EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987L0524

L-ewwel Direttiva Tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 1987 li tipprovdi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika għall-monitoraġġ ta' prodotti tal-ħalib priservat

OJ L 306, 28.10.1987, p. 24–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 016 P. 212 - 219
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 016 P. 212 - 219
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 008 P. 58 - 65
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 008 P. 58 - 65
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 028 P. 86 - 93

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1987/524/oj

31987L0524

L-ewwel Direttiva Tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 1987 li tipprovdi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika għall-monitoraġġ ta' prodotti tal-ħalib priservat

Official Journal L 306 , 28/10/1987 P. 0024 - 0031
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0212
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0212
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 350 - 357


L-ewwel Direttiva Tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Ottubru 1987

li tipprovdi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika għall-monitoraġġ ta' prodotti tal-ħalib priservat

(87/524/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-monitoraġġ ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u partikolarment l-Artikolu 1(1) tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/118/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċertu ħalib priservat disidratat inparti jew kollu għall-konsum tal-bniedem [2], kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, tipprovdi regoli tal-Komunità li jiggvernaw il-kompożizzjoni, l-użu ta' indikazzjonijiet riservati, kondizzjonijiet ta' manifattura u tikkettjar tal-prodotti fil-kwistjoni;

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 85/591/KEE, kampjuni ta' ċertu prodotti għandhom jittieħdu skond il-metodi tal-Komunità għall-iskop tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni, kondizzjonijiet ta' manifattura, imballaġġjew tikkettjar tagħhom;

Billi huwa mixtieq li jkunu adottati serje ta' metodi inizjali għall-metodi għat-teħid ta' kampjun għal analiżi kimika li dwarhom intemmu studji;

Billi il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal oġġetti ta' l-ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li t-teħid tal-kampjuni kif msemmi fl-Anness isir skond il-metodi deskritti hemm.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-6 ta' April. Għandhom javżaw minnufih lil Kummisjoni bihom.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hijaindirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ottubru 1987.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Il-Viċe-President

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 49.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

METODI TA' KAMPJUNI RELATATI GĦALL-KONTROLL TA' ANALIŻI KIMIKA TA' PRODOTTI TAL-ĦALIB PRISERVAT DISIDRATAT F'PARTI JEW KOLLU

I. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Istruzzjonijiet amministrattivi

1.1. Impjegati

Il-kampjun għandu jittieħed minn persuna kwalifikata awtorizzata kif speċifikat mir-regolamenti ta' l-Istat Membru.

1.2. Siġillar u tikettjar ta' kampjuni

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jkun imwaħħal fil-post ta' kampjuni u identifikat skond ir-regolamenti ta' l-Istat Membru.

1.3. Kampjuni replikati

Ta' l-inqas żewġ kampjuni ekwivalenti għandhom ikunu preparati simultanjament għall-analiżi. Taħt riserva ta' leġislazzjoni tal-Komunità li għandha tkun definita, il-proċedura u n-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu li jiddependu fuq il-leġislazzjoni nazzjonali xierqa għal kull Stat Membru.

Il-kampjuni għandhom jintbagħtu lill-laboratorju kemm jista' jkun malajr possibbli wara li jittieħed il-kampjun.

1.4. Rapport

Il-kampjuni għandhom ikunu akkompanjati b'rapport, li għandu jkun stabbilit bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru.

2. Tagħmir għall-Kampjuni

Speċifikazzjonijiet

It-tagħmir għall-kampjuni kollu għandu jkun ta' materjal tajjeb ta' saħħa adegwata, li ma jġibx kambjament fil-kampjun li jista' jaffettwa xi riżultat ta' l-eżami sussegwenti u m'għandux jikkawża xi kambjament fil-kampjuni waqt li jkun qed jittieħed il-kampjun. L-użu ta' l-azzar inossidabbli huwa rakkommandat.

L-uċuħ kollha għandhom ikunu fini u mingħajr qsim u l-kantunieri kollha għandhom ikunu tondi. It-tagħmir għall-kampjuni għandu jħares il-ħtiġiet imniżżla fir-rigward ta' kull prodott li għandu jitteħidlu l-kampjun.

3. Kontenituri tal-kampjuni

Speċifikazzjonijiet

Il-kontenituri tal-kampjuni u l-għotjien għandhom ikunu ta' materjali u kostruzzjoni li jipproteġġu adegwatament il-kampjun u li ma jġibux bidla fil-kampjun li jistgħu jaffettwaw kull riżultat ta' l-analiżi sussegwenti jew ta' l-eżami. Il-materjali li huma xierqa jinkludu ħġieġ, xi metalli u xi plastiks. Il-kontenituri għandhom preferibilment ikuni opaki. Jekk trasparenti jew trasluċenti l-kontenitur bil-kontenut għandu jinżamm f'post mudlam.

Il-kontenituri u l-għotjien għandhom ikunu nodfa u niexfa. Il-forma u l-kapaċità tal-kontenitur għandhom ikunu xierqa mal-ħtiġiet provduti għall-prodott li jittiħidlu kampjun.

Kontenituri tal-plastik ta' servizz wieħed, kontenituri magħmula mill-plastik, laminati li jinkludu fojl ta' l-aluminju jew basktijiet tal-plastik tajbin, b'metodi xierqa ta' għeluq, jistgħu jintużaw.

Il-kontenituri barra dawk il-basktijiet tal-plastik għandhom jkunu magħluqa sew kemm permezz ta' stopper tajjeb jew screw-cap tal-metall jew materjal tal-plastik li għandu, jekk neċessarju, liner tal-plastik li jaqta' l-arja. Kull stopper jew liner użat m'għandux jinħall, ma jassorbix u għandu jkun kontra l-grass, u m'għandux jinfluwenza r-riħa, it-togħma, il-proprjetajiet jew kompożizzjoni tal-kampjun.

L-istoppers għandhom ikunu, jew koperti, b'materjal li ma jassorbix u mingħajr riħa.

4. Teknika tal-kampjun

Il-kontenitur tal-kampjun għandu jkun magħluq immedjatament wara li jittieħed il-kampjun.

5. Ħażna tal-kampjuni

It-temperaturi tal-ħażna rakkommandati tal-kampjuni tad-diversi prodotti m'għandhomx jaqbżu il-25°C. Il-ħin tal-ħażna u t-temperatura għandhom ikunu kkunsidrati flimkien u mhux separatament.

6. Trasport ta' kampjuni

Il-kampjuni għandhom jinġiebu lil-laboratorju responsabbli għat-testijiet kemm jista' jkun malajr possibbli (preferibilment f'24 siegħa ta' teħid tal-kampjun).

Matul it-transitu, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jipprevjenu l-esposizzjoni għall-irwejjaħ li jikkontaminaw, għad-dawl tax-xemx dirett u għal temperaturi ogħla minn 25 °C.

II. METODU 1: TEĦID TA' KAMPJUNI TA' ĦALIB PARZJALMENT DISIDRATATI

1. L-iskop u l-qasam ta' l-applikazzjoni

- ħalib mingħajr ħlewwa kondensat b'ħafna xaħam,

- ħalib mingħajr ħlewwa kondensat,

- ħalib mingħajr ħlewwa kondensat parzjalment xkumat,

- ħalib mingħajr ħlewwa kondensat xkumat,

- ħalib bil-ħlewwa kondensat,

- ħalib xkumat bil-ħlewwa kondensat,

- ħalib bil-ħlewwa kondensat parzjalment xkumat.

2. Tagħmir

2.1. Ġenerali

Ara t-Taqsima 2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

2.2. Plungers u agitators

Plungers jew agitators, għat-taħlit tal-likwidi bil-bulk, għandhom ikunu ta' arja suffiċjenti sabiex iqallbu adegwatament il-prodott mingħajr l-iżvilupp ta' togħma ta' qtugħ. Minħabba l-forom u daqsijiet differenti ta' kontenituri, l-ebda disinn speċifiku ta' plunger ma jista' jkun rakkommandat għall-iskopijiet kollha, imma l-plungers għandhom ikunu ddisinjati b'ċertu mod hekk sabiex jiġi evitat grif tal-wiċċ minn ġewwa tal-kontenituri tal-prodott matul l-aġitazzjoni.

Materjal xieraq ġie deskritt fit-Taqsima 2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

Forma ta' plunger rakkommandata bħala li hija tajba għat-taħlit tal-likwidi fi bramel jew f'laned għandha d-dimensjonijiet li ġejjin (Fig. 1): disk ta' 150 millimetri fid-dijametru, perforat b'sitt toqob kull waħda ta' 12,5 millimetri fid-dijametru fuq ċirku ta' 100 millimetri fid-dijametru, id-disk li jkun imwaħħal ċentralment ma' virga metallika, it-tarf l-ieħor li minnu jiffurma manku minn fejn jinżamm. It-tul tal-virga, li tinkludi l-manku, għandu jkun approssimament ta' metru 1.

Plunger tajjeb għall-użu għal tankijiet żgħar, għandu d-dimensjonijiet approssimati li ġejjin (Fig. 2): virga ta' tul ta' mhux inqas minn 2 metri, mwaħħla ma' disk ta' 300 millimetri fid-dijametru perforat bi 12-il toqba kull waħda ta' 30 millimetri fid-dijametru fuq ċirku ta' 230 millimetri fid-dijametru.

Għat-taħlit tal-kontenuti ta' reċipjenti kbar, aġitazzjoni mekkanika jew aġitazzjoni b'arja kompressa nadifa huwa xieraq. Pressa ta' l-arja u volum minimi għandhom jintużaw sabiex jipprevjenu l-iżvilupp fit-togħma ta' qtugħ.

Nota:

Kull meta "arja kompressa nadifa" hija meħtieġa minn din il-gwida, huwa neċessarju li tintuża arja kompressa li minnha l-kontaminanti kollha (inklużi ż-żejt, l-ilma u t-trab) ġew esklużi.

2.3. Apparat li jħawwad

Xfafar wisgħin ta' fond suffiċenti sabiex jilħaq il-qiegħ tal-kontenitur tal-prodott, u li preferibilment għandu tarf wieħed iffurmat għall-kontorn tal-kontenitur (ara Fig. 3).

2.4. Dippers

Dipper b'daqs u forma tajba għall-ġbir tal-kampjun jidher fil-Figura 4. Id-dipper għandu jkun imwaħħal b'manku solidu ta' l-inqas 150 millimetri twil. Il-kapaċità tad-dipper m'għandhiex tkun inqas minn 50 millimetri. Huwa vantaġġ għall-manku li jintlewa. Il-forma għall-ponta tat-tazza tippermetti nesting għad-Dippers.

Alternattivament, dipper ta' kapaċità simili jista' jintuża, iżda għandu jkollu ġnub paralleli gradwati f'ħames taqsimiet indaqs għall-assistenza f'kunsinni proporzjonati ta' kampjuni miżmuma f'iktar minn kontenitur wieħed.

2.5. Virga

Tonda, madwar metru twila u 35 millimetri fid-dijametru.

2.6. Kontenitur

Għal kapaċità ta' sub-kampjun ta' 5 litri, b'ħalq wiesgħa.

2.7. Mgħarfa jew spatula

Xafra wiesgħa.

2.8. Kontenituri tal-kampjuni

Ara it-Taqsima 3 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

3. Proċedura

3.1. Teħid ta' kampjuni ta' ħalib mingħajr ħlewwa parzjalment disidrati

Għandu jittieħed kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi.

3.1.1. Il-prodott għandu jkun imħallat sew bil-plunging jew bit-tħawwid, jew b'aġitazzjoni mekkanika, jew billi jiġi mferra minn kontenitur għall-ieħor, jew bl-użu ta' arja kompressa nadifa (ara nota 2.2), sakemm tinkiseb omoġenità suffiċenti.

Ħu kampjun immedjatament wara t-taħlita permezz ta' dipper. Jekk il-kisba ta' omoġenità suffiċenti tippreżenta diffikultajiet, għandhom jittieħdu kampjuni minn porzjonijiet differenti tal-kontenitur tal-prodott għal total ta' mhux inqas minn 200 grammi. (Għandu jkun notat li jekk il-kampjun huwa taħlita ta' sub-kampjuni fuq it-tabella tal-kampjun u fir-rapport li jakkumpanjah).

3.1.2. Prodotti ta' kampjun ippakkjati f'kontenituri ta' bejgħ żgħar.

Il-kontenitur intatt u mhux miftuħ jista' jikkonstitwixxi l-kampjun. Kontenitur wieħed jew iktar bl-istess numru tal-batch jew kodiċi għandhom jittieħdu sabiex jagħmlu kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi.

3.2. Teħid ta' kampjun ta' ħalib bil-ħlewwa parzjalment disidratat

3.2.1. Ġenerali

It-teħid ta' kampjuni ta' kontenituri kbar ta' ħalib bil-ħlewwa parzjalment disidratat jista' jkun ta' diffikultà estrema, partikolarment meta l-prodott mhux omoġenju u huwa ta' viskożità qawwija. Problemi ta' teħid ta' kampjuni jistgħu jinqalgħu fil-preżenza ta' kristalli kbar ta' sakkarożju jew laktożju, jew bil-preċipitazzjoni ta' imluħa varji li jista' jiġri fil-korp tal-prodott jew jaderixxu mal-ħitan, jew fil-preżenza ta' materja magħqda. Tali kondizzjonijiet għandhom isiru apparenti meta virga għall-kampjun tkun introdotta fil-kontenitur ta' prodott u tkun irtirata wara li ssir esplorazzjoni kemm jista' jkun kbira ta' kuntatt. Sakemm id-daqs tal-kristalli taz-zokkor ma jkunx ikbar minn 6 millimetri, diffikultajiet fit-teħid ta' kampjun m'għandhomx ikunu esperjenzati minħabba din il-kawża. Meta l-prodott mhux omoġenju, il-fatt għandu jkun notat fuq it-tikketta tal-kampjun tar-rapport li jakkompanjah. Billi ħalib bil-ħlewwa kondensat huwa maħżun frekwentament f'temperatura atmosferika, huwa rakkommandat li biexjinkiseb kampjun rappreżentattiv il-kontenuti għandhom jinġiebu f'temperatura ta' mhux inqas minn 20 °C.

3.2.2. Proċedura

Għandu jittieħed kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi.

- Kontenituri miftuħa

Għandu jitneħħa tarf wieħed tal-kontenitur, imnaddaf minn qabel u mnixxef sabiex jipprevieni materja estranea milli taqa' fil-bulk matul il-proċess tal-ftuħ. Il-kontenuti għandhom ikunu mħallta bl-użu ta' apparat li jħawwad (ara Fig. 3). Ix-xafra għandha tkun mibruxa madwar il-ġnub u l-qiegħ tal-kontenitur sabiex tneħħi kull prodott li jaderixxi. Il-kontenut għandu jkun imħallat minn kumbinazzjoni ta' movimenti ta' tidwir u vertikali, bl-apparat li jħawwad inklinat dijagonalment, waqt li tingħata attenzjoni li tkun evitata inkorporazzjoni ta' l-arja fil-kampjun. L-apparat li jħawwad għandu jkun rtirat u il-ħalib kondensat li jaderixxi għandu jkun trasferit fil-kontenitur (2.6) ta' 5 litri permezz ta' spatula jew mgħarfa. It-taħlit u l-irtirar għandu jkun ripetut sakemm jinġabru 2 litri sa 3. Dan għandu jittieħed sakemm omoġenu u kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi għandu jittieħed.

- Drums magħluqa bil-bungs fit-tarf, jew fil-ġenb

Għar-raġunijiet deskritti fil-3.2.1, it-teħid ta' kampjuni mit-toqba tal-bung huwa tajjeb biss b'ħalib kondensat li joħroġ malajr u huwa ta' konsistenza uniformi. Il-kontenuti għandhom ikunu mħallta billi titpoġġa virga fit-toqba tal-bung, u wara l-esplorazzjoni u t-tidwir kemm jista' jkun fid-direzzjonijiet kollha, il-virga għandha tiġi ritirata u kampjun għandu jkun preparat kif deskritt fil-3.2.1. Alternattivament, il-kontenuti jistgħu jitħallew jiġru f'kontenitur tajjeb, waqt li tingħata attenzjoni li jinġabar kemm jista' jkun mill-kontenuti mid-drum. Wara t-tħawwid bl-apparat li jħawwad il-kampjun għandu jinġabar kif deskritt fil-3.2.1.

3.2.3. Prodotti ta' kampjun ippakkjati f'kontenituri żgħar bl-imnut

Il-kontenitur intatt u mhux miftuħ jista' jikkonstitwixxi il-kampjun. Kontenitur wieħed jew iktar bl-istess numru tal-batch jew kodiċi għandhom jittieħdu sabiex jagħmlu kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi.

3.3. Preservazzjoni, ħażna u trasport ta' kampjun

Ara taqsimiet 5 u 6 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

III. METODU 2: TEĦID TA' KAMPJUNI TA' PRODOTTI TAL-ĦALIB PRISERVATI FIL-FORMA TA' TRAB

1. L-iskop u l-qasam ta' l-applikazzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi il-kampjun għal analiżi ta':

- ħalib niexef sħiħ jew trab tal-ħalib sħiħ,

- ħalib xkumat niexef jew trab tal-ħalib xkumat,

- ħalib parzjalment xkumat niexef jew trab tal-ħalib parzjalment xkumat,

- ħalib b'ħafna xaħam niexef jew trab tal-ħalib b'ħafna xaħam.

2. Tagħmir

Ara t-Taqsima 2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

2.1. Borers ta' tul suffiċenti sabiex jilħqu l-qiegħ tal-kontenitur tal-prodott

Borers li jikkonformaw mad-deskrizzjoni mogħtija fil-Parti IV huma xierqa.

2.2. Scoop, mgħarfa jew spatula bix-xafra wiesgħa

2.3. Kontenituri tal-kampjuni

Ara t-Taqsima 3 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

3. Proċedura

3.1. Ġenerali

Għandha tingħata attenzjoni sabiex jitnaqqas l-assorbiment ta' l-umdità atmosferika mill-kontenut tal-kontenitur tal-prodott jew fil-perjodu qabel it-teħid ta' kampjuni għall-analiżi. Il-kontenitur tal-prodott għandu jingħalaq sew wara t-teħid ta' kampjuni.

3.2. Kampjun

Għandu jittieħed kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi. Il-borer nadif u niexef għandu jgħaddi mill-prodott, jekk neċessarju bil-kontenitur inklinat jew imniżżel fuq il-ġenb tiegħu. Il-qasma għandha tkun orjentata 'l isfel u rata ugwali ta' penetrazzjoni użata. Meta l-borer jilħaq il-qiegħ tal-kontenitur għandu jkun imdawwar 180°, ritirat u l-kontenuti skarigati fil-kontenitur tal-kampjun. Borer wieħed jew iktar għandhom jittieħdu sabiex isir kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi. Il-kontenitur tal-kampjun għandu jkun magħluq immedjatament wara li l-kampjun huwa komplut.

3.2.1. Il-prodotti ta' kampjun ippakkjati f'pakkeġġi żgħar bl-imnut

Il-pakkeġġ intatt u mhux miftuħ jista' jikkonstitwixxi l-kampjun. Kontenitur wieħed jew iktar bl-istess numru ta' batch jew kodiċi għandhom jittieħdu sabiex isir kampjun ta' mhux inqas minn 200 grammi.

Nota:

Meta l-prodotti huma deskritta bħala "instant", pakkeġġ li mhux miftuħ sħiħ għandu jikkonstitwixxi l-kampjun.

3.3. Preservazzjoni, ħażna u trasport ta' kampjun

Ara t-Taqsimiet 5 u 6 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali.

IV. BORERS GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI TA' ĦALIB PRISERVAT TAT-TRAB BIL-BULK

1. Tipi ta' borers

Tip A : twil

Tip B : qasir

(ara Fig. 5).

2. Materjali

Xafra u zokk għandhom isiru minn metall illustrat, preferibilment mill-azzar inossidabbli.

Il-manku tat-tip twil għandu preferibilment isir mill-azzar li ma jissaddadx.

Il-borer tat-tip qasir għandu jkollu maqbad li jista' jinqala' ta' l-injam jew tal-plastik, imwaħħal ma' bayonet catch fix-xafra.

3. Kostruzzjoni

3.1. Il-forma, l-materjal u t-tlestija għandhom ikunu b'mod li jippermettu li l-borer jitnaddaf faċilment.

3.2. It-tarf maħruġ tax-xafra tat-tip A għandu jkun jaqta' biżżejjed sabiex issevi bħala scraper.

3.3. Il-ponta tax-xafra għandha tkun taqta biżżejjed sabiex tiffaċilita t-teħid tal-kampjuni.

4. Dimensjonijiet prinċipali

Il-borers għandhom jikkonformaw mad-dimensjonijiet (suġġetti għal tolleranza ta' 10%) kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:

(Dimensjonijiet f'mm) |

| Tip A Twil | Tip B Qasir |

Tul tax-xafra | 800 | 400 |

Wisa' tal-metall tax-xafra | 1 sa 2 | 1 sa 2 |

Dijametru intern tax-xafra fil-ponta: | 18 | 32 |

Djametru intern tax-xafra fil-manku jew fil-biċċa ta' wara | 22 | 28 |

Wisa' tal-qasma fil-ponta | 4 | 20 |

Wisa' tal-qasma l-manku jew fil-biċċa ta' wara | 14 | 14 |

5. Nota dwar l-użu tal-borers

5.1. Ma' trabijiet li ma jimxux malajr, il-borers jistgħu jiddaħħlu vertikalment. Borers ta' Tip A huma wara mimlija kompletament billi jiddawwru u jistgħu jkunu rtirati vertikalment. Borers ta' tip B huma diġà mimlija kompletament matul id-dħul imma għandhom jkunu rtirati f'pożizzjoni oblikwa sabiex jipprevienu telf mit-tarf l-iktar baxx.

5.2. Fil-każ ta' trab li jimxi malajr, il-kontenitur għandu jkun inklinat, il-borers imdaħħla kważi orizzontalment bil-qasma 'l isfel u rtirati bil-qasma 'l fuq.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top