hux tajjeb biex jintuża’ skond it-tifsira ta’ Artikolu 2(1) għandu jkun stabbilit bi konformità mal-proċedura stabbilita f’Anness III (2) (iii), it-tieni possibiltà.

5. Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, għandha ssawwar, tmexxi u tirrevedi kull tant żmien il-lista ta’ prodotti li għandhom sehem żgħir fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà u li għalihom għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta’ konformità mar-‘regola aċċettata tat-teknoloġija’, mill-manifattur, tawtorizza li prodotti bħal dawn jitqiegħdu fis-suq.

6. Il-marka KE tfisser li l-prodotti jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-paragrafi 2 u 4 ta’ dan il-manifattur, jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità, biex jieħu responsabbiltà mit-twaħħil tal-marka KE fuq il-prodott innifsu, fuq it-tikketta mwaħħla miegħu, fuq il-pakkett tiegħu, jew fuq id-dokumenti kummerċjali mehmuża miegħu.

Il-mudell tal-marka KE u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tiegħu jinsabu f’Anness III.

Prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 5 ma jkollhomx il-marka KE.

Artikolu 5

1. F’każ li Stat Membru jew il-Kummissjoni ikuni tal-fehma li n-normi armonizzati jew l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej li għalihom jirreferi Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), jew il-mandati li għalihom jirreferi l-Kapitolu II, ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet ta’ Artikoli 2 u 3, dak l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lill-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, billi jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Il-kumitat għandu iwassal opinjoni urġenti.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-kumitat, u wara konsultazzjoni mal-kumitati stabbilit skond id-Direttiva 83/189/KEE fejn tolqot in-normi armonizzati, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil Stati Membri jekk in-normi jew l-approvazzjonijiet konċernati għandhomx ikunu rtirati fil-pubblikazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 7(3).

2. Meta tirċievi n-notifika li għaliha jirreferi Artikolu 4(3), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19. Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil Stati Membri jekk l-ispeċifikazzjoni teknika msemmija għandhiex tibbenifika milli wieħed jassumi li se taqbel u, jekk jiġri hekk, tippubblika referenza għaliha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru huma tal-fehma li speċifikazzjoni teknika ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa biex wieħed jassumi konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ Artikoli 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19. Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-kumitat imsemmi, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk l-ispeċifikazzjoni teknika nazzjonali msemmija għandhiex tibqa’ tibbenifika milli wieħed jassumi li se taqbel u, jekk le, jekk għandhiex tiġi rtirata r-referenza li hemm għaliha f’Artikolu 4(3).

Artikolu 6

1. L-Istati Membri ma għandhomx iwaqqfu il-moviment liberu, it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tagħhom ta’ prodotti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ prodotti bħal dawn, għall-għan li ġew maħsuba għalih, ma jitwaqqfux minn regoli jew kundizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika jew f’isem korp pubbliku fuq bażi tal-pożizzjoni ta’ monopolju.

2. L-Istati Membri, iżda, għandhom iħallu li prodotti mhux koperti b’Artiklu 4 (2) jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali konsistenti mat-Trattat sakemm ma jingħatax lok mod ieħor mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej li għalihom jirreferi l-Kapitoli II u III. Il-Kummissjoni u l-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19 għandhom jissorveljaw u jirrevedu l-iżvilupp ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej fuq bażi regolari.

3. Jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej relevanti, jew huma stess jew fuq bażi tad-dokumenti interpretattivi li għalihom jirreferi Artikolu 3(3), jiddistingwu bejn il-gruppi differenti li jaqblu mal-livelli differenti ta’ ħidma, Stati Membri jistgħu jiddeċiedu l-livelli ta’ ħidma li għandhom ikunu osservati fit-territorju tagħhom biss fi ħdan il-klassifikazzjonijiet adottati fuq il-livell tal-Komunità u esposti biss għall-użu tal-gruppi kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew ta’ grupp wieħed.

IL-KAPITOLU II

Normi armonizzati

Artikolu 7

1. Biex tkun żgurata l-kwalità tan-normi armonizzati għal prodotti, in-normi għandhom ikunu stabbiliti minn organizzazzjonijiet ta’ normi Ewropej skond il-mandati maħruġa mill-Kummissjoni bi konformità mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 83/189/KEE u, wara konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, bi konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali li jolqtu l-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn il-korpi ffirmata fit-13 ta’ Novembru, 1984.

2. In-normi li joħorġu għandhom ikunu mfissra kemm jista’ jkun b’mod prattiku fejn tidħol il-ħidma ta’ prodott, billi jitqiesu d-dokumenti interpretattivi.

3. Ladarba n-normi jkunu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ normi Ewropej, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riferenzi tan-normi fis-serje ‘Ċ’ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

IL-KAPITOLU III

Approvazzjoni teknika Ewropea

Artikolu 8

1. Approvazzjoni teknika Ewropea hija teknika ta’ evalwazzjoni favorevoli ta’ kemm hu tajjeb għall-użu prodott maħsub għal użu intenzjonat, skond it-twettiq tal-ħtiġijiet essenzjali għal xogħlijiet ta’ bini li għalihom hu wżat il-prodott.

2. Approvazzjoni teknika Ewropea tista’ tingħata lil:

(a) prodotti li għalihom ma hemmx la norma armonizzata, la norma nazzjonali magħrufa, u lanqas mandat għal norma armonizzata, u li għalihom il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, tqis li norma ma tistax, jew ma tistax għalissa, tkun elaborata; u

(b) prodotti li jvarjaw sew min-normi nazzjonali armonizzati jew magħrufa.

Anki f’każ fejn inħareġ mandat għal norma armonizzata, id-dispożizzjonijiet li għalihom tirreferi (a) ma jeskludux l-għoti ta’ approvazzjoni teknika Ewropea għal prodotti li għalihom jeżistu linji ta’ gwida għal dik l-approvazzjoni. Dan għandu jgħodd sakemm tidħol fis-seħħ in-norma armonizzata fl-Istati Membri.

3. F’każi speċjali, il-Kummissjoni tista’, b’deroga mill-paragrafu 2 (a), tawtorizza l-ħruġ ta’ approvazzjoni teknika Ewropea, wara li tikkonsulta mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, għal prodotti li għalihom hemm mandat għal norma armonizzata, jew li għalihom il-Kummissjoni stabbiliet li norma armonizzata tista’ tkun elaborata. L-awtorizzazzjoni tkun valida għal perjodu stabbilit.

4. Approvazzjoni teknika Ewropea ġeneralment għandha tinħareġ għal perjodu ta’ ħames snin. Dan il-perjodu jista’ jkun estiż.

Artikolu 9

1. L-approvazzjoni teknika Ewropea għal prodott għandha tkun ibbażata fuq l-eżamijiet, it-testijiet u l-evalwazzjoni skond id-dokumenti interpretattivi li għalihom jirreferi Artikolu 3(3) u tal-linji ta’ gwida li għalihom jirreferi Artikolu 11 għal dan il-prodott u l-ġemgħa korrispondenti ta’ prodotti.

2. Fejn ma jeżistux jew għadhom ma jeżistux il-linji ta’ gwida li għalihom jirreferi Artikolu 11, l-approvazzjoni teknika Ewropea tista’ tinħareġ b’riferenza għall-ħtiġijiet essenzjali u d-dokumenti interpretattivi fejn l-evalwazzjoni tal-prodott hi adottata mill-korpi approvati jaġixxu flimkien f’isem l-organizzazzjoni li għaliha jirreferi Anness II. Jekk il-korpi li japprovaw ma jistgħux jaqblu, il-każ għandu jkun riferut lill-kumitat li għalih jirreferi l-Artikolu 19.

3. L-approvazzjoni teknika Ewropea għal prodott għandha tinħareġ fi Stat Membru bi konformità mal-proċedura stabbilita f’Anness II b’talba tal-manifattur jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità.

Artikolu 10

1. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li kien awtorizza biex joħorġu l-approvazzjonijiet tekniċi.

2. Il-korpi li japprovaw għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva u b’mod partikulari għandhom ikunu jistgħu:

- jevalwaw jekk il-prodotti l-ġodda humiex tajbin għall-użu skond l-għerf xjentifiku u prattiku,

- jieħdu deċiżjonijiet imparzjali marbuta ma’ l-interessi tal-manifatturi konċernati jew l-aġenti tagħhom, u

- jiġbru flimkien il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet kollha interessati f’evalwazzjoni bbilanċjata.

3. Il-lista ta’ korpi li japprovaw li huma kompetenti biex joħorġu l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, kif ukoll kull emendi għal dik il-lista, għandha tkun ippubblikata fis-serje ‘C’ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, wara li tikkonsulta mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, il-mandati biex ikunu stabbiliti l-linji ta’ gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea għal prodott jew ġemgħa ta’ prodotti lill-organizzazzjoni tal-korpi approvati nnominati mill-Istati Membri.

2. Il-linji ta’ gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea għal prodott jew ġemgħa ta’ prodotti għandu jkun fihom li ġej, b’mod partikulari:

(a) lista tad-dokumenti interpretattivi relevanti li għalihom jirreferi Artikolu 3(3);

(b) ħtiġijiet speċifiċi għall-prodotti skond it-tifsira tal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3(1);

(ċ) il-proċeduri tat-test;

(d) metodu ta’ evalwazzjoni u ta’ kif ikunu ġġudikati r-riżultati tat-testijiet;

(e) il-proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ konformità li għandhom jikkorrispondu ma’ Artikoli 13, 14 u 15;

(f) il-perjodu ta’ validità ta’ l-approvazzjoni teknika Ewropea.

3. Il-linji ta’ gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea, wara konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, ikunu ppubblikati mill-Istati Membri bl-ilsien jew l-ilsna uffiċjali tagħhom.

IL-KAPITOLU IV

Dokumenti interpretattivi

Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, għandha tordna lill-kumitati tekniċi li fihom jipparteċipaw l-Istati Membri biex ifasslu d-dokumenti interpretattivi li għalihom jirreferi Artikolu 3(3).

2. Id-dokumenti interpretattivi għandhom:

(a) jagħtu forma konkreta lill-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti f’Artikolu 3 u f’Anness I billi jġibu flimkien it-terminoloġija u l-bażijiet tekniċi u jindikaw il-gruppi jew livelli għal kull ħtieġa fejn hemm bżonn u fejn jagħti lok l-istat ta’ għerf xjentifiku u tekniku;

(b) jindikaw metodi ta’ kif jitqabblu dawn il-gruppi jew livelli ta’ ħtieġa ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għalihom jirreferi Artikolu 4, per eżempju, metodi ta’ kalkoli u provi, regoli tekniċi għal disinn tal-proġett, eċċ.;

(ċ) iservu bħala referenza għall-istabbiliment ta’ normi armonizzati u linji ta’ gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea u għar-rikonoxximent ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali bi konformità ma’ Artikolu 4(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti interpretattivi fis-serje ‘C’ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej wara li titlob l-opinjoni tal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19.

IL-KAPITOLU V

Attestat ta’ konformità

Artikolu 13

1. Il-manifattur, jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jkun responsabbli għall-verifika li l-prodotti jaqblu mal-ħtiġijiet ta’ l-ispeċifikazzjoni teknika fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 4.

2. Prodotti li jkunu l-qofol taċ-ċertifikat ta’ konformità għandhom igawdu milli wieħed jassumi li jaqblu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi skond it-tifsira ta’ Artikolu 4. Il-konformità għandha tkun stabbilita permezz ta’ testijiet jew evidenza oħra skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bi konformità ma’ Anness III.

3. Iċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ prodott jiddependi minn:

(a) jekk il-manifattur li jkollu sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika jiżgura li l-produzzjoni taqbel ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti; jew

(b) għal prodotti partikulari indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika, korp approvat li jiċċertifika li jkun involut fl-evalwazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

4. L-għażla tal-proċedura skond it-tifsira tal-paragrafu 3 għal prodott jew ġemgħa ta’ prodotti msemmija jkun speċifikat mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, skond:

(a) l-importanza tal-parti li għandu dak il-prodott fil-konfront tal-ħtiġijiet essenzjali, b’mod speċjali dawk marbuta mas-saħħa u s-sigurtà;

(b) il-karatteristika tal-prodott;

(ċ) l-effett tal-varjazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott fuq kemm jagħti servizz;

(d) kemm hu espost għal difetti fil-manifattura tal-prodott;

bi konformità mad-dettalji mogħtija f’Anness III.

F’kull każ, tintagħżel l-inqas proċedura li toħloq problemi konsistenti mas-sigurtà.

Il-proċedura li tintgħażel tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fil-pubblikazzjoni tagħha.

5. Fil-każ ta’ produzzjoni individwali (u mhux f’sensiela), dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ Anness III (2) (ii), it-tielet possibiltà, tkun biżżejjed, sakemm ma jkunx mogħti mod ieħor mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal prodotti li għandhom konsegwenzi tassew importanti rigward is-saħħa u s-sigurtà.

Artikolu 14

1. Bi konformità ma’ Anness III, il-proċedura mfissra għandha twassal għal:

(a) fil-każ ta’ Artikolu 13(3)(a), ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità għal prodott mill-manifattur, jew mill-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità; jew

(b) fil-każ ta’ Artikolu 13(3)(b), għall-ħruġ minn korp ta’ ċertifikazzjoni approvat ta’ ċertikat ta’ konformità għas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni u sorveljanza jew għall-prodott innifsu.

Regoli dettaljati għat-tħaddim tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità jinsabu f’Anness III.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità mill-manifattur jew iċ-ċertifikat ta’ konformità jintitola lill-manifattur, jew lill-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità, biex iwaħħal il-marka KE korrispondenti fuq il-prodott innifsu, fuq it-tikketta mwaħħla miegħu, fuq il-pakkett tiegħu jew fuq id-dokumenti kummerċjali mehmuża miegħu. Il-mudell tal-marka KE u r-regoli għall-użu tagħha fil-każ ta’ kull proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità jinsabu f’Anness III.

Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-marka KE hi wżata sew.

2. Fejn hu stabbilit li l-marka KE twaħħlet ma’ prodott li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa, din id-Direttiva, l-Istat Membru li fih il-konformità kien ġie ċertifikat għandu jiżgura li, jekk hemm bżonn, l-użu tal-marka KE ma jkunx permess u prodotti mhux mibjugħa jkunu rtirati, jew il-marki jitħassru, sakemm ikun meħtieġ biex il-prodott jerġa’ jiġi konformi.

L-Istat Membru konċernat għandu mill-ewwel jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jagħti d-dettalji kwalitattivi u kwantitattivi meħtieġa biex jintgħaraf il-prodott li mhuwiex konformi.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jitħalliex it-twaħħil fuq il-prodotti jew il-pakketti tagħhom ta’ sinjali li jistgħu jitħawdu mal-marka KE.

IL-KAPITOLU VI

Proċeduri speċjali

Artikolu 16

1. Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, kif imfissra f’Artikolu 4, għal kull prodott imsemmi, l-Istat Membru destinatarju għandu, b’talba f’każijiet individwali, iqis il-prodott li għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li hemm fis-seħħ jekk dawn issodisfawx it-testijiet u l-ispezzjonijiet imwettqa minn korp approvat fl-Istat Membru produttur skond il-metodi fis-seħħ fl-Istat Membru destinatarju jew magħruf bħala ekwivalenti minn dak l-Istat Membru.

2. L-Istat Membru produttur għandu jgħarraf lill-Istat Membru destinatarju, bi konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom isiru t-testijiet u l-ispezzjonijiet, tal-korp li beħsiebu japprova għal dan il-għan. L-Istat Membru destinatarju u l-Istat Membru produttur għandhom jagħtu lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa. Meta jintemm dan l-iskambju ta’ informazzjoni l-Istat Membru produttur għandhom japprovaw l-korp għalhekk nominat. Jekk Stat Membru jkollu xi nuqqas ta’ fiduċja, huwa għandu jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu u jgħarraf lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nominati jistgħu jagħtu lil xulxin l-għajnuna kollha meħtieġa.

4. F’każ li Stat Membru jistabbilixxi li korp approvat mhux qed iwettaq it-testijiet u l-ispezzjonijiet kif suppost bi konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, hu għandu jgħarraf lill-Istat Membru li fih hu approvat il-korp minnufih. Dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel in-notifika fi żmien stipulat raġonevoli dwar l-azzjoni li ttieħdet. Jekk l-Istat Membru li jkun qed jagħmel in-notifika ma jarax li l-azzjoni li ttieħdet tkun biżżejjed, hu jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott imsemmi jew jesponih għal kundizzjonijiet speċjali. Hu għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 17

L-Istati Membri destinatarji għandhom jagħtu l-istess valur lir-rapporti u ċertifikati ta’ konformità maħruġa fl-Istat Membru produttur bi konformità mal-proċedura li għaliha jirreferi l-Artikolu 16, kif jagħmlu għad-dokumenti nazzjonali korrispondenti tagħhom.

IL-KAPITOLU VII

Korpi approvati

Artikolu 18

1. Kull Stat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni lista bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, korpi li jispezzjonaw u l-laboratorji fejn isiru t-testijiet li ġew innominati minn dak l-Istat Membru għal ħidmiet li għandhom isiru għall-finijiet ta’ approvazzjonijiet tekniċi, ċertifikazzjonijiet ta’ konformità, spezzjonijiet u testijiet skond din id-Direttiva.

2. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-korpi li jispezzjonaw u l-laboratorji li jittestjaw għandhom ikunu jaqblu mal-kriterji stabbiliti f’Anness IV.

3. L-Istati Membri għandhom jindikaw il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-korpi u l-laboratorji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 u l-karatteristika tal-ħidmiet li għandhom jingħataw lilhom.

IL-KAPITOLU VIII

Kumitat Permanenti għal Bini

Artikolu 19

1. Kumitat Permanenti għal Kostruzzjoni huwa hawnhekk stabbilit.

2. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti nnominati mill-Istati Membri. Huwa jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jinnomina żewġ rappreżentanti. Ir-rappreżentanti jista’ jkollhom esperti magħhom.

3. Il-kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu stess dwar il-proċedura.

Artikolu 20

1. Il-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19 jista’, b’talba tal-president tiegħu jew ta’ Stat Membru, jifli kull mistoqsija li tinħoloq mit-tħaddin u t-twettiq prattiku ta’ din id-Direttiva.

2. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għal:

(a) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħtiġijiet fejn ma jkunux inklużi fid-dokumenti interpretattivi u l-istabbiliment tal-proċedura biex ikun iċċertifikat il-konformità fil-mandati għan-normi skond Artikolu 7(1) u l-linji ta’ gwida għall-approvazzjonijiet skond Artikolu 11(1);

(b) l-għoti ta’ struzzjonijiet biex jitfasslu dokumenti interpretattivi skond Artikolu 12(1) u d-deċiżjonijiet dwar id-dokumenti interpretattivi skond Artikolu 12(3);

(ċ) ir-rikonoxximent ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali bi konformità ma’ Artikolu 4(3);

għandhom ikunu adottati bi konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjonigħandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien stipulat li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza kif stabbilit f’Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill hu mitlub jieħu wara proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom ikollhom piż bil-mod imsemmi f’dak l-Artikolu. Il-president ma jivvotax.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu fi konformità ma’ l-opinjoni tal-kumitat.

Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux fi konformità ma’ l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħatax opinjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kunsill mingħajr dewmien, proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandha jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta titressaq il-proposta lilu, il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni, il-miżuri proposti għandhom ikunu addottati mill-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU IX

Klawsola preventiva

Artikolu 21

1. F’każ li Stat Membru jiżgura li prodott iddikjarat li huwa konformi mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jaqbilx ma’ Artikoli 2 u 3, hu għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dawk il-prodotti mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew jirristrinġi l-moviment liberu tagħhom.

L-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kullmiżura bħal din, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u jgħid b’mod partikulari jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:

(a) nuqqas ta’ konformità ma’ Artikoli 2 u 3, fejn il-prodott ma jilħaqx l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għalihom jirreferi Artikolu 4;

(b) użu ħażin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għalihom jirreferi Artikolu 4;

(ċ) difetti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nfushom li għalihom jirreferi Artikolu 4;

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. Jekk il-Kummissjoni ssib li, wara din il-konsultazzjoni, l-azzjoni hi ġustifikata, hi għandha immedjatament tgħarraf lill-Istat Membru li ħa l-azzjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

3. Fejn id-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun dovuta għal difetti fin-normi jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha ġġib is-suġġett quddiem il-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, kif ukoll il-kumitat stabbilit skond id-Direttiva 83/189/KEE fil-każ tad-difetti fin-norma armonizzata, fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri jkun beħsiebu jżommhom, u jibda l-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 5(2).

4. L-Istat Membru konċernat għandu jieħu azzjoni xierqa kontra kull min ikun għamel id-dikjarazzjoni ta’ konformità u jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istat Membri l-oħra dwarha.

5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-progress u r-riżultat ta’ din il-proċedura.

IL-KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi żmien 30 xahar min-notifika tagħha [6]. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwarha.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 23

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 1993, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19, għandha terġa’ teżamina kemm huma prattiċi l-proċeduri stabbiliti b’din id-Direttiva u, fejn jeħtieġ, tressaq proposti għal emendi xierqa.

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-21 ta’ Diċembru, 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU C 93, tas-6.4.1987, p. 1.

[2] ĠU C 305, tas-16.11.1987, p. 74 u ĠU C 326, tad-19.12.1988.

[3] ĠU C 95, tal-11.4.1988, p. 29.

[4] ĠU C 136, ta’ l-4.6.1985, p. 1.

[5] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

[6] Din id-Direttiva ġiet mgħarrfa lill-Istati Membri fis-27 ta’ Diċembru, 1988.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI

Il-prodotti għandhom jkunu tajbin għal xogħlijiet ta’ bini li (jew sħaħ jew inkella f’partijiet separati) huma tajba għall-użu maħsub għalihom, billi titqies l-ekonomija, u f’din ir-rabta jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li ġejjin fejn ix-xogħlijiet huma esposti għal regolamenti li fihom dawk il-ħtiġijiet. Ħtiġijiet bħal dawn għandhom jintlaħqu, wara li jkollhom manutenzjoni normali, għal ammont ta’ snin ekonomikament raġonevoli. Il-ħtiġijiet ġeneralment jolqtu azzjonijiet li huma prevedibbli.

1. Reżistenza mekkanika u stabbilità

Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li t-tagħbijiet li għandhom jagħfsu fuqhom waqt il-kostruzzjonijiet u l-użu ma jwasslux għall-ebda minn li ġejjin:

(a) li jċedi x-xogħol kollu jew parti minnu;

(b) deformazzjonijiet kbar li ma jistgħux ikunu aċċettati;

(ċ) ħsara lil xi partijiet oħra mix-xogħlijiet jew lill-fittings jew apparat stallat minħabba deformazzjoni kbira tal-kostruzzjoni li tkun qiegħda ġġorr il-piż;

(d) ħsara minħabba xi inċident li jkun sproporzjonat mal-kawża oriġinali.

2. Sigurtà fil-każ ta’ ħruq

Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li fil-każ ta’ ħruq:

- il-kapaċità li ġġorr il-piż tal-kostruzzjoni jistgħu jassumuha għal perjodu ta’ żmien speċifiku,

- il-ħolqien u l-firxa tan-nar u d-duħħan fix-xogħlijiet ikunu limitati,

- il-firxa tan-nar lejn xogħlijiet ta’ bini fil-qrib tkun limitata,

- l-okkupanti jistgħu iħallu x-xogħlijiet jew jiġu salvati b'mezzi oħrajn,

- titqies is-sigurtà tal-gruppi ta’ salvataġġ.

3. Iġjene, saħħa u l-ambjent

Ix-xogħol ta’ bini għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li ma jheddidx l-iġjene jew is-saħħa ta’ min joqgħod hemm jew tal-ġirien, b’mod partikulari bħala riżultat ta’ xi wieħed minn li ġejjin:

- il-ħruġ ta’ gass tossiku,

- il-preżenza fl-arja ta’ frak perikoluż jew gassijiet,

- il-ħruġ ta’ radjazzjoni perikoluża,

- tniġġis jew ivvalenar ta’ l-ilma jew il-ħamrija,

- ħsara fir-rimi ta’ drenaġġ, duħħan, skart solidu jew likwidu,

- umdità li tkun tinsab f’partijiet mix-xogħlijiet jew fuq l-uċuh fix-xogħlijiet

4. Sigurtà fl-użu

Ix-xogħol ta’ bini għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li ma joħloqx riskji inaċċettabbli ta’ inċidenti fis-servizz jew fil-ħidma bħal żliq, ħbit, ħruq, xokkijiet, korrimenti minn splużjonijiet.

5. Ħarsien kontra storbju

Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-ħsejjes li jisimgħu r-residenti jew in-nies ġirien għandhom ikunu kemm jista’ jkun baxxi biex ma jheddux lil saħħithom u jħalluhom jorqdu, jistrieħu u jaħdmu f’kundizzjonijiet sodisfaċenti.

6. Ekonomija fl-enerġija u żamma tas-sħana

Ix-xogħlijiet ta’ bini u l-istallazzjonijiet tas-sħana, kesħa u ventilazzjoni għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-ammont ta’ enerġija meħtieġa għall-użu tkun baxxa, wara li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-klima tal-post u tar-residenti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

APPROVAZZJONI TEKNIKA EWROPEA

1. Talba għal approvazzjoni tista’ ssir minn manifattur, jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità, lil korp wieħed awtorizzat għal dan il-għan.

2. Il-korpi li japprovaw innominati mill-Istati Membri jiffurmaw organizzazzjoni. Fil-qadi ta’ dmirijietha, din l-organizzazzjoni hi obbligata li taħdem mill-qrib mal-Kummissjoni, li għandha tikkonsulta dwar suġġetti importanti lill-kumitat li għalih jirreferi Artikolu 19 tad-Direttiva. Fejn Stat Membru jkun innomina iżjed minn korp wieħed li japprova, l-Istat Membru jkun responsabbli biex jikkordina lil dawk il-korpi; huwa jinnomina wkoll lill-korp li jkun il-kelliem fl-organizzazzjoni.

3. Ir-regoli komuni ta’ proċedura biex issir it-talba, it-thejjija u l-għoti ta’ l-approvazzjonijiet jitfasslu mill-organizzazzjoni magħmulha mill-korpi approvati nnominati. Ir-regoli komuni ta’ proċedura jkunu adottati mill-Kummissjoni skond l-opinjoni tal-kumitat bi konformità ma’ Artikolu 20.

4. Fl-istruttura ta’ l-organizzazzjoni li tħaddanhom, il-korpi li japprovaw ikunu jistgħu jagħtu lil xulxin kull appoġġ meħtieġ. Din l-organizzazzjoni tkun responsabbli wkoll mill-kordinament ta’ kwistjonijiet speċifiċi ta’ approvazzjoni teknika. Jekk ikun hemm bżonn, l-organizzazzjoni tistabbilixxi sotto-gruppi għal dan il-għan.

5. L-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej ikunu ppubblikati mill-korpi li japprovaw, li jgħarrfu lill-korpi l-oħra kollha approvati. B’talba ta’ korp awtorizzat li japprova, sett komplut ta’ dokumenti li jappoġġjaw approvazzjoni li tkun ingħatat għandu jasal għand dan ta’ l-aħħar għall-informazzjoni.

6. L-ispejjeż ikkawżati mill-proċedura ta’ l-approvazzjoni teknika Ewropea titħallas mill-applikant bi konformità ma’ nazzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ MA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

1. METODI TA’ KONTROLL TA’ KONFORMITÀ

Meta l-proċeduri għal ċertifikat ta’ konformità ta’ prodott ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi skond Artikolu 13 ikunu qegħdin jiġu deċiżi, jintużaw il-metodi ta’ kontroll ta’ konformità li ġejjin; l-għażla u t-taħlita ta’ metodi għal xi sistema msemmija jiddependu mill-ħtiġijiet għal dak il-prodott partikulari jew gruppi ta’ prodotti skond il-kriterji msemmija f’Artikolu 13(3) u (4);

(a) ittestjar tal-bidu tat-tip tal-prodott mill-manifattur jew minn korp approvat;

(b) ittestjar ta’ kampjuni meħuda mill-fabbrika bi konformità ma’ pjan ta’ test preskritt mill-manifattur jew minn korp approvat;

(ċ) ittestjar għall-verifika ta’ kampjuni meħuda mill-fabbrika, fis-suq ħieles jew f’żona ta’ bini mill-manifattur jew minn korp approvat;

(d) ittestjar ta’ kampjuni minn kunsinna li lesta biex tinġarr, jew li twasslet, mill-manifattur jew minn korp approvat;

(e) kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(f) spezzjoni fil-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat;

(ġ) sorveljanza kontinwa, ġudizzju u evalwazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat.

F’din id-Direttiva, il-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika jfisser il-kontroll intern permanenti tal-produzzjoni magħmul mill-manifattur. L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur ikunu dokumentati b’mod sistematiku fil-forma ta’ politika u proċeduri miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni jiżguraw li l-kwalità tkun żgurata u mifhuma minn kulħadd u tgħin biex jintlaħqu l-karatteristiċi meħtieġa tal-prodott u l-ħidma effettiva tas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni li għandha tiġi ċċekkjata.

2. SISTEMI TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ

Preferenza tingħata lit-tħaddim tas-sistemi li ġejjin ta’ ċertifikat ta’ konformità.

(i) Ċertifikazzjoni ta’ konformità tal-prodott minn korp approvat ta’ ċertifikazzjoni skond:

(a) (il-biċċiet tax-xogħol għall-manifattur)

(1) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(2) aktar ittestjar ta’ kampjuni meħuda mill-fabbrika mill-manifattur bi konformità ma’ pjan ta’ test preskritt;

(b) (biċċiet ta’ xogħol għall-korp approvat)

(3) ittestjar tal-bidu tat-tip tal-prodott;

(4) spezzjoni fil-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika;

(5) sorveljanza kontinwa, evalwazzjoni u approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika;

(6) jekk jista’ jkun, ittestjar għall-verifika ta’ kampjuni meħuda mill-fabbrika, mis-suq jew miż żona tal-kostruzzjoni.

(ii) Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-prodott mill-manifattur skond:

L-ewwel possibiltà:

(a) (il-biċċiet tax-xogħol għall-manifattur)

(1) ittestjar tal-bidu tat-tip tal-prodott;

(2) il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(3) jekk jista’ jkun, ittestjar ta’ kampjuni meħuda fil-fabbrika bi konformità ma’ pjan ta’ test preskritt;

(b) (biċċiet ta’ xogħol għall-korp aprovat)

(4) ċertifikazzjoni ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika skond:

- spezzjoni fil-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika,

- jekk jista’ jkun, sorveljanza kontinwa, evalwazzjoni u approvazzjoni ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

It-tieni possibiltà:

(1) ittestjar fil-bidu tat-tip tal-prodott minn laboratorju approvat;

(2) kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika

It-tielet possibiltà:

(a) ittestjar tal-bidu tat-tip mill-manifattur;

(b) kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika

3. KORPI INVOLUTI FIĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ

Fil-każ tal-funzjoni tal-korpi involuti fiċ-ċertifikat ta’ konformità, issir distinzjoni bejn

(i) korp ta’ ċertifikazzjoni, li jfisser korp imparzjali, tal-gvern jew mhux tal-gvern, li jkollu l-kompetenzi meħtieġa u r-responsabbiltà biex jagħmel ċertifikazzjoni ta’ konformità skond ir-regoli ta’ proċeduri u tmexxija magħrufa;

(ii) korp li jispezzjona, ifisser korp imparzjali li jkollu organizzazzjoni, nies, kompetenza u integrità biex jagħmel skond funzjonijiet ta’ kriterji speċifikati bħal jevalwa, jirrakkomanda biex ikunu aċċettati u biex imbagħad ikunu evalwati l-ħidmiet ta’ kontroll ta’ kwalità tal-manifattur, u jintagħżlu u jkunu evalwati l-prodotti fil-post jew f’fabbriki jew x’imkien ieħor, skond kriterji speċifiċi;

(iii) laboratorju li jittestja, ifisser laboratorju li jkejjel, jeżamina, jittestja, jibbilanċja jew inkella jiddeċiedi l-karatteristiċi jew il-ħidma ta’ materjal jew prodotti.

F’każ (i) u (ii) (l-ewwel possibiltà) tal-paragrafu 2, it-tliet funzjonijiet 3 (i) sa (iii) jistgħu jsiru mill-istess korp jew minn korpi differenti, f’liema każ il-korp li jispezzjona u/jew il-laboratorju li jittestja involut fiċ-ċertifikat ta’ konformità jagħmel il-funzjoni tiegħu f’isem il-korp li jiċċertifika.

Għall-kriterji marbuta mal-kompetenza, l-imparzjalità u l-integrità tal-korpi li jiċċertifikaw, il-korpi li jispezzjonaw u l-laboratorji li jittestjaw, ara Anness IV.

4. MARKA TA’ KE, ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ KE, DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ KE

4.1. Marka ta’ konformità KE

Il-marka ta’ konformità KE jkun fiha s-simbolu CE kif jidher hawn taħt.

+++++ TIFF +++++

Hi jkollha magħha:

- l-isem jew is-sinjal li jidentifika lill-produttur,

u, fejn jixraq:

- indikazzjonijiet biex jidentifikaw il-karatteristiċi tal-prodott, fejn jixraq ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi,

- l-aħħar żewġ ċifri tas-sena ta’ manifattura.

- is-simbolu li jidentifika lill-korp li jispezzjona involut,

- in-numru taċ-ċertifikat ta’ konformità KE.

4.2. Ċertifikat KE ta’ konformità

Iċ-ċertifikat KE ta’ konformità ikun fih b’mod partikulari:

- isem u indirizz tal-korp li jiċċertifika,

- isem u indirizz tal-manifattur jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità,

- deskrizzjoni tal-prodott (tip, identifikazzjoni, użu…),

- dispożizzjonijiet li għandu jaqbel magħhom il-prodott,

- kundizzjonijiet partikulari li jgħoddu għall-użu tal-prodott,

- in-numru taċ-ċertifikat,

- kundizzjonijiet u perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat, fejn jgħodd,

- isem ta’, u pożizzjoni li għandha, il-persuna mogħtija s-setgħa biex tiffirma ċ-ċertifikat.

4.3. Dikjarazzjoni KE ta’ konformità

Id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità ikun fiha b’mod partikulari:

- isem u indirizz tal-manifattur jew l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità,

- deskrizzjoni tal-prodott (tip, identifikazzjoni, użu…),

- dispożizzjoni li jaqbel magħha l-prodott,

- kundizzjonijiet partikulari li jgħoddu għall-użu tal-prodott,

- isem u indirizz tal-korp li jiċċertifika, fejn jgħodd,

- isem ta’, u l-pożizzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa biex tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.4. Iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ta’ konformità jkunu ppreżentati bl-ilsien jew ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikun se jintuża l-prodott.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

APPROVAZZJONI TA’ LABORATORJI LI JITTESTJAW, IL-KORPI LI JISPEZZJONAW U L-KORPI LI JIĊĊERTIFIKAW

Il-laboratorji li jittestjaw, il-korpi li jispezzjonaw u l-korpi li jiċċertifikaw innominati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:

1. disponibbiltà ta’ nies u tal-mezzi u l-apparat meħtieġa;

2. kompetenza teknika u integrità professjonali tan-nies;

3. imparzjalità, biex isiru t-testijiet, jithejjew ir-rapporti, jinħarġu ċ-ċertifikati u ssir is-sorveljanza li hemm provdut għaliha f’din id-Direttiva, tal-ħaddiema u tan-nies tekniċi fir-rigward taċ-ċirkli kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament marbuta mal-prodotti għal bini;

4. żamma tas-sigriet professjonali mill-ħaddiema;

5. jinkitbu f’assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.

Jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunux sodisfatti skond 1 u 2 jkunu verifikati f’intervalli mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

--------------------------------------------------

Top