Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987L0137

Id-disa' Direttiva tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 1987 li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

OJ L 56, 26.2.1987, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 016 P. 135 - 136
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 016 P. 135 - 136
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 007 P. 230 - 231
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 007 P. 230 - 231
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 009 P. 167 - 168

No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1987/137/oj

31987L0137

Id-disa' Direttiva tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 1987 li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

Official Journal L 056 , 26/02/1987 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0135
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0135
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 266 - 267


Id-disa' Direttiva tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Frar 1987

li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(87/137/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/199/KEE [2], u b'mod partikulari Artikolu 8(2) tagħha,

Billi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, ċerta żebgħa, sustanzi jew preservattivi permissibbli proviżjonalment jistgħu jkunu permissibbli definittivament, billi oħrajn għandhom ikunu pprojbiti definittivament jew ikunu permissibbli għal perjodu ieħor speċifiku;

Billi sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, l-użu ta' Minoxidil u l-imluħa u d-derivati tiegħu għandu jkun projbit fi prodotti kosmetiċi;

Billi, jiddependi fuq l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar it-tassazzjoni, data finali li warajha l-metanol ma jistax ikun użat aktar bħala denaturant għall-etanol u l-alkoħol isopropil m'għandhiex issa tkun stabbilita;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta' l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi b'dan emendata kif ġej:

1. Is-segwenti jiżdiedu m'Anness II:

"370. N-(Trichloromethylthio)-4-cyclohexene-1,2-dicarboximide (captain)

371. 2,2'-Dihydroxy-3,3',5,5',6,6'-hexachlorodiphenylmethane (hexachlorophene)

372. 6-(Piperidinyl)-2,4-pyrimidinediamine-3-oxide (Minoxidil) u l-imluħa u d-derivati tiegħu".

2. Anness III, parti 1, hija emendata kif ġej:

"a | B | Ċ | D | E | F |

11 | Dichlorophen | | 0,5 % | | Fih id-dichlorophen |

52 | Methanol | Denaturant għall-etanol u alkoħol isopropil | 5 % ikkalkolat bħala% ta' l-etanol u l-alkoħol isopropil" | | |

3. L-indiċi tal-Kulur Nri 77288 u 77289 jiżdiedu f'Anness III, il-parti 2, bi:

- kulur: aħdar,

- qasam ta' l-applikazzjoni: 1,

- limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra: ħieles mill-ioni tal-kromju.

4. F'Anness IV, il-parti 1:

- is-sustanza Nru 1, metanol, hija,mħassra,

- il-kliem fil-kolonna e huma mħassra u d-data fil-kolonna g jinbidel b' tal-31.12.1987 għas-sustanza Nru 4, 2,2'-dithiobis,

- id-data fil-kolonna g tinbidel bi tal-31.12.1987 għas-sustanza Nru 5, 1-phenoxypropan-2-ol.

5. F'Anness IV, il-parti 2, l-indiċi ta' tal-Kuluri Nri 77288 u 77289 huma mħassra;

6. F'Anness V, Nru 2, hexachlorophene, huwa mħassar;

7. F'Anness VI, il-parti 1:

- is-sustanza Nru 6, hexachlorophene, hija mħassra,

- dan li ġej jiżdied:

"a | B | Ċ | D | E |

40 | 2-Benzyl-4-chlorophenol (chlorophene) | 0,2 %" | | |

8. F'Anness VI, il-parti 2:

- is-sustanzi Nri 9, 12 u 13 huma mħassra,

- id-data fil-kolonna f hi mibdula bi tal-31.12.1987 għas-sustanza Nru 14, 1-phenoxypropan-2-ol.

- id-data fil-kolonna f hi mibdula bi tal-31.12.1988 għas-sustanza Nru 15, benzethonium chloride (INN) (+),

- id-data fil-kolonna f hi mibdula bi tal-31.12.1987 għas-sustanza Nru 16, benzalkonium chloride (INN), bromide u saccharinate (+).

Artikolu 2

1. Mingħajr preġudizzju għad-dati ta' l-awtorizazzjoni li hemm referenza dwarhom f'Artikolu 1(4) u (8), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li mill-1 ta' Jannar 1989 la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma jqiegħdu prodotti fis-suq li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jinbiegħu aktar jew mogħtija lill-konsumaturi finali wara l-31 ta' Diċembru 1990.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1987. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Frar 1987.

Għall-Kummissjoni

Grigoris Varfis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 149, tat-3.6.1986, p. 38.

--------------------------------------------------

Top